EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0687

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/687 tat-2 ta' Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2019/3201

ĠU L 116, 3.5.2019, p. 5–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/687/oj

3.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/687

tat-2 ta' Mejju 2019

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 214/2013 (2), impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“iċ-Ċina”, “ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). Id-dazji anti-dumping li hemm fis-seħħ bħalissa jvarjaw minn 0 % sa 26,1 % (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn 'il quddiem ser issir referenza għaliha bħala “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 (3), impona wkoll dazji kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Id-dazji kumpensatorji li hemm fis-seħħ bħalissa jvarjaw minn 13,7 % sa 44,7 %.

(3)

Il-livell tad-dazji kkombinati jvarja minn 13,7 % sa 58,3 %.

1.2.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ (4), fit-13 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (“ir-Regolament bażiku”). It-talba tressqet mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“EUROFER”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku (“l-applikant”). It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping definittivi x'aktarx li tirriżulta fir-rikorrenza ta' dumping u dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(5)

Fl-14 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (“in-Notifika ta' Bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(6)

Il-Kummissjoni, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-14 ta' Marzu 2018 (6), ħabbret ukoll il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tal-miżuri kumpensatorji definittivi fis-seħħ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat li joriġina miċ-Ċina.

1.3.   Investigazzjoni

1.3.1.   Il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(7)

L-investigazzjoni ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza tad-dumping kopriet perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami” jew “RIP”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.3.2.   Il-partijiet interessati

(8)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-partijiet li ġejjin dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza: l-applikant, il-produtturi magħrufa fl-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rilevanti tagħhom, il-produtturi esportaturi magħrufa fiċ-Ċina, l-importaturi mhux relatati magħrufa fl-Unjoni, l-utenti mhux relatati fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati u l-awtoritajiet fil-pajjiż esportatur.

(9)

Il-partijiet interessati kollha ġew mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn fil-limiti ta' żmien stabbiliti fin-Notifika ta' Bidu. Il-partijiet interessati ngħataw ukoll l-opportunità li jitolbu bil-miktub għal seduta ta' smigħ mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni u/jew mill-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.3.3.   Kampjunar

(10)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista' tieħu kampjun minn fost il-partijiet interessati f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.3.3.1.   Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(11)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Qabel il-bidu, kien hemm 21 produttur tal-Unjoni li pprovdew l-informazzjoni mitluba għall-għażla tal-kampjun u esprimew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw mal-Kummissjoni. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun ta' tliet produtturi, li nstab li kienu rappreżentattivi tal-industrija tal-Unjoni f'termini tal-volum tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jammontaw għal 28 % tal-produzzjoni totali stmata tal-industrija tal-Unjoni u għal 27 % tal-volum tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment u, b'hekk, il-kampjun provviżorju kien ikkonfermat. Il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.3.2.   Il-kampjunar tal-importaturi

(12)

It-talba għall-bidu tar-rieżami ta' skadenza identifikat disa' importaturi mhux relatati li ġew mistiedna jipprovdu informazzjoni dwar il-kampjunar. Ħadd minnhom ma resaq 'il quddiem.

1.3.3.3.   Il-kampjunar tal-produtturi esportaturi fiċ-Ċina

(13)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha magħrufa fiċ-Ċina sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(14)

Żewġ produtturi esportaturi rritornaw il-formoli tal-kampjunar, iżda ħadd minnhom ma pproduċa prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku kif definit fin-Notifika ta' Bidu. Kien hemm ukoll it-tielet produttur esportatur li ppreżenta ruħu sitt ġimgħat wara l-iskadenza għat-tweġibiet għall-formola tal-kampjunar. Dan il-produttur esportatur ingħata l-istatus ta' parti interessata, iżda tqies bħala li ma kkooperax, minħabba li qatt ma wieġeb għall-formola tal-kampjunar jew ipprova jwieġeb għall-kwestjonarju tal-produttur esportatur.

(15)

Għalhekk, ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fiċ-Ċina.

1.3.4.   Kwestjonarji u żjarat ta' verifika

(16)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-applikant u lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”). It-tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-applikant.

(17)

Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-partijiet interessati li ġejjin:

(a)

il-produtturi tal-Unjoni:

ArcelorMittal Belgium, il-Belġju

Marcegaglia Carbon Steel SpA, l-Italja

Tata Steel Maubeuge SA, Franza

(b)

L-Assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni:

EUROFER, il-Belġju

1.3.5.   Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(18)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li għandha tendenza li turi l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li tibda l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(19)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha tal-pajjiż ikkonċernat sabiex jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III għan-Notifika ta' Bidu rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. L-istess żewġ produtturi esportaturi li bagħtu tweġibiet għall-kampjunar issottomettew ukoll l-informazzjoni mitluba fl-Anness III. Minħabba li ma pproduċewx il-prodott taħt rieżami, ma waslet l-ebda tweġiba rilevanti għall-prodott taħt rieżami.

(20)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-GTĊ. Ma waslet l-ebda tweġiba mill-GTĊ.

(21)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn rigward l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet ebda sottomissjoni jew evidenza addizzjonali f'dak ir-rigward mill-GTĊ jew mingħand il-produtturi esportaturi.

(22)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista' jkun meħtieġ li jintgħażel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali abbażi tal-prezzijiet jew tal-valuri ta' riferiment mingħajr distorsjoni.

(23)

Fit-13 ta' April 2018, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel nota għall-fajl (“in-Nota tat-13 ta' April 2018”) (8) li tfittex il-fehmiet tal-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li tista' tuża l-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali, f'konformità mat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. F'dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u x-xogħol użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri ta' riferiment mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat sitt pajjiżi rappreżentattivi possibbli: L-Arġentina, il-Kolombja, il-Malasja, il-Messiku, it-Tajlandja u l-Afrika t'Isfel.

(24)

Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti biss mingħand l-applikant. La l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi ma pprovdew kummenti.

(25)

Il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti li rċeviet mingħand l-applikant dwar in-Nota tat-13 ta' April 2018 fit-tieni nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali tat-3 ta' Lulju 2018 (“in-Nota tat-3 ta' Lulju 2018”) (9). Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll il-lista ta' fatturi ta' produzzjoni u kkonkludiet li, f'dak l-istadju, il-Messiku kien l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti biss mingħand l-applikant. Dan ir-Regolament jindirizza dawk il-kummenti.

1.3.6.   Proċedura sussegwenti

(26)

Fit-22 ta' Frar 2019, il-Kummissjoni għamlet id-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġu imposti dazji anti-dumping (“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(27)

L-ebda parti ma għamlet xi kummenti dwar id-divulgazzjoni finali.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(28)

Il-prodott ikkonċernat minn dan ir-rieżami ta' skadenza huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku, jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga jew mhux liga (mhux inkluż l-azzar inossidabbli) li huma miżbugħa, mogħtija l-verniċ jew miksija bil-plastik fuq mill-inqas naħa waħda, esklużi l-hekk imsejħa “pannelli sandwich” ta' tip użat għall-applikazzjonijiet fil-bini u li jikkonsistu f'żewġ folji tal-metall fuq barra u b'qalba ta' stabbilizzazzjoni ta' materjal għall-insulazzjoni marsus bejniethom, esklużi dawk il-prodotti b'kisja finali ta' trab taż-żingu (żebgħa rikka fiż-żingu, li fiha piż ta' 70 % jew aktar ta' żingu), u esklużi dawk il-prodotti b'sottostrat b'kisja metallika ta' kromju jew landa; li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7210 70 80, ex 7212 40 80, ex 7225 99 00, ex 7226 99 70 (kodiċi TARIC 7210708011, 7210708091, 7212408001, 7212408021, 7212408091, 7225990011, 7225990091, 7226997011 u 7226997091, u li joriġinaw miċ-Ċina (“il-prodott taħt rieżami” jew “OCS”).

(29)

Il-prodott taħt rieżami jinkiseb bl-applikazzjoni ta' kisja organika għal prodotti ċatti rrumblati tal-azzar. Il-kisja organika tipprovdi protezzjoni u karatteristiċi estetiċi u funzjonali għall-prodotti tal-azzar.

(30)

L-OCS jintużaw prinċipalment fis-settur tal-kostruzzjoni u għall-ipproċessar ulterjuri fi prodotti użati fil-kostruzzjoni. Applikazzjonijiet oħrajn jinkludu apparat domestiku.

2.2.   Prodott simili

(31)

L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma kkummentat dwar il-prodott simili. B'hekk, kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza kkonfermat li l-prodott manifatturat u mibjugħ fis-swieq domestiċi taċ-Ċina u tal-pajjiż rappreżentattiv, il-Messiku, u l-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u użi finali. Għalhekk, huma meqjusa bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW TA' RIKORRENZA TA' DUMPING

3.1.   Rimarki preliminari

(32)

F'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping mir-RPĊ.

(33)

Kif imsemmi fil-Premessa (15), l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoopera fl-investigazzjoni. B'hekk, il-produtturi esportaturi naqsu li jissottomettu tweġibiet għall-kwestjonarju, inkluża kwalunkwe data dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-esportazzjoni, il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi, il-kapaċità, il-produzzjoni, l-investimenti, eċċ. Bl-istess mod, il-GTĊ u l-produtturi esportaturi naqsu li jindirizzaw l-evidenza tal-fajl tal-każ, inkluż id-“Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet tad-Difiża tal-Kummerċ” (10) (“ir-Rapport”), u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-applikant, li turi li dawn il-prezzijiet u l-kostijiet kienu affettwati minn interventi sostanzjali tal-gvern. Għalhekk, il-Kummissjoni rrikorriet għall-użu tal-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(34)

Il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet Ċiniżi u lit-tielet produttur esportatur imsemmi fil-Premessa (14) bl-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u tathom l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment.

(35)

Abbażi ta' dan, f'konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b'mod partikolari l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami tal-iskadenza, fis-sottomissjonijiet mill-partijiet interessati, u l-istatistika disponibbli fil-bażi ta' data tal-Artikolu 14(6).

3.2.   Il-kontinwazzjoni ta' dumping ta' importazzjonijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

(36)

Għall-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, id-data statistika mill-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) turi li kien importat volum żgħir ta' OCS fl-Unjoni mir-RPĊ, li kien jammonta għal 6 338 tunnellata u li jikkostitwixxi 0,1 % tal-konsum totali tal-Unjoni. Madankollu, l-OCS kien importat f'16-il Stat Membru u l-importazzjonijiet kienu mifruxa matul il-perjodu kollu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet attwali fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kienu rappreżentattivi u, għalhekk, eżaminat jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.2.1.   Valur normali

(37)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti mill-pajjiż esportatur”.

(38)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f'dak il-pajjiż ta' distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklussivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta' riferiment mingħajr distorsjoni” u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Kif spjegat aktar hawn taħt, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-investigazzjoni preżenti li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.2.2.   L-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti

3.2.2.1.   Introduzzjoni

(39)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “id-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet tal-materji primi u tal-enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta' element wieħed jew aktar mis-segwenti:

is-suq inkwistjoni huwa servut f'miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

il-preżenza tal-istat f'ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b'mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubbliku jew li b'xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat”.

(40)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi li “fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta' distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f'ċertu pajjiż jew f'ċertu settur f'dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f'dak il-pajjiż jew settur”.

(41)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tkun tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fil-mument tal-bidu. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni pproduċiet ir-Rapport li juri l-eżistenza ta' intervent sostanzjali tal-gvern f'ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f'ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol), kif ukoll f'setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. It-talba kien fiha wkoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport.

(42)

L-applikant imsemmi fil-paragrafu 71 u fl-Anness 18 tat-talba għal dokument tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (“US DOC”) (11). Skont il-US DOC, is-settur tal-azzar huwa kklassifikat taħt l-“industriji bażiċi u pilastru”, fejn l-Istat irid “iżomm poter ta' kontroll relattivament b'saħħtu.” Id-dokument US DOC fih referenza għad-“Dokument SASAC” (12) li jaqsam is-setturi ekonomiċi fi tliet kategoriji u subkategoriji relatati, skont in-neċessità perċepita għall-kontroll tal-gvern, jiġifieri: (1) industriji strateġiċi li “jaffettwaw is-sigurtà nazzjonali u s-sinsla tal-ekonomija”, fejn l-Istat irid “iżomm poter ta' kontroll assolut”; (2) “industriji bażiċi u pilastru”, fejn l-Istat irid “iżomm poter ta' kontroll relattivament b'saħħtu”; jew (3) industriji oħrajn, fejn l-Istat irid “iżomm influwenza”. Barra minn hekk, id-Dokument SASAC jistabbilixxi għan ġenerali li, sal-2010, ikun hemm grupp ta' intrapriżi ewlenin importanti b'influwenza pjuttost qawwija u forza għall-iżvilupp ta' industrija, li jinvolvi l-istabbiliment ta' bażi b'saħħitha għall-intrapriżi ewlenin importanti fl-industriji tal-petrokimika, tat-telekomunikazzjoni, tal-elettriku, tat-tbaħħir u tal-kostruzzjoni sabiex jiżviluppaw u jsiru intrapriżi tal-ewwel rata f'livell globali, kif ukoll għall-intrapriżi ewlenin importanti fl-industriji tal-karozzi, tal-makkinarju u tal-IT sabiex isiru intrapriżi tal-ewwel rata f'livell globali.

(43)

Fir-rigward tal-kostijiet tal-azzar illaminat bis-sħana (“hot-rolled steel, HRS”) u tal-azzar illaminat bil-kesħa (“cold-rolled steel, CRS”) meħtieġa għall-produzzjoni tal-irromblar mill-ġdid, l-applikant irrefera għar-Regolamenti tal-UE preċedenti li jimponu dazji kumpensatorji (13) fejn il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-prodotti ċatti kemm ta' CRS kif ukoll ta' HRS huma sussidjati. Skont l-applikant, dan irriżulta fi prezz tal-kost artifiċjalment baxx tal-prodotti finali. Barra minn hekk, l-applikant ikkwota rapport minn ThinkDesk (14) u sostna li dan ir-rapport ipprovda wkoll evidenza li ħafna produtturi Ċiniżi setgħu joffru prodotti ċatti ta' HRS fis-suq Ċiniż bi prezzijiet distorti.

(44)

Fl-aħħar nett, l-applikanti sostnew ukoll li l-prezzijiet domestiċi Ċiniżi attwali tal-HRS u tas-CRS għadhom aktar baxxi mill-prezzijiet internazzjonali abbażi tad-data pprovduta minn Global Platts (15).

(45)

Rigward iż-żingu u d-dominazzjoni tal-industrija tat-tħaffir fil-minjieri minn intrapriżi tal-Istat, minbarra l-evidenza li tinsab fir-Rapport, l-applikanti pprovdew ukoll evidenza li bħalissa hemm fis-seħħ taxxa tal-esportazzjoni ta' 30 % fuq iż-żingu fiċ-Ċina (ara l-paragrafi 87-89 u l-Anness 18 tat-talba).

(46)

L-applikant sostna wkoll li hemm distorsjonijiet sinifikanti fil-komponenti kimiċi, li mbagħad iwasslu għal distorsjonijiet sinifikanti fiż-żebgħa u fi prodotti oħrajn ta' kisi kimiku użati għall-produzzjoni ta' azzar miksi b'materjal organiku. Huma bbażaw ruħhom fuq l-evidenza li tinsab fir-Rapport (Kapitolu 16 “Is-Settur tas-Sustanzi Kimiċi” tiegħu). B'mod partikolari, ir-Rapport semma, abbażi tal-Assoċjazzjoni tal-Ġestjoni tal-Intrapriżi Kimiċi taċ-Ċina, li l-akbar kumpaniji kimiċi (fl-2015, abbażi tad-dħul mill-bejgħ) fiċ-Ċina huma SOEs, inklużi tmienja mill-akbar għaxar intrapriżi kimiċi (16). Barra minn hekk, l-applikant irrefera għar-rapport tal-KPMG ipprovdut fl-Anness 18 tat-talba, li wera li l-aqwa 10 kumpaniji kimiċi Ċiniżi huma tal-Istat.

(47)

Fir-rigward tal-elettriku, minbarra r-Rapport, l-applikant sostna li l-produtturi tal-OCS igawdu minn rati tal-elettriku preferenzjali (17) u jingħad li Chongquing Wanda Steel Strip ibbenifikat minn rata tal-elettriku aktar baxxa mir-rata ġeneralment applikabbli għal intrapriża industrijali kbira (18). Fl-aħħar nett, l-applikant issottometta informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, li tgħid li Shougang Group u Inner Mongolia Baotou Steel Union ibbenifikaw minn sussidji fuq il-prezz tal-elettriku (19).

(48)

Fir-rigward tas-self preferenzjali u appoġġ finanzjarju ieħor, minbarra r-Rapport, l-applikant irrefera għal rapport stampa riċenti li jallega li l-kontroll tal-GTĊ fuq il-banek lokali ssaħħaħ aktar bl-iżviluppi leġiżlattivi fl-2017 (20). L-applikant ikkwota wkoll is-sejbiet tal-US DOC li s-settur “għadu fundamentalment distort minn perspettiva kemm ta' pprezzar tar-riskju kif ukoll ta' allokazzjoni tar-riżorsi. Barra minn hekk, (…) analiżi tad-dinamika tar-rati tal-imgħax tissuġġerixxi li r-rati tal-imgħax għadhom marbuta mill-qrib mar-“rati ta' referenza” ppubblikati mill-gvern u, b'hekk, għadhom mhumiex iddeterminati mis-suq. Ir-restrizzjonijiet baġitarji mhux vinkolanti, l-ipprezzar mhux distakkat, il-garanziji impliċiti tal-gvern u d-direttivi dwar il-politika tal-gvern ifixklu direttament jew indirettament is-settur bankarju formali, is-suq interbankarju, is-suq tal-bonds u “l-attività kreditizja mhux bankarja”. Dawn id-distorsjonijiet jistgħu jkunu marbuta direttament mas-sjieda u l-kontroll tal-gvern u mar-rwol intrużiv u persważiv tal-Istat fis-sistema finanzjarja taċ-Ċina” (21).

(49)

L-applikant fakkar li l-Kummissjoni stabbilixxiet fl-investigazzjonijiet preċedenti tagħha li l-produtturi tal-OCS ewlenin irċevew sussidji fil-forma ta' self preferenzjali, swaps ta' dejn għal ekwità, infużjonijiet ta' ekwità u ħelsien mill-ħlas tad-dividendi lill-gvern Ċiniż bħala l-azzjonist ewlieni (22). Barra minn hekk, l-applikant identifika għadd ta' produtturi oħrajn ta' OCS li bbenefikaw minn self preferenzjali abbażi tar-rapporti annwali tagħhom (23).

(50)

Fl-aħħar nett, l-applikant ikkwota rapport imħejji minn ThinkDesk, li identifika mill-inqas sitt produtturi tal-OCS li bbenefikaw minn miżuri ta' appoġġ tal-gvern fil-forma ta' Diżingranaġġ u Swaps ta' Dejn għal Ekwità fl-Industrija tal-Azzar Ċiniża fis-snin 2016-2017. Dawk il-miżuri kienu identifikati bħala sussidji minn ThinkDesk (24).

(51)

It-talba identifikat għadd ta' allegati distorsjonijiet addizzjonali fil-forma ta' appoġġ fiskali u standards ambjentali baxxi fiċ-Ċina, kif diġà indikat fir-Rapport. B'mod partikolari, l-applikant irrefera għal sejbiet tal-passat mill-Kummissjoni ta' diversi eżenzjonijiet fiskali diretti u programmi ta' tnaqqis li artifiċjalment naqqsu l-introjtu taxxabbli tal-kumpaniji tal-azzar, it-taxxa indiretta (VAT) u l-programmi ta' tariffi fuq l-importazzjoni, kif ukoll diversi programmi ta' għotjiet (ad hoc(25). L-applikant sostna wkoll li dawn il-programmi għadhom attivi u disponibbli llum il-ġurnata.

(52)

Fir-rigward tal-istandards ambjentali, l-applikant ikkwota rapport tal-OECD ipprovdut fl-Anness 18 tat-talba (26), li diskutibbilment juri li l-GTĊ joffri appoġġ indirett lill-manifatturi tal-azzar billi naqas milli jinforza standards ambjentali bażiċi, b'kuntrast mal-produtturi tal-Unjoni li huma soġġetti għal standards ambjentali ferm aktar stretti, speċjalment minħabba l-iżvilupp riċenti li r-Regolament REACH ipprojbixxa l-użu kontinwu tal-kromati fl-istadju tat-trattament minn qabel tal-produzzjoni tal-OCS (kif diskuss ukoll fil-paragrafi 12-16 tat-talba).

(53)

Il-Kummissjoni ser teżamina jekk huwiex xieraq jew le li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ser tagħmel dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li tiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi ser tkopri l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tiegħu b'mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt rieżami. Kif speċifikat fil-Premessi (16)-(20), la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma kkummentaw jew ipprovdew evidenza li tappoġġja jew tirribatti l-evidenza eżistenti dwar il-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport, u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

3.2.2.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ: kuntest ekonomiku ġenerali

(54)

Il-pedament innifsu tas-sistema ekonomika Ċiniża, jiġifieri l-kunċett tal-hekk imsejħa “ekonomija tas-suq soċjalista”, imur kontra l-kunċett ta' ċaqliq ħieles tal-forzi tas-suq. Dak il-kunċett huwa minqux fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat hija meqjusa bħala l-“forza ewlenija tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “sabiex jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (27). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda tali interventi huma mogħtija mandat espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata jinfirex fis-sistema legali kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fil-leġiżlazzjonijiet ċentrali kollha. Il-liġi tal-proprjetà Ċiniża hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bit-tħaddin tas-sistema ekonomika bażika li taħtha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Huma ttollerati forom oħrajn ta' sjieda, bil-liġi tippermettilhom jiżviluppaw flimkien mas-sjieda tal-Istat (28).

(55)

Barra minn hekk, skont il-leġiżlazzjoni Ċiniża rilevanti, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbutin ma' xulxin f'kull livell (legali, istituzzjonali, personali) u jifformaw sovrastruttura li fiha r-rwoli tas-CCP u tal-Istat ma jistgħux jintgħarfu. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f'Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza eżistenti tad-dispożizzjoni: “is-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “il-karatteristika definittiva tas-soċjaliżmu b'karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (29) Dan juri l-kontroll inkontestat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina. Dan il-kontroll huwa inerenti għas-sistema Ċiniża u jmur lil hinn sewwa mis-sitwazzjoni tas-soltu f'pajjiżi oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku wiesa' li fil-konfini tiegħu hemm il-forzi tas-suq ħieles.

(56)

L-Istat Ċiniż jimpenja ruħu f'politika ekonomika ta' intervent skont l-għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP aktar milli jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f'suq ħieles (30). L-għodod ekonomiċi ta' intervent użati mill-awtoritajiet Ċiniżi huma bosta, inkluża s-sistema ta' ppjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll id-diversi aspetti tal-ambjent regolatorju.

(57)

L-ewwel nett, fuq il-livell ta' kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija rregolata minn sistema kumplessa ta' ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta' setturi u politiki trasversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali għandhom tendenza li jkunu pjuttost dettaljati, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali għandhom tendenza li jistabbilixxu miri kemxejn usa'. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll is-sett ta' għodod maħsuba sabiex jappoġġjaw l-industriji jew is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta' żmien li fihom iridu jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għad fihom miri espliċiti tal-produzzjoni, filwaqt li din kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Taħt il-pjanijiet, setturi industrijali u/jew proġetti individwali qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) skont il-prijoritajiet tal-gvern u huma attribwiti lilhom għanijiet speċifiċi ta' żvilupp (ammeljorament industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, kemm privati kif ukoll tal-Istat, iridu jaġġustaw effettivament l-attivitajiet tan-negozju tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhux biss minħabba n-natura formalment vinkolanti tal-pjanijiet. B'mod kruċjali, l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta' pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom kif xieraq, u b'hekk jipperswadu lill-operaturi ekonomiċi sabiex jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.2.2.5 ta' hawn taħt) (31).

(58)

It-tieni nett, fuq il-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom, għandhom jallinjaw ruħhom mal-għanijiet tal-politika industrijali tal-gvern aktar milli jivvalutaw primarjament il-merti ekonomiċi ta' proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.2.2.8 ta' hawn taħt) (32). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Anki jekk għandhom inqas sinifikat mis-settur bankarju, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma stabbiliti f'livell istituzzjonali u operazzjonali b'mod mhux immirat lejn il-massimizzazzjoni tal-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji, iżda lejn l-iżgurar ta' kontroll u l-permess ta' intervent mill-Istat u mis-CCP (33).

(59)

It-tielet nett, fil-livell ta' ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta' forom. Pereżempju, ir-regoli tal-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta' politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b'hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tistabbilixxi speċifikament li l-akkwist pubbliku għandu jitmexxa bil-għan li jiffaċilita l-kisba tal-miri mfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta' dawn l-għanijiet tibqa' mhux definita, u b'hekk tħalli marġini wiesa' ta' apprezzament lill-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (34). Bl-istess mod, fil-qasam tal-investiment, il-gvern Ċiniż iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor tal-investiment kemm tal-Istat kif ukoll privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti għall-appoġġ tal-għanijiet tal-politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (35).

(60)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern imorru kontra ċ-ċaqliq ħieles tal-forzi tas-suq, li jirriżultaw f'distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi skont il-prinċipji tas-suq (36).

3.2.2.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut b'mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni jew il-gwida politika tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

(61)

F'dak l-isfond ta' intervent mill-Istat u dominanza tas-sjieda tal-Istat fil-mudell ekonomiku Ċiniż, l-intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) jirrappreżentaw parti essenzjali tal-ekonomija Ċiniża. Il-gvern u s-CCP iħaddnu strutturi li jiżguraw l-influwenza kontinwa tagħhom fuq l-SOEs. Il-partit tal-Istat mhux biss jifformula u jissorvelja b'mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jiddikjara wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta' deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Dan ġeneralment isir permezz ta' rotazzjoni ta' membri importanti bejn awtoritajiet tal-gvern u SOEs, permezz tal-preżenza ta' membri tal-partit fuq korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta' ċelloli tal-partit f'kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.2.4), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (37). Bi skambju, l-SOEs igawdu minn status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta' benefiċċji ekonomiċi, b'mod partikolari l-protezzjoni mill-kompetizzjoni u l-aċċess preferenzjali għall-inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (38).

(62)

Speċifikament fis-settur tal-azzar, jippersisti grad sostanzjali ta' sjieda mill-gvern Ċiniż. Filwaqt li l-qasma nominali bejn l-għadd ta' SOEs u kumpaniji privati hija stmata li hija kważi ugwali, erbgħa mill-ħames produtturi tal-azzar Ċiniżi kklassifikati mal-aqwa 10 tal-akbar produtturi tal-azzar fid-dinja huma SOEs (39). Fl-istess ħin, filwaqt li l-aqwa għaxar produtturi ħadu biss madwar 36 % tal-produzzjoni totali tal-industrija fl-2016, il-gvern Ċiniż qed jimmira li jikkonsolida minn 60 % sa 70 % tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar għal madwar għaxar intrapriżi fuq skala kbira sal-2025 (40). Tali konsolidazzjoni tista' tinvolvi fużjonijiet sfurzati ta' kumpaniji privati profittabbli ma' SOEs bi prestazzjoni dgħajfa (41).

(63)

Bil-livell għoli ta' intervent tal-gvern fl-industrija tal-azzar u sehem kbir ta' SOEs fis-settur, anki l-produtturi tal-azzar li huma proprjetà privata ma jitħallewx joperaw taħt il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-azzar huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida politika kif stabbilit fit-Taqsima 3.2.2.5 hawn taħt.

(64)

Il-kontroll u l-intervent tal-Istat fuq l-OCS mhumiex esklużi mill-qafas ġenerali deskritt. Ħafna mill-produtturi tal-OCS ewlenin huma tal-Istat. B'hekk, l-evidenza disponibbli tissuġġerixxi li l-produtturi tal-OCS fir-RPĊ huma soġġetti għall-istess sjieda, kontroll jew superviżjoni jew gwida politika mill-gvern Ċiniż u, b'hekk, ma joperawx f'konformità mal-prinċipji tas-suq (42).

3.2.2.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku: Il-preżenza tal-Istat f'ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet

(65)

Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz ta' sjieda ta' SOEs u għodod oħrajn, l-Istat Ċiniż jinsab f'pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija tal-persunal maniġerjali ewlieni fl-SOEs mill-awtoritajiet Statali rilevanti, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista' jitqies bħala li jirrifletti d-drittijiet ta' sjieda korrispondenti, (43) iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista' jinterferixxi mad-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji taċ-Ċina, għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni ta' CCP f'kull kumpanija u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat strettament. Madankollu, mill-inqas sa mill-2016, is-CCP saħħaħ it-talbiet tiegħu sabiex jikkontrolla d-deċiżjoni tan-negozju fl-SOEs bħala kwistjoni ta' prinċipju politiku. Is-CCP huwa rrapportat ukoll li jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit (44). Fl-2017, kien irrapportat li ċ-ċelloli tal-partit kienu jeżistu f'70 % ta' madwar 1,86 miljun kumpanija privata, bi pressjoni dejjem tikber għall-organizzazzjonijiet tas-CCP sabiex ikollhom il-fehma finali fuq id-deċiżjoni tan-negozju fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (45). Dawn ir-regoli japplikaw b'mod ġenerali fl-ekonomija Ċiniża, inkluż għall-produtturi tal-OCS u l-fornituri tal-inputs tagħhom.

(66)

Speċifikament fis-settur tal-azzar (inkluż il-prodott taħt rieżami u l-fornituri tal-inputs prinċipali), ħafna mill-produtturi tal-azzar ewlenin (inklużi l-produtturi tal-OCS) huma proprjetà tal-Istat. Xi wħud minnhom huma speċifikament imsemmija fil-“Pjan ta' Aġġustament u Ammeljorament tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016-2020” (46) bħala eżempji tal-kisbiet tat-12-il perjodu ta' ppjanar ta' ħames snin (bħal Baosteel, Anshan Iron and Steel, Wuhan Iron and Steel, eċċ.). Id-dokumenti pubbliċi tal-produttur tal-OCS tal-Istat xi drabi jenfasizzaw il-konnessjoni mal-Istat Ċiniż. Pereżempju, Baoshan Iron & Steel (jew Baosteel) iddikjarat fir-Rapport Semi-Annwali tal-2016 li “il-kumpanija impenjat ruħha li tqabbel it-13-il pjan ta' ppjanar reġjonali ta' Ħames Snin u laħqet kunsens wiesa' mal-gvernijiet lokali fil-kondiviżjoni tar-riżorsi, il-konnessjoni tal-industriji urbani u l-bini ta' ambjent ekoloġiku” (47). Fl-investigazzjoni riċenti kontra s-sussidji ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar (“HRF”) li joriġinaw miċ-Ċina (48), il-Kummissjoni stabbilixxiet li tlieta mill-erba' gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu SOEs. Fit-tliet gruppi kollha, il-Presidenti tal-Bord jew il-President aġixxew ukoll bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-organizzazzjoni CCP tal-grupp.

(67)

Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.2.8 hawn taħt), kif ukoll fil-forniment ta' materja prima u inputs għandhom ukoll effett ta' distorsjoni fuq is-suq (49). B'hekk, il-preżenza tal-Istat f'ditti, inklużi SOEs, fis-settur tal-azzar u f'setturi oħrajn (bħas-settur finanzjarju u dak tal-input) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

3.2.2.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b'mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

(68)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija sa ċertu punt sinifikanti ddeterminata minn sistema elaborata ta' ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffokaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru kważi s-setturi ekonomiċi kollha, l-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta' natura vinkolanti u l-awtoritajiet f'kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell aktar baxx korrispondenti tal-gvern. B'mod ġenerali, is-sistema ta' ppjanar fiċ-Ċina tirriżulta f'riżorsi mmexxija għal setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok jiġu allokati f'konformità mal-forzi tas-suq (50).

(69)

L-industrija tal-azzar, inkluża l-produzzjoni tal-OCS bħala prodott tal-azzar ta' livell għoli, hija meqjusa bħala industrija ewlenija mill-gvern Ċiniż (51). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, bħall-“Pjan ta' Aġġustament u Ammeljorament tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016-2020”. Dan il-Pjan jiddikjara li l-industrija tal-azzar hija “settur importanti u fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali” (52). Il-kompiti u l-objettivi ewlenin stabbiliti f'dan il-Pjan ikopru l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-industrija (53).

(70)

It-13-il Pjan ta' Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (54) jipprevedi appoġġ lill-intrapriżi li jipproduċu tipi ta' prodotti tal-azzar ta' livell għoli (55). Huwa jiffoka wkoll fuq il-kisba tal-kwalità, id-durabbiltà u l-affidabbiltà tal-prodott billi jappoġġja kumpaniji li jużaw teknoloġiji relatati mal-produzzjoni tal-azzar nadif, l-irromblar bi preċiżjoni u t-titjib fil-kwalità (56).

(71)

Il-“Katalogu għall-Gwida tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013)” (57) (“il-Katalogu”) jelenka l-ħadid u l-azzar bħala industriji mħeġġa. B'mod partikolari, il-Katalogu jinkoraġġixxi “l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji għal prodotti tal-azzar ta' prestazzjoni ogħla, kwalità għolja u ta' ammeljorament, inklużi iżda mhux limitati għal folji tal-karozzi ta' saħħa kbira ta' mhux inqas minn 600 Mpa, pajpijiet tal-azzar ta' prestazzjoni għolja għat-trażmissjoni taż-żejt u tal-gass, pjanċi ħoxnin u wesgħin ta' saħħa kbira għall-bastimenti, azzar għall-inġinerija tal-baħar, pjanċi bi ħxuna moderata ta' mhux inqas minn 420 Mpa għal binjiet, pontijiet u strutturi oħrajn, azzar għal ferroviji ta' veloċità għolja u tagħbija tqila, azzar tas-siliċju b'induzzjoni manjetika għolja u telf baxx ta' ħadid, azzar b'reżistenza għall-korrużjoni u l-użu, azzar inossidabbli li jiffranka r-riżorsi tal-liga (azzar inossidabbli ferritiku modern, azzar inossidabbli duplex u azzar inossidabbli tan-nitroġenu), vireg tal-azzar speċjali u vireg tal-wajer għal parts bażiċi bi prestazzjoni għolja (gerijiet bi prestazzjoni għolja, boltijiet fil-Grad 12.9 jew 'il fuq minnu, molol ta' saħħa kbira u berings ta' ħajja twila ta' servizz) u materjali fforġati tal-azzar speċjali ta' kwalità għolja (għodod u forom tal-azzar, azzar inossidabbli, u azzar għal makkinarju, fost l-oħrajn)”. L-applikabbiltà tal-Katalogu ġiet ikkonfermata mill-investigazzjoni riċenti kontra s-sussidji ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar (“HRF”) li joriġinaw miċ-Ċina (58).

(72)

Il-GTĊ jiggwida wkoll l-iżvilupp tas-settur f'konformità ma' firxa wiesgħa ta' għodod ta' politika u direttivi relatati, inter alia: mal-kompożizzjoni u r-ristrutturar tas-suq, il-materja prima (59), l-investiment, l-eliminazzjoni tal-kapaċità, il-firxa ta' prodotti, ir-rilokazzjoni, l-ammeljorament, eċċ. Permezz ta' dawn il-mezzi u mezzi oħrajn, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla virtwalment kull aspett fl-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur (60). Il-problema attwali tal-kapaċità żejda hija forsi l-aktar turija ċara tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-GTĊ u tad-distorsjonijiet li jirriżultaw.

(73)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ sabiex jipperswadi lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-politika pubblika li jappoġġjaw industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni ta' OCS bħala prodott tal-azzar ta' livell għoli u l-materja prima użata għall-produzzjoni tiegħu. Tali miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b'mod normali.

3.2.2.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba' inċiż tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet tal-falliment, tal-kumpaniji jew tal-proprjetà

(74)

Is-sistema tal-falliment Ċiniża tidher inadegwata sabiex twettaq l-objettivi ewlenin tagħha stess, bħas-soluzzjoni b'mod ġust tal-pretensjonijiet u d-djun u s-salvagwardja tad-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-kredituri u tad-debituri. Din tidher li għandha l-għeruq tagħha fil-fatt li, filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-fallimenti formalment tistrieħ fuq prinċipji simili bħal-liġijiet korrispondenti f'pajjiżi oħrajn, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta' infurzar sistematiku. L-għadd ta' fallimenti jibqa' notorjament baxx fir-rigward tad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta' insolvenza jbatu minn għadd ta' nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta' fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta' insolvenza jibqa' b'saħħtu u attiv, ħafna drabi b'influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (61).

(75)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet tal-art u tal-użu tal-art fiċ-Ċina (62). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha tibqa' dipendenti biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw drittijiet għall-użu tal-art b'mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju, billi jintroduċu proċeduri ta' offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ta' spiss ma jiġux irrispettati, b'ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew taħt ir-rati tas-suq. (63) Barra minn hekk, l-awtoritajiet sikwit isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jallokaw l-art (64).

(76)

Għalhekk, il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jidhrux li qegħdin jaħdmu sewwa, b'mod li jirriżultaw f'distorsjonijiet meta d-ditti insolventi jinżammu fil-wiċċ u fir-rigward tal-provvediment u l-akkwiżizzjoni tal-art fir-RPĊ. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ ukoll fis-settur tal-azzar u b'mod aktar speċifiku fir-rigward tal-OCS. B'mod partikolari, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-OCS, (65) kif ukoll il-materja prima tiegħu, jiġifieri l-azzar illaminat bis-sħana, (66) ibbenifikaw mill-provvediment ta' drittijiet għall-użu tal-art għal rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata.

3.2.2.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni

(77)

Sistema ta' pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa kompletament fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u dawk li jħaddmu huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta' konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), b'mod partikolari dawk dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (67). Skont il-liġi nazzjonali, hemm organizzazzjoni tat-trejdunjins waħda biss li hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma għandhiex indipendenza mill-awtoritajiet tal-Istat u l-impenn tagħha fin-negozjar kollettiv u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema jibqa' rudimentali (68). Barra minn hekk, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta' reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u ta' benefiċċji oħrajn għar-residenti lokali ta' żona amministrattiva partikolari. Dan ġeneralment iwassal sabiex il-ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni ta' residenza lokali jsibu ruħhom f'pożizzjoni ta' impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (69). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina.

(78)

Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-azzar, inkluż l-OCS, mhux ser ikun soġġett għas-sistema Ċiniża tal-liġi tax-xogħol deskritta. Is-settur tal-OCS huwa b'hekk affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (meta jsir il-prodott ikkonċernat) kif ukoll indirettament (meta jkun hemm aċċess għall-kapital jew għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema ta' xogħol fiċ-Ċina).

3.2.2.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubbliku jew li b'xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(79)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(80)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b'saħħitha tal-banek tal-Istat (70), li, meta jagħtu aċċess għall-finanzi, jikkunsidraw kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta' proġett. B'mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu konnessi mal-Istat mhux biss permezz ta' sjieda iżda wkoll permezz ta' relazzjonijiet personali (l-ogħla karigi eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (71) u, għal darba oħra, bħall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw regolarment politiki pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma' obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f'konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (72). Dan huwa aggravat minn regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi f'setturi ddeżinjati mill-gvern bħala inkoraġġiti jew inkella importanti (73).

(81)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza kbira, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(82)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta' spiss jiġu distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju hija influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-gvern Ċiniż u s-saħħa ta' kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern. L-estimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi sistematikament jikkorrispondu għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi.

(83)

Dan huwa aggravat minn regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi f'setturi ddeżinjati mill-gvern bħala inkoraġġiti jew inkella importanti (74). Dan jirriżulta fi preġudizzju għas-self lil SOEs, ditti privati kbar u konnessi sewwa u ditti f'setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(84)

It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu artifiċjalment baxxi sabiex jistimolaw it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv ta' investiment kapitali b'redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir riċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat, minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li jaħdmu fis-sistema bankarja ma jsegwux ir-reazzjonijiet kummerċjali normali.

(85)

It-tielet nett, għalkemm il-liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax inkisbet f'Ottubru 2015, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat tal-forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Tabilħaqq, is-sehem ta' self bir-rata ta' referenza jew taħtha għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u r-rikors għal kreditu immirat jidher li żdied, billi dan is-sehem żdied notevolment mill-2015, minkejja l-kundizzjonijiet ekonomiċi li sejrin għall-agħar. Rati tal-imgħax artifiċjalment baxxi jirriżultaw fi prezzijiet baxxi u, konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(86)

It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament tal-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta' ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f'ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B'riżultat ta' dan, is-self improduttiv żdied malajr fis-snin riċenti. Quddiem sitwazzjoni ta' żieda tad-dejn f'riskju, il-gvern Ċiniż għażel li jevita l-inadempjenzi. Konsegwentement, il-kwistjonijiet ta' dejn mitluf ġew ittrattati permezz ta' dejn ta' riportament, sabiex b'hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “zombie”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (pereżempju permezz ta' fużjonijiet jew swaps ta' dejn għal ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema kumplessiva tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha.

(87)

Essenzjalment, minkejja l-passi meħuda riċentement sabiex jiġi lliberalizzat is-suq, is-sistema ta' kreditu korporattiva fiċ-Ċina hija affettwata minn kwistjonijiet u distorsjonijiet sistemiċi sinifikanti li jirriżultaw mir-rwol mifrux kontinwu tal-Istat fis-swieq tal-kapital.

(88)

Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li tgħid li s-settur tal-azzar, inkluż l-OCS, ser ikun eżentat mill-intervent tal-gvern deskritt hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Għall-kuntrarju, rapport minn ThinkDesk ipprovdut mill-applikant indika li ħafna produtturi Ċiniżi tal-OCS kienu bbenifikaw minn operazzjonijiet finanzjarji mhux konformi mas-suq. Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll li l-OCS, (75) kif ukoll il-materja prima tiegħu, jiġifieri l-azzar illaminat bis-sħana, (76) ibbenifikaw minn self preferenzjali li jikkostitwixxi sussidji. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati serjament fil-livelli kollha.

3.2.2.9.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(89)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport mhumiex limitati għas-settur tal-azzar b'mod ġenerali jew għas-settur tal-OCS b'mod partikolari. Għall-kuntrarju, l-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.2.1-3.2.2.5 kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw madwar il-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess jgħodd għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbiliti hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.2.6-3.2.2.8 ta' hawn fuq u fil-Parti B tar-Rapport.

(90)

Sabiex jiġi prodott l-OCS, hemm bżonn firxa wiesgħa ta' inputs. Ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li dawn l-inputs ma jinkisbux fiċ-Ċina. Meta l-produtturi tal-OCS jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b'mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs jimpjegaw xogħol li huwa soġġett għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju jew l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema tal-ippjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u s-setturi.

(91)

Bħala konsegwenza, mhux biss ma jistgħux jintużaw il-prezzijiet domestiċi tal-bejgħ tal-OCS, iżda l-kostijiet tal-input kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, ix-xogħol, eċċ) huma wkoll ivvizzjati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, ix-xogħol, l-enerġija u l-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fiċ-Ċina permezz tal-kombinazzjoni ta' firxa ta' fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input għall-input u l-bqija. Għall-kuntrarju, ma tressqu l-ebda evidenza jew argument mill-GTĊ jew mill-produtturi esportaturi fl-investigazzjoni preżenti.

3.2.2.10.   Konklużjoni

(92)

L-analiżi stabbilita fit-Taqsimiet 3.2.2.2. sa 3.2.2.9., li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent taċ-Ċina fl-ekonomija tagħha b'mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tal-azzar (inkluż il-prodott ikkonċernat), uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tax-xogħol, mhumiex ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Fuq dik il-bażi, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f'dan il-każ.

(93)

Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklussivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f'dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f'pajjiż rappreżentattiv xieraq, f'konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-Taqsima li ġejja. Il-Kummissjoni fakkret li l-ebda produttur esportatur ma kkoopera fl-investigazzjoni u li ma ġiet ippreżentata l-ebda pretensjoni li xi kostijiet domestiċi ser ikunu mingħajr distorsjoni skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.2.3.   Pajjiż rappreżentattiv

3.2.3.1.   Rimarki ġenerali

(94)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

Livell ta' żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni użat pajjiżi b'introjtu nazzjonali gross simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi ta' data tal-Bank Dinji (77);

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f'dak il-pajjiż (78);

Id-disponibbiltà ta' data pubblika rilevanti f'dak il-pajjiż;

Meta jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ingħatat preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b'livell adegwat ta' protezzjoni soċjali u ambjentali.

(95)

Kif spjegat fil-Premessi (24) sa (25), fin-Nota tat-13 ta' April 2018, il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati li hija identifikat sitt pajjiżi rappreżentattivi possibbli: l-Arġentina, il-Kolombja, il-Malasja, il-Messiku, l-Afrika t'Isfel u t-Tajlandja u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jissuġġerixxu pajjiżi oħrajn.

3.2.3.2.   Livell ta' żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ

(96)

L-Arġentina, il-Kolombja, il-Malasja, il-Messiku, l-Afrika t'Isfel u t-Tajlandja huma meqjusa mill-Bank Dinji bħala pajjiżi b'livell simili ta' żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, jiġifieri huma kklassifikati bħala pajjiżi b'“introjtu medju superjuri” fuq bażi ta' introjtu nazzjonali gross (minn hawn 'il quddiem “ING”).

(97)

L-applikant sostna li s-sħubija tal-Messiku fin-NAFTA tintegraha f'Żona Nord-Amerikana ta' Kummerċ Ħieles b'livell ta' żvilupp ekonomiku li huwa ferm ogħla minn dak tar-RPĊ, possibbilment b'influwenza fuq il-kostijiet fil-Messiku. Il-Kummissjoni għamlet analiżi tal-adegwatezza tal-pajjiżi rappreżentattivi possibbli abbażi tal-bażi ta' data tal-Bank Dinji dwar l-ING. Din tal-aħħar tikkwalifika lill-Messiku bħala parti mill-pajjiżi b'introjtu medju superjuri, b'hekk b'livell ta' żvilupp komparabbli għal dak tar-RPĊ. Dik il-kategorija ta' pajjiżi tinkludi pajjiżi b'ING għal kull ras ta' bejn USD 3 896 u USD 12 055 fl-2017, is-sena bl-aħħar data kummerċjali disponibbli. Il-klassifikazzjonijiet japplikaw għal kull pajjiż uniku u mhux għal gruppi ta' pajjiżi li jappartjenu għal żoni ta' kummerċ ħieles, unjonijiet doganali, eċċ. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li s-sitt pajjiżi rappreżentattivi possibbli kollha identifikati kienu ugwalment komparabbli f'termini tal-iżvilupp ekonomiku mar-RPĊ. Konsegwentement, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

3.2.3.3.   Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiż rappreżentattiv u d-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

(98)

Fin-Nota tat-13 ta' April 2018, il-Kummissjoni indikat li l-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami kienet magħrufa li seħħet fl-Arġentina, fil-Kolombja, fil-Malasja, fil-Messiku, fl-Afrika t'Isfel u fit-Tajlandja.

(99)

Il-Kummissjoni identifikat li għal tlieta mill-pajjiżi, jiġifieri l-Arġentina, il-Kolombja u t-Tajlandja, id-disponibbiltà ta' data pubblika kellha tiġi vverifikata aktar, b'mod partikolari fejn kienet ikkonċernata d-data finanzjarja pubblika minn produttur tal-prodott taħt rieżami.

(100)

Għall-Kolombja u t-Tajlandja ma nstabet l-ebda data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku minn produttur tal-prodott taħt rieżami. Fir-rigward tal-Arġentina, id-data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku identifikata kienet tikkonċerna l-grupp Ternium, li kien qed jipproduċi l-prodott taħt rieżami f'dak il-pajjiż. Madankollu, ma kienx ċar mid-data finanzjarja disponibbli għall-grupp liema parti tad-data kienet relatata mal-attivitajiet tal-grupp fl-Arġentina, minħabba li l-grupp irrapporta d-data tiegħu relatata mal-Arġentina flimkien ma' pajjiżi oħrajn bħall-Bolivja, iċ-Ċili, il-Paragwaj u l-Urugwaj. Għalhekk, id-data ma kinitx preċiża biżżejjed sabiex tintuża bħala valuri referenzjarji xierqa.

(101)

Fil-kummenti tiegħu għan-Nota tat-13 ta' April 2018, l-applikant tenna t-talba li tindika li l-Afrika t'Isfel ser tkun l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq. Kien hemm żewġ produtturi tal-prodott taħt rieżami. Għal produttur wieħed, jiġifieri Safal Steel (Pty) Ltd., id-data finanzjarja ma kinitx disponibbli għall-pubbliku. Għalkemm id-data finanzjarja kienet disponibbli għall-produttur l-ieħor, jiġifieri ArcelorMittal South Africa, il-kumpanija kienet qed tagħmel it-telf kemm matul il-perjodu ta' investigazzjoni kif ukoll matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Dan rendiha mhux xierqa sabiex tintgħażel, minħabba li d-data finanzjarja ta' kumpanija li tagħmel it-telf ma jkollhomx l-element ta' profitt, li għandu jiġi sostitwit. Billi ma sabet l-ebda produttur ieħor tal-prodott taħt rieżami b'data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku fl-Afrika t'Isfel, il-Kummissjoni qieset li dan il-pajjiż mhuwiex xieraq bħala pajjiż rappreżentattiv.

(102)

Fil-kummenti tiegħu għan-Nota tat-3 ta' Lulju 2018, l-applikant sostna li l-Kummissjoni rrifjutat b'mod skorrett lill-Afrika t'Isfel bħala pajjiż rappreżentattiv, minħabba li l-fatt li l-produttur tal-prodott taħt rieżami kien qed jagħmel it-telf matul sena partikolari ma setax ikun fattur deċiżiv fl-għażla ta' pajjiż rappreżentattiv.

(103)

Billi l-Kummissjoni kellha għażla wiesgħa sabiex tagħżel pajjiż rappreżentattiv, hija ddeċidiet li tagħżel pajjiż fejn ammont raġonevoli għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali (“SG&A”) u għall-profitti jistgħu jinkisbu mid-data disponibbli għall-pubbliku ta' kumpanija f'dak il-pajjiż f'konformità mal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(104)

Għalhekk, il-fatt li ArcelorMittal South Africa kienet qed tagħmel it-telf kien fattur deċiżiv fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv u t-talba tal-applikant ġiet irrifjutata.

(105)

Fir-rigward tal-Malasja, id-data finanzjarja kienet disponibbli għall-pubbliku għal CSC Steel Holdings Berhad, sussidjarja tal-kumpanija Tajwaniża China Steel Corporation. CSC Steel Holdings Berhad ipproduċiet il-prodott taħt rieżami u kienet qed tagħmel profitt matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(106)

L-applikant sostna li d-dipendenza fuq data disponibbli għall-pubbliku minn kumpaniji bi sjieda barranija tista' twassal għal data mhux affidabbli. Il-Kummissjoni qieset li l-analiżi tal-affidabbiltà tad-data disponibbli għall-pubbliku għandha ssir fuq bażi ta' każ b'każ. Fil-każ inkwistjoni, ma kien hemm l-ebda evidenza għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni jew li ġiet sottomessa mill-applikant li tiġġustifika li tiġi injorata d-data finanzjarja ta' CSC Steel Holdings Berhard. Konsegwentement, dik l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(107)

Għall-Messiku, il-Kummissjoni sabet data disponibbli għall-pubbliku għall-grupp Ternium, b'mod partikolari r-Rapport Annwali tiegħu għall-2017. Dak il-grupp huwa produttur tal-prodott taħt rieżami fil-Messiku, u l-Messiku jirrappreżenta aktar minn 55 % f'termini tal-bejgħ ikkonsolidat tiegħu, li huwa rrapportat separatament minn reġjuni ġeografiċi oħrajn. Barra minn hekk, il-grupp Ternium kien qed jagħmel profitt matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(108)

Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li l-għażla finali tal-pajjiż rappreżentattiv kienet bejn il-Malasja u l-Messiku.

(109)

Fil-kummenti tiegħu, l-applikant irrefera għall-prattika tal-Istati Uniti li jużaw basket ta' kumpaniji “attivi fis-settur tal-metall”, bħall-produtturi tal-aluminju. Madankollu, il-Kummissjoni tat il-preferenza tagħha kull meta possibbli għal data disponibbli għall-pubbliku ta' kumpaniji li fil-fatt jipproduċu l-prodott taħt rieżami. Huwa biss jekk ma jkunx hemm tali produzzjoni jew fatturi oħrajn li jrendu mhux xieraq l-użu ta' kumpaniji li jipproduċu l-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż b'livell ta' żvilupp ekonomiku simili li l-Kummissjoni tikkunsidra alternattivi xierqa oħrajn. Fil-każ inkwistjoni, dan ma kienx neċessarju minħabba li hemm produtturi attwali tal-OCS b'data disponibbli għall-pubbliku. Konsegwentement, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

3.2.3.4.   Il-livell ta' protezzjoni soċjali u ambjentali

(110)

Wara li stabbilixxiet li kien hemm żewġ pajjiżi possibbli addattati sabiex jintgħażlu bħala rappreżentattivi, jiġifieri l-Messiku u l-Malasja, il-Kummissjoni vvalutat il-livell ta' protezzjoni soċjali u ambjentali tagħhom sabiex tagħżel dak ippreferut skont l-ewwel inċiż tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(111)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-Malasja waqgħet lura f'dak li għandu x'jaqsam mal-konformità mal-istandards tax-xogħol internazzjonali rilevanti u r-ratifika tal-konvenzjonijiet tal-ILO msemmija fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, il-Malasja ma rratifikatx tlieta mit-tmien konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO (dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni, dwar l-abolizzjoni tax-xogħol furzat u dwar in-nondiskriminazzjoni). Barra minn hekk, il-Malasja ffirmat iżda ma rratifikatx wieħed mill-ftehimiet ambjentali ewlenin (79).

(112)

B'kuntrast ma' dan, il-Messiku għandu livell ogħla ta' konformità mal-istandards tax-xogħol tal-ILO, minħabba li huwa rratifika l-konvenzjonijiet ewlenin kollha, għajr għall-Konvenzjoni dwar id-Dritt ta' Organizzazzjoni u ta' Negozjar Kollettiv. Barra minn hekk, huwa ffirma u rratifika l-konvenzjonijiet ambjentali ewlenin kollha.

3.2.3.5.   Konklużjoni

(113)

Fid-dawl tal-analiżi ta' hawn fuq, il-Messiku ssodisfa l-kriterji kollha stipulati fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex ikun jista' jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. B'mod partikolari, il-Messiku għandu produzzjoni sostanzjali tal-prodott taħt rieżami u sett komplut ta' data disponibbli għall-fatturi kollha tal-produzzjoni, l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt. Barra minn hekk, il-Messiku għandu livell ogħla ta' protezzjoni soċjali u ambjentali.

3.2.4.   Spejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

(114)

Fin-Nota tat-3 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati li, għall-kostruzzjoni tal-valur normali, ser tinkludi l-kostijiet u l-profitti ta' SG&A mill-kumpanija Ternium SA Mexico, skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser tinkludi mill-istess kumpanija valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(115)

Fil-kummenti tiegħu għan-Nota tat-3 ta' Lulju 2018, l-applikant sostna li huwa preferibbli li tintuża d-data mhux ikkonsolidata ta' ArcelorMittal South Africa (kumpanija lokali) minflok id-data kkonsolidata tal-grupp Ternium (grupp globali) li l-produzzjoni tiegħu fil-Messiku tirrappreżenta aktar minn 55 % tal-bejgħ ikkonsolidat. L-argument kien ibbażat fuq l-osservazzjoni li d-data mhux ikkonsolidata tirrappreżenta r-riżultati tal-kumpanija lokali u mhux tal-grupp globali u, bħala tali, allegatament tirrifletti aħjar l-ispiża ġenerali fissa tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt tal-pajjiż rappreżentattiv. Madankollu, billi d-data minn ArcelorMittal South Africa ma setgħetx tintuża, minħabba li din il-kumpanija qed tagħmel it-telf, dik l-affermazzjoni saret mingħajr argument u, għalhekk, ġiet irrifjutata.

(116)

Fil-kummenti tiegħu għan-Nota tat-3 ta' Lulju 2018, l-applikant sostna wkoll li, għalkemm il-Messiku huwa pajjiż rappreżentattiv xieraq, Ternium S.A. Mexico hija parti minn kumpanija internazzjonali, il-grupp Ternium, li d-data finanzjarja tagħha tirrifletti l-operazzjonijiet f'pajjiżi b'livell differenti ta' żvilupp ekonomiku.

(117)

Irrispettivament mill-fatt li l-grupp Ternium huwa kumpanija internazzjonali, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-data disponibbli għall-pubbliku ta' Ternium S.A. Mexico kienet speċifika biżżejjed għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fil-Messiku u, għalhekk, irrifjutat dik l-affermazzjoni. Fid-dawl tal-analiżi fit-Taqsima 3.2.3, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża d-data finanzjarja minn Ternium S.A. Mexico, li hija disponibbli għall-2017, u b'hekk tkopri l-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.2.5.   Sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(118)

Fin-Nota tat-3 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-Atlas tal-Kummerċ Globali (“GTA”) sabiex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni. Il-Kummissjoni użat Doing Business 2018 għall-kostijiet tal-elettriku, statistika nazzjonali dwar il-gass naturali, il-Kodiċi Fiskali tad-Distrett Federali għall-kostijiet tal-ilma u d-data finanzjarja minn Ternium S.A. Mexico sabiex tistabbilixxi l-kostijiet ta' SG&A, profitti u spejjeż ġenerali.

3.2.6.   Fatturi tal-produzzjoni

(119)

Kif diġà ddikjarat fil-Premessa (23), fin-Nota tat-13 ta' April 2018, il-Kummissjoni fittxet li tistabbilixxi lista inizjali ta' fatturi ta' produzzjoni u sorsi maħsuba sabiex jintużaw għall-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħal materjali, l-enerġija u x-xogħol użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produttur esportatur li jikkoopera.

(120)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-applikant sabiex tispeċifika l-fatturi tal-produzzjoni użati fil-produzzjoni tal-OCS. Tabilħaqq, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-produtturi tal-OCS Ċiniżi, il-proċess tal-produzzjoni tagħhom u l-materjali użati minnhom jidhru li huma identiċi għal dawk ipprovduti mill-applikant.

(121)

Il-punt tat-tluq fil-proċess tal-produzzjoni intgħażel bħala s-sottostrat jew il-koljatur tal-bażi, minħabba li l-proċess tal-produzzjoni tal-applikant beda minn dik il-bażi. Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni miksuba fl-investigazzjoni inizjali bħala l-aqwa evidenza disponibbli, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-produtturi esportaturi bdew ukoll il-produzzjoni tal-OCS abbażi tas-sottostrat. Tabilħaqq, fil-każ oriġinali, l-ebda produttur integrat ma kkoopera.

(122)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex kodiċijiet tariffarji aktar dettaljati mill-kodiċijiet HS b'6 ċifri pprovduti mill-applikant. Il-kodiċijiet HS qablu għal kollox mal-kodiċijiet tat-tariffi Messikani.

(123)

Meta titqies l-informazzjoni kollha sottomessa mill-applikant, ġew identifikati l-fatturi ta' produzzjoni u l-kodiċijiet HS li ġejjin, fejn applikabbli:

Tabella 1

Fattur tal-Produzzjoni

Kodiċi HS

Valur ta' importazzjoni ta' unità

Materja Prima

Sottostrat – Koljatur tal-Azzar Galvanizzat f'Banju Sħun:

 

 

miksi jew mgħotti biż-żingu

7210 49

0,84 EUR/kg

miksi jew mgħotti bil-ligi taż-żingu

7210 49

0,84 EUR/kg

Kisja Metallika – Ingotti taż-żingu (għal kisi biż-żingu):

 

 

< 99,99 % żingu

7901 12

Mhux applikabbli

ligi taż-żingu

7901 20

Mhux applikabbli

Kisja Organika

 

 

żebgħa tal-poliesteru

3208 10

4,33 EUR/kg

żebgħa tal-poliuretan

3208 90

4,91 EUR/kg

żebgħa tal-fluworidu poliviniliden

3209 90

3,36 EUR/kg

Ix-xogħol

Il-pagi tax-xogħol fis-settur tal-manifattura

[M/A]

1,37 EUR/siegħa

L-enerġija

Elettriku

[M/A]

0,06 EUR/kWh

Gass Naturali

[M/A]

0,0034 EUR/MJ

Arja kkompressata

2853 90

Mhux applikabbli

Ilma

[M/A]

3,81 EUR/m3

Prodott sekondarju/skart

Ruttam tal-azzar galvanizzat

7204 29

0,18 EUR/kg

3.2.6.1.   Materjali

(124)

L-applikant ikkonferma li l-koljatur tal-azzar galvanizzat f'banju sħun jintuża b'mod predominanti bħala s-sottostrat għall-aktar tip rappreżentattiv tal-prodott taħt rieżami. Għalhekk, fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi u ta' kummenti mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni ma ġabritx data dwar sottostrati possibbli oħrajn, bħal koljatur tal-azzar illaminat bis-sħana jew koljatur tal-azzar illaminat bil-kesħa.

(125)

Fir-rigward ta' kisja metallika, l-applikant ikkonferma li l-użu ta' kisja taż-żingu jipprevali. Għalhekk, fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi u ta' kummenti mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni ma sabitx li huwa meħtieġ li tinġabar data dwar kisja metallika permezz tal-aluminju.

(126)

Għandu jiġi nnotat li s-sottostrat koljatur tal-azzar galvanizzat f'banju sħun jinkludi l-kisja metallika permezz ta' żingu jew ligi taż-żingu. Id-data dwar l-użu ta' kisja metallika nġabret biss sabiex tippermetti aġġustamenti fil-kalkolu tal-valur normali bbażat fuq volumi differenti ta' żingu jew ligi taż-żingu użati għal kisja metallika tad-diversi tipi ta' prodotti.

(127)

Ir-rekords tal-applikant ma kinux jippermettu li jiġi ddeterminat il-konsum tal-awżiljarji għal kull unità tal-prodott taħt rieżami. L-applikant ittratta l-awżiljarji bħala spejjeż ġenerali tal-manifattura. Għalhekk, fin-nuqqas ta' din l-informazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi proporzjonijiet ta' użu u valuri mingħajr distorsjoni għall-awżiljarji użati. Madankollu, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-awżiljarji kollha meħuda flimkien kienu jammontaw għal proporzjon insinifikanti ta' kostijiet tal-manifattura għal kull tunnellata ta' prodott lest. Sabiex tikkunsidra kif suppost dawn il-kostijiet fil-kalkolu tal-valur normali mibni, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura (li jkopru l-materjali, ix-xogħol, l-enerġija u l-ilma) mill-Messiku b'perċentwal ugwali għas-sehem tal-awżiljarji fuq il-kostijiet tal-manifattura pprovduti mill-applikant. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li dan il-metodu kien jirrifletti b'mod adegwat is-sehem tal-awżiljarji fil-kostijiet totali tal-manifattura fil-valur normali mibni.

(128)

L-applikant ma rrapporta l-ebda użu ta' LPG, idroġenu jew nitroġenu. Għalhekk, dawn il-fatturi ta' produzzjoni identifikati oriġinarjament ma ntużawx għall-bini tal-valur normali.

(129)

L-applikant irrapporta wkoll li għandu jiġi kkunsidrat ir-ruttam prodott fil-proċess tal-produzzjoni ta' OCS. Sabiex isir dan, kien meħtieġ li jiġu identifikati n-natura tar-ruttam u l-kodiċi HS korrispondenti. F'dan il-każ, ġie identifikat ruttam ta' azzar galvanizzat (ara t-Tabella fil-Premessa (123)).

(130)

Għall-materjali u r-ruttam kollha, fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni dwar is-suq Messikan, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha minbarra r-RPĊ. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-pajjiż rappreżentattiv, hekk kif hija kkonkludiet fil-Premessa (92) li fil-każ preżenti mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti f'konformità mal-Artikolu 2(6a)(b). Abbażi tal-evidenza disponibbli, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe konfutazzjoni mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġiet eskluża r-RPĊ, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqgħu rappreżentattivi, li jvarjaw minn 94 % sa 100 % tal-volumi totali importati lejn il-Messiku.

(131)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materjali mwasslin sal-bieb tal-fabbrika tal-produttur esportatur, kif stabbilit mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a), il-Kummissjoni applikat dazju tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv, jiġifieri l-Messiku, għall-prezz tal-importazzjoni, u żiedet il-kostijiet tat-trasport domestiku. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni dwar il-kostijiet tat-trasport domestiku pprovduti mill-applikant.

3.2.6.2.   Ix-xogħol

(132)

L-istatistika tal-ILO pprovdiet informazzjoni dwar il-pagi ta' kull xahar fis-settur tal-manifattura u s-sigħat ta' kull ġimgħa maħduma fil-Messiku għall-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. L-applikant sostna li d-data disponibbli għall-Afrika t'Isfel tista' tiġi aġġustata għall-inflazzjoni billi jintuża l-Indiċi tal-Prezz tal-Konsumaturi jew l-indiċijiet għall-kostijiet tax-xogħol fis-settur tal-manifattura ppubblikati mill-Bank ta' Riserva tal-Afrika t'Isfel. Madankollu, billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq li għalih hija disponibbli din id-data, din l-affermazzjoni saret dibattibbli.

3.2.6.3.   Elettriku

(133)

Il-prezz tal-elettriku kien faċilment disponibbli fir-rapport Doing business 2018. Dan ir-rapport uża metodoloġija standardizzata sabiex jidentifika l-prezz ta' kWh fil-Messiku.

(134)

B'mod alternattiv, il-Kummissjoni kkunsidrat li tuża t-tariffi tal-elettriku ppubblikati mill-produtturi u d-distributuri tal-elettriku fil-Messiku. Fil-Messiku, CFE (Comisión Federal de Electricidad), kumpanija tal-Istat, hija l-fornitur dominanti tal-elettriku.

(135)

L-applikant sostna li l-kostijiet tal-elettriku kkwotati f'Doing Business 2018 jidhru artifiċjalment baxxi meta mqabbla mal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi u, għalhekk, ippropona li jintużaw ir-rati fiż-żona fejn ġie manifatturat il-prodott taħt rieżami, filwaqt li kkunsidra l-aġġustamenti possibbli għall-kanal tal-provvista, imposti speċifiċi u l-VAT.

(136)

L-applikant naqas milli jipprovdi biżżejjed evidenza li turi li tali aġġustamenti għall-VAT, imposti speċifiċi u l-kanali tal-provvista huma tabilħaqq meħtieġa u applikabbli għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni u ddeċidiet li tuża l-aktar data komprensiva u mhux ambigwa mir-rapport Doing business 2018.

3.2.6.4.   Gass naturali

(137)

Il-prezz tal-gass naturali fil-Messiku huwa disponibbli fil-bażi ta' data statistika miżmuma mill-Kummissjoni għar-Regolament dwar l-Enerġija (Comisión Reguladora de Energía). Id-data pprovduta tkopri x-xhur minn Lulju sa Diċembru 2017.

(138)

L-applikant sostna li, għall-Afrika t'Isfel, jista' jintuża l-prezz tal-importazzjoni għal kull tunnellata ta' gass naturali likwifikat (kodiċi HS 2711 11) meħud mill-bażi tad-data tal-GTA u, sussegwentement, jiġi kkonvertit għal prezz għal kull gigajoule. Billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv li għalih hija disponibbli din id-data, hija rrifjutat dik l-affermazzjoni.

3.2.6.5.   Arja kkompressata

(139)

Minbarra l-fatturi tal-produzzjoni identifikati fin-Nota tat-13 ta' April 2018, l-applikant għarraf lill-Kummissjoni li l-arja kkompressata qed tintuża fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. L-arja kkompressata qed tinxtara fil-forma ta' arja likwida.

(140)

Il-Kummissjoni ddeterminat li l-kodiċi HS xieraq għall-arja likwida huwa 2853 90. Madankollu, il-kodiċi HS ikopri għadd ta' sustanzi kimiċi oħrajn. L-iskeda ta' tariffi nazzjonali tal-Messiku tissuġġerixxi li ma hemmx aktar klassifikazzjoni dettaljata. Għalhekk, id-data miksuba mill-bażi ta' data tal-GTA jkun fiha importazzjonijiet ta' komposti inorganiċi oħrajn (inklużi ilma distillat jew ta' konduttività u ilma ta' purità simili) u amalgami, minbarra amalgami ta' metalli prezzjużi.

(141)

Għar-raġunijiet deskritti fil-Premessa preċedenti, il-Kummissjoni qieset li l-użu tal-bażi ta' data tal-GTA mhuwiex xieraq. Għandu jiġi nnotat li l-arja kkompressata kienet tammonta għal proporzjon insinifikanti ta' kostijiet tal-manifattura għal kull tunnellata ta' prodott lest. Sabiex tikkunsidra dawk il-kostijiet fil-kalkolu tal-valur normali mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura (li jkopru l-materjali, ix-xogħol, l-enerġija u l-ilma) b'perċentwal ugwali għas-sehem tal-arja kkompressata fuq il-kostijiet tal-manifattura pprovduti mill-applikant. Il-Kummissjoni kkunsidrat li dan il-metodu kien jirrifletti b'mod adegwat is-sehem tal-arja kkompressata fil-kostijiet totali tal-manifattura fil-valur normali mibni.

3.2.6.6.   Ilma

(142)

Fil-Messiku, it-tariffi fuq l-ilma jiġu deċiżi fil-livell muniċipali. Barra minn hekk, CONAGUA (Comisión Nacional del Agua), l-awtorità governattiva għar-regolamentazzjoni tal-ilma fil-Messiku, tippubblika statistika dwar l-ilma fil-Messiku, li tipprovdi wkoll ħarsa ġenerali lejn il-prezz tal-ilma għall-użu industrijali fil-muniċipalitajiet magħżula. Madankollu, l-aktar edizzjoni riċenti hija mill-2016 u tkopri s-sena 2015.

(143)

Konsegwentement, sabiex tuża l-prezzijiet applikabbli matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni użat it-tariffi fuq l-ilma ta' Mexico City. Huma kienu faċilment disponibbli fil-Kodiċi Fiskali tad-Distrett Federali kif emendat f'Diċembru 2016 u kienu applikabbli mill-1 ta' Jannar 2017.

3.2.6.7.   Kalkoli

(144)

Sabiex tistabbilixxi l-valur normali mibni, il-Kummissjoni segwiet iż-żewġ passi li ġejjin.

(145)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni mbagħad immultiplikat il-fatturi tal-użu kif osservati fil-livell tal-proċess ta' produzzjoni tal-applikant għall-materjali, ix-xogħol, l-enerġija u l-ilma bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservata fil-pajjiż rappreżentattiv, jiġifieri l-Messiku. Barra minn hekk, għal dawk il-fatturi tal-produzzjoni li għalihom ma ġewx ipprovduti fatturi tal-użu preċiżi mill-applikant (b'mod partikolari, makkinarju awżiljarju u arja kkompressata), il-Kummissjoni applikat perċentwal ugwali għas-sehem ta' dawk il-fatturi tal-produzzjoni fuq il-kostijiet tal-manifattura rrapportati mill-applikant għall-kostijiet diretti tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(146)

It-tieni, għall-kostijiet tal-manifattura identifikati hawn fuq, il-Kummissjoni applikat l-ispejjeż ġenerali, l-SG&A u l-profitti tal-manifattura ta' Ternium S.A. Mexico. Dawn ġew identifikati abbażi tar-rapport annwali ta' Ternium S.A. Mexico tal-2017 u ġew espressi bħala l-perċentwali li ġejjin:

(147)

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura (80) ta' 14,12 % applikati għall-kostijiet tal-manifattura (li jkopru l-konsum tal-materjali, ix-xogħol, l-enerġija u l-ilma);

(148)

SG&A (81) ta' 12,56 % applikati għas-somma tal-kostijiet tal-manifattura u l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura;

(149)

Profitt (82) ta' 15,09 % applikat għas-somma tal-kostijiet tal-manifattura, l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u l-SG&A.

(150)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta' prodott fuq bażi ex-works f'konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Minħabba l-fatt li l-ebda produttur esportatur ma kkoopera, il-valur normali ġie stabbilit fuq bażi tal-pajjiż kollu u mhux għal kull esportatur u produttur separatament.

3.2.7.   Prezz tal-esportazzjoni

(151)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tad-data CIF tal-Eurostat ikkoreġuta għal-livell ex-works.

3.2.8.   Tqabbil u marġini tad-dumping

(152)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali mibni f'konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ex-works.

3.2.9.   Konklużjoni

(153)

Abbażi ta' dan, il-marġini ta' dumping medju ponderat, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta' 134 %.

(154)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping kompla matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.3.   Il-probabbiltà tar-rikorrenza ta' dumping mir-RPĊ

(155)

Kif ġie stabbilit hawn fuq, instab li l-importazzjonijiet ta' OCS mir-RPĊ kienu soġġetti għal dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, iżda l-livell ta' importazzjonijiet kien relattivament limitat. Għall-fini tal-kompletezza, il-Kummissjoni investigat ukoll il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping jekk jitħassru l-miżuri. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ, l-imġiba tal-ipprezzar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ fi swieq oħrajn, id-disponibbiltà ta' swieq oħrajn u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

3.3.1.   Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi

(156)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-volum tal-importazzjonijiet ta' OCS mir-RPĊ lejn l-Unjoni, għalkemm meqjus bħala rappreżentattiv kif konkluż fil-Premessa (36), kien pjuttost żgħir (madwar 0,1 % tal-konsum totali tal-Unjoni). Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tanalizza wkoll id-data li tikkonċerna l-bejgħ ta' OCS mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi sabiex tikkonferma s-sejba tagħha ta' kontinwazzjoni ta' dumping. Il-kalkoli tad-dumping saru bl-użu tal-prezzijiet għall-bejgħ lil pajjiżi terzi, abbażi tal-istatistika Ċiniża dwar l-esportazzjoni.

3.3.1.1.   Valur normali

(157)

Il-valur normali sabiex jiġi vvalutat id-dumping mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi segwa l-Premessi (37) sa (150).

3.3.1.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(158)

Billi ma kienx hemm kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kien ibbażat fuq id-data mill-bażi ta' data dwar l-esportazzjoni miċ-Ċina kif ipprovduta mill-applikant. Minn din id-data ppreżentata fil-livell tal-FOB fil-bażi ta' data, il-Kummissjoni naqqset il-kostijiet tal-immaniġġjar fil-portijiet u l-kostijiet tat-trasport domestiku fiċ-Ċina kif stmati mill-applikant sabiex jikkalkula l-prezz tal-esportazzjoni fil-livell ex-works.

3.3.1.3.   Tqabbil

(159)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali mibni u l-prezz tal-esportazzjoni lejn pajjiżi barra l-Unjoni fuq bażi ex-works.

3.3.1.4.   Marġini tad-dumping

(160)

It-tqabbil ta' hawn fuq wera marġini ta' dumping mal-pajjiż kollu għall-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi kollha (minbarra l-Unjoni) ta' 118 %, bil-marġini ta' dumping mal-pajjiż kollu għall-esportazzjoni lejn l-aktar ħames swieq esportaturi importanti (l-Indja, il-Filippini, il-Federazzjoni Russa, il-Korea t'Isfel u l-Vjetnam) kien ivarja minn 112 % sa 160 %. Dan ikkonferma wkoll li l-marġini ta' dumping iddeterminat għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni kien raġonevoli minkejja l-volumi baxxi ħafna tal-bejgħ.

3.3.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ

(161)

Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-fatti disponibbli u, b'mod partikolari, fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant, f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(162)

Il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ qabżet sostanzjalment il-volumi tal-produzzjoni attwali. Skont l-Assoċjazzjoni taċ-Ċina għall-Ħadid u l-Azzar (CISA), il-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar miksi bil-kulur kienet tammonta għal 40 miljun tunnellata fl-2013. Bil-volumi tal-produzzjoni fil-livell ta' 7,5 miljun tunnellata, l-użu tal-kapaċità laħaq madwar 20 % biss. Jekk il-miżuri jitħassru, il-produtturi Ċiniżi għandhom kapaċità żejda suffiċjenti stmata għal 32,5 miljun tunnellata sabiex jgħarrqu s-suq tal-Unjoni, fejn il-konsum huwa ta' 4,5 miljun tunnellata, bl-OCS soġġett għal dumping.

(163)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità żejda sinifikanti li huma jistgħu jużaw sabiex jipproduċu l-OCS għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħassru.

3.3.3.   Id-disponibbiltà ta' swieq oħrajn

(164)

Hemm fis-seħħ miżuri għad-difiża tal-kummerċ kontra l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta' OCS fl-Indja, fil-Malasja, fil-Pakistan, fit-Turkija u fil-Vjetnam, li juru l-istess tip ta' mġiba tal-ipprezzar kif osservata għall-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni.

(165)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, jekk il-miżuri attwali jitħassru, huwa probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jirridirezzjonaw l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta' dumping.

3.3.4.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(166)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni kien b'bejn EUR 194 u EUR 338 għal kull tunnellata ta' OCS (jew b'bejn 28 % u 59 %) ogħla mill-prezz tal-esportazzjoni miċ-Ċina fil-livell ta' CIF lejn il-ħames swieq ewlenin tal-esportazzjoni kif deskritt fil-Premessa (160). Huwa kien ukoll b'bejn EUR 211 u EUR 226 għal kull tunnellata ta' OCS (jew b'bejn 31 % u 33 %) ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni miċ-Ċina fil-livell ta' CIF lejn il-pajjiżi terzi kollha (minbarra l-Unjoni). L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-aktar ħames swieq tal-esportazzjoni importanti ammontaw għal 48 % tal-konsum tal-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(167)

Konsegwentement, jekk il-miżuri jitħassru, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu potenzjalment jirridirezzjonaw l-esportazzjonijiet ta' volumi sostanzjali ta' OCS minn pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Unjoni.

3.3.5.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza ta' dumping

(168)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li, irrispettivament minn jekk kienx hemm dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, hemm probabbiltà qawwija ta' rikorrenza tad-dumping jekk il-miżuri jiskadu.

3.4.   Konklużjonijiet ġenerali dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza tad-dumping

(169)

L-investigazzjoni wriet li, matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Minkejja l-volumi baxxi ta' importazzjoni, il-marġnijiet ta' dumping misjuba jikkorrespondu għal dawk osservati meta jiġu eżaminati l-esportazzjonijiet taċ-Ċina lejn pajjiżi terzi. Fid-dawl tal-elementi eżaminati fit-Taqsimiet 3.3.2 sa 3.3.4, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa probabbli ħafna li l-produtturi Ċiniżi jesportaw kwantitajiet sinifikanti ta' OCS lejn l-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping, jekk il-miżuri jiskadu. B'hekk, hemm evidenza ta' probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping.

(170)

Fi kwalunkwe każ, sussidjarjament, il-Kummissjoni sabet ukoll li kien hemm evidenza ta' probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping jekk il-miżuri jiskadu. Il-kapaċità żejda fir-RPĊ kienet sinifikanti ħafna meta mqabbla mal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, swieq oħrajn kellhom fis-seħħ miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ. Din l-imġiba tal-ipprezzar tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fi swieq terzi tappoġġja l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fl-aħħar nett, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f'termini tad-daqs u l-prezzijiet, u l-fatt li swieq oħrajn għadhom magħluqin minħabba miżuri anti-dumping, indikaw li huwa probabbli li l-esportazzjonijiet Ċiniżi u l-kapaċità żejda jkunu diretti lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà qawwija li t-tħassir tal-miżuri anti-dumping jirriżulta f'żieda fl-esportazzjonijiet ta' OCS mir-RPĊ lejn l-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(171)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping x'aktarx li twassal għal kontinwazzjoni u, fi kwalunkwe każ, rikorrenza ta' dumping.

4.   DANNU

4.1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(172)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, l-OCS kien manifatturat minn aktar minn 20 produttur magħrufa fl-Unjoni, b'uħud minnhom relatati ma' xulxin. Bosta minn dawk il-produtturi jappartjenu għal gruppi li jagħmlu l-azzar.

(173)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stmata għal 4 752 003 tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju sottomessi mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u d-data sottomessa lill-applikant. Il-produtturi tal-Unjoni responsabbli għall-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

4.2.   Il-konsum fl-Unjoni

(174)

L-investigazzjoni sabet li parti mill-industrija tal-Unjoni tuża l-produzzjoni tagħha għal użu ristrett, jiġifieri li ta' spiss sempliċement tiġi ttrasferita (mingħajr fattura) u/jew ikkonsenjata bil-prezzijiet tat-trasferiment fi ħdan l-istess kumpanija jew grupp ta' kumpaniji għal ipproċessar downstream ulterjuri. Sabiex tiġi pprovduta stampa kemm jista' jkun sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, id-data nkisbet u ġiet analizzata għall-attività kollha tal-OCS.

(175)

Bħal fl-investigazzjoni oriġinali (il-Premessi (68)-(69) tagħha), kien ikkunsidrat li indikaturi ekonomiċi bħall-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, l-istokks, l-impjiegi, il-produttività, il-pagi u l-abbiltà li jinġabar il-kapital jiddependu fuq l-attività kollha, irrispettivament minn jekk il-produzzjoni hijiex għal użu ristrett jew mibjugħa fis-suq ħieles. Madankollu, il-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, is-sehem tas-suq, it-tkabbir, il-volum tal-esportazzjoni u l-prezzijiet jiffokaw fuq is-sitwazzjoni prevalenti fis-suq ħieles (u b'hekk, esklużi attivitajiet ristretti). B'hekk, l-indikaturi tad-dannu ġew ikkoreġuti għall-użu ristrett magħruf u l-bejgħ fl-industrija tal-Unjoni, u l-użu ristrett u l-bejgħ ġew analizzati separatament.

(176)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi ta' (i) statistika tal-importazzjoni fil-livell TARIC bl-użu ta' informazzjoni miġbura abbażi tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku u (ii) volumi ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (inklużi tranżazzjonijiet ristretti) fl-Unjoni kif sottomessi mill-applikant. Dawk il-volumi ta' bejgħ ġew kontroverifikati u aġġornati fejn meħtieġ fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun bħala riżultat taż-żjarat ta' verifika fil-bini tagħhom.

(177)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

 

2014

2015

2016

PIR

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

3 840 088

3 965 150

4 375 791

4 525 677

Indiċi (2014 = 100)

100

103

114

118

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju u bażi tad-data skont l-Artikolu 14(6)

(178)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żdied bi 18 %.

4.3.   Importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina

(179)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum tal-importazzjonijiet u l-prezzijiet abbażi tal-istatistika tal-importazzjoni fil-livell TARIC bl-użu ta' informazzjoni miġbura abbażi tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku.

4.3.1.   Volum u sehem mis-suq

(180)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Importazzjonijiet miċ-Ċina

2014

2015

2016

PIR

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati)

5 619

4 217

2 958

6 338

Indiċi (2014 = 100)

100

75

53

113

Sehem mis-suq (%)

0,1

0,1

0,1

0,1

Sors: Bażi tad-data skont l-Artikolu 14(6)

(181)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kien baxx. Is-sehem mis-suq Ċiniż varja ftit matul il-perjodu kkunsidrat u kien 0,1 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(182)

L-importazzjonijiet baqgħu f'livell baxx minn mindu ġew imposti l-miżuri anti-dumping provviżorji f'Settembru 2012. Huwa preżunt li l-livell baxx tagħhom huwa r-riżultat tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ.

4.3.2.   Il-prezz u t-twaqqigħ tal-prezz

(183)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Importazzjonijiet miċ-Ċina

2014

2015

2016

PIR

Prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

341

747

697

637

Indiċi (2014 = 100)

100

219

204

187

Sors: Bażi tad-data skont l-Artikolu 14(6)

(184)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b'87 %. Wieħed jista' raġonevolment jassumi li din ix-xejra hija mill-inqas parzjalment dovuta għaż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima.

(185)

Il-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni tqabblu mal-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, ma seta' jsir ebda tqabbil affidabbli bejn tip ta' prodott u ieħor u ntużat statistika dwar l-importazzjonijiet għall-prodott taħt rieżami b'mod ġenerali sabiex jiġi stabbilit il-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni minn importaturi mhux relatati f'dan ir-rieżami tal-iskadenza, intużaw l-estimi li jinsabu fit-talba dwar il-livell tal-aġġustament għall-kostijiet wara l-importazzjoni.

(186)

Abbażi ta' dik il-metodoloġija, it-tqabbil wera li matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'27,8 % (jiġifieri, simili ħafna għat-twaqqigħ tal-prezzijiet misjub matul l-investigazzjoni oriġinali).

(187)

Barra minn hekk, l-analiżi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn swieq terzi oħrajn uriet li ċ-Ċina kienet qed tbigħ fi wħud mis-swieq ewlenin tal-esportazzjoni tagħha bi prezzijiet simili jew xi drabi saħansitra aktar baxxi minn dawk lejn l-Unjoni, sabiex b'hekk issaħħet il-konklużjoni li l-livell attwali tal-prezzijiet Ċiniżi ser iwaqqa' l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

4.4.   L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi

(188)

It-Tabella 5 turi l-iżvilupp tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi matul il-perjodu kkunsidrat f'termini ta' volum u sehem mis-suq, kif ukoll il-prezz medju ta' dawn l-importazzjonijiet.

Tabella 5

 

2014

2015

2016

PIR

Il-volum ta' importazzjonijiet mill-Indja (tunnellati)

191 015

136 208

152 511

247 237

Indiċi (2014 = 100)

100

71

80

129

Sehem mis-suq (%)

5,0

3,4

3,5

5,5

Prezz medju (EUR/tunnellati)

755

770

680

818

Volum ta' importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea (tunnellati)

155 634

131 959

184 637

222 448

Indiċi (2014 = 100)

100

85

119

143

Sehem mis-suq (%)

4,0

3,3

4,2

4,9

Prezz medju (EUR/tunnellati)

899

934

785

925

Volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

117 938

113 679

134 352

201 981

Indiċi (2014 = 100)

100

96

114

171

Sehem mis-suq (%)

3,1

2,9

3,1

4,5

Prezz medju (EUR/tunnellati)

793

798

714

838

Sors: Bażi tad-data skont l-Artikolu 14(6)

(189)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdied sabiex laħaq sehem mis-suq ta' 14,8 %. Ħafna minn dawn l-importazzjonijiet kienu mill-Indja u l-Korea, segwiti mit-Turkija u t-Tajwan.

(190)

B'mod ġenerali, il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kien ogħla mill-prezzijiet medji li bihom l-importazzjonijiet Ċiniżi daħlu fl-Unjoni. Skont is-snin, il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kien jew ogħla jew inkella aktar baxx mill-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-produtturi tal-Unjoni fl-Unjoni.

4.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(191)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li affettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(192)

L-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività, it-tkabbir, il-kobor tal-marġini tad-dumping u l-irkupru mill-effetti tad-dumping tal-passat) ġew ivvalutati fil-livell tal-industrija kollha tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant, kontrovverifikata mat-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(193)

L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (l-istokks, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, l-abbiltà li jiżdied il-kapital, u l-pagi) twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom, li ġiet debitament ivverifikata matul żjara ta' verifika fuq il-post.

(194)

Minħabba li waħda mit-tliet kumpaniji inklużi fil-kampjun mhijiex irrappreżentata mill-applikant, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, id-data fit-Tabelli 9 sa 14 tiġi pprovduta f'firxiet sabiex tinżamm il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva għan-negozju.

4.5.1.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.1.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(195)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 6

 

2014

2015

2016

PIR

Produzzjoni (tunnellati)

4 402 079

4 404 178

4 769 698

4 752 003

Indiċi (2014 = 100)

100

100

108

108

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

5 076 892

5 113 417

5 361 693

5 339 200

Indiċi (2014 = 100)

100

101

106

105

Użu tal-kapaċità (%)

87

86

89

89

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji

(196)

Matul il-perjodu kkunsidrat, kien hemm żieda modesta fil-volum tal-produzzjoni (+ 8 %) u fil-kapaċità (+ 5 %), filwaqt li l-użu tal-kapaċità żdied bi 2 %, sabiex laħaq 89 %.

4.5.1.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq fl-Unjoni

(197)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-bejgħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni (inklużi t-tranżazzjonijiet ristretti) żviluppa kif ġej:

Tabella 7

 

2014

2015

2016

PIR

Volum tal-bejgħ (tunnellati)

3 369 883

3 579 087

3 901 334

3 847 673

Indiċi (2014 = 100)

100

106

116

114

Sehem mis-suq (tal-konsum tal-Unjoni) (%)

87,6

90,2

89,1

84,9

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji

(198)

Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b'14 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(199)

Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas għal 84,9 %.

4.5.1.3.   Impjiegi u produttività

(200)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-livell tal-impjiegi u l-produttività fi ħdan l-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 8

 

2014

2015

2016

PIR

L-għadd ta' impjegati (ekwivalenti għal full-time)

5 667

5 685

5 938

6 021

Indiċi (2014 = 100)

100

100

105

106

Produttività (tunnellati għal kull impjegat)

777

775

803

789

Indiċi (2014 = 100)

100

100

103

102

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji

(201)

Kemm l-impjiegi kif ukoll il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-produtturi tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (tunnellati) għal kull persuna impjegata kull sena, żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. Dawk iż-żidiet jirriflettu ż-żieda globali fil-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ.

4.5.1.4.   Tkabbir

(202)

L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tibbenifika minn tkabbir fis-suq tal-Unjoni, anki jekk il-faċilitajiet li kienu affettwati aktar mill-użu aktar baxx tal-kapaċità osservat matul l-investigazzjoni oriġinali għadhom f'fażi ta' rkupru. L-industrija tal-Unjoni żammet ishma mis-suq sinifikanti matul il-perjodu kollu kkunsidrat.

4.5.1.5.   Il-kobor tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat

(203)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, id-dumping issokta f'livell sinifikanti, kif spjegat taħt it-Taqsima 3 ta' hawn fuq. Huwa nnotat li l-produtturi Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'mod sinifikanti u li l-industrija tal-Unjoni għadha f'sitwazzjoni fraġli.

(204)

Billi l-volumi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping miċ-Ċina kienu ferm aktar baxxi milli kienu matul il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impatt tal-kobor tal-marġini ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien ferm inqas qawwi milli kien fl-investigazzjoni oriġinali.

4.5.2.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.2.1.   L-istokks

(205)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej:

Tabella 9

 

2014

2015

2016

PIR

Stokks (tunnellati)

68 500 – 71 500

52 000 – 55 000

72 000 – 75 000

83 000 – 86 000

Indiċi (2014 = 100)

100

77

106

120

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(206)

Il-produtturi tal-Unjoni żiedu l-istokk tagħhom fil-perjodu kkunsidrat. Madankollu, dan l-indikatur mhuwiex meqjus bħala rilevanti ħafna sabiex jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi tal-Unjoni. L-OCS jiġi prodott l-aktar abbażi tal-ordnijiet. Fi kwalunkwe każ, l-istokks kienu jirrappreżentaw biss madwar 2 % tal-bejgħ totali matul il-PIR.

4.5.2.2.   Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-unità fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni

(207)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-unitajiet lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni u l-kost unitarju medju tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej:

Tabella 10

 

2014

2015

2016

PIR

Il-prezz medju tal-bejgħ ta' unità lil partijiet mhux relatati (EUR/tunnellata)

805 – 820

760 – 775

740 – 755

895 – 910

Indiċi (2014 = 100)

100

94

92

111

Spiża għal kull unità ta' produzzjoni (EUR/tunnellata)

800 – 850

750 – 800

650 – 730

850 – 900

Indiċi (2014 = 100)

100

94

87

106

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(208)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha bi 11 %. Wara t-tnaqqis tal-prezzijiet bejn l-2014 u l-2015 u mbagħad bejn l-2015 u l-2016, il-prezzijiet reġgħu għolew bejn l-2016 u l-2017. Kemm it-tnaqqis kif ukoll iż-żieda huma marbuta mill-qrib mal-bidliet fil-prezzijiet tal-materja prima.

4.5.2.3.   Il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus

Tabella 11

 

2014

2015

2016

PIR

Profittabbiltà (%)

– 1,5 — 0

– 0,5 — 1

2,5 — 4

3,5 — 5

Indiċi (2014 = 100)

– 100

101

413

506

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(209)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess.

(210)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni waqfet tagħmel it-telf. It-titjib tal-profittabbiltà kien relatat b'mod ċar mal-fatt li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-volum tal-bejgħ u tal-produzzjoni tagħha, kif ukoll il-prezzijiet tal-bejgħ fis-snin wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali. Madankollu, il-profittabbiltà baqgħet taħt il-profitt fil-mira li tqies b'saħħtu u sostenibbli fl-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri 6,7 %).

Tabella 12

 

2014

2015

2016

PIR

Fluss tal-flus (EUR)

– 18 000 000 – (– 15 000 000 )

28 000 000 – 31 000 000

30 000 000 – 34 000 000

34 000 000 – 37 000 000

Indiċi (2014 = 100)

– 100

273

295

311

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(211)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-evoluzzjoni tal-fluss tal-flus tirrifletti primarjament l-iżvilupp tal-profittabbiltà ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.

4.5.2.4.   Investiment, redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jinġabar il-kapital

Tabella 13

 

2014

2015

2016

PIR

Investimenti (EUR)

12 000 000 – 17 000 000

20 000 000 – 25 000 000

27 000 000 – 32 000 000

25 000 000 – 30 000 000

Indiċi (2014 = 100)

100

159

200

180

Redditu fuq l-investimenti (assi netti) (%)

– 2,2 %

0,0 %

7,0 %

11,0 %

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(212)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni, li għandha ħafna kapital, għamlet investimenti regolari għall-ottimizzazzjoni u l-ammeljorament tal-makkinarju tal-produzzjoni eżistenti. Barra minn hekk, saru investimenti sinifikanti sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti legali għall-ħarsien tal-ambjent u għal aktar sikurezza. Skont il-kumpanija, kien hemm investimenti mmirati lejn it-tnaqqis tal-kostijiet, l-ottimizzazzjoni tal-enerġija u/jew anki għall-istrutturizzazzjoni mill-ġdid tal-faċilitajiet li kienu affettwati b'mod negattiv mill-użu aktar baxx tal-kapaċità osservat matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali.

(213)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investimenti matul il-perjodu kkunsidrat segwa mill-qrib ix-xejra tal-profittabbiltà.

(214)

Minn mindu ġew imposti l-miżuri, tjiebet il-kapaċità li jinġabar il-kapital.

4.5.2.5.   Il-pagi

Tabella 14

 

2014

2015

2016

PIR

Spejjeż tax-xogħol għal kull impjegat (EUR)

63 000 – 72 000

63 000 – 72 000

64 000 – 73 000

64 000 – 73 000

Indiċi (2014 = 100)

100

101

102

102

Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(215)

Il-livelli tal-paga medja żdiedu bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat, iżda inqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

4.6.   Konklużjoni

(216)

L-analiżi tad-dannu turi li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet b'mod sinifikanti fil-perjodu kkunsidrat. L-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping definittivi f'Marzu 2013 ippermettiet lill-industrija tal-Unjoni tirkupra bil-mod iżda b'mod stabbli mill-effetti dannużi tad-dumping. Il-fatt li l-industrija tal-Unjoni bbenifikat b'mod sinifikanti mill-miżuri huwa muri, inter alia, miż-żieda fil-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni, mill-fluss tal-flus pożittiv u r-redditu fuq l-investimenti, mill-prezzijiet tal-bejgħ ġeneralment ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni, miż-żieda minima fil-kostijiet tax-xogħol u mill-profittabbiltà mtejba b'mod sinifikanti.

(217)

Madankollu, anki jekk l-industrija tal-Unjoni rkuprat ħafna mid-dannu tal-passat u jidher li tinsab lura fit-triq it-tajba sabiex tkompli ttejjeb il-kundizzjoni tagħha fit-tul, hija għadha f'sitwazzjoni fraġli minħabba l-profittabbiltà limitata tagħha, li għadha taħt il-profitt fil-mira.

5.   IL-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAD-DANNU

(218)

Kif muri fit-Taqsima 4.6 ta' hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni rkuprat bil-kbir mid-dannu kkawżat fil-passat mill-importazzjonijiet Ċiniżi soġġetti għal dumping. Madankollu, din it-Taqsima ser teżamina jekk is-sitwazzjoni prekarja tal-industrija tal-Unjoni hijiex ser tiddeterjora aktar, tant li twassal għal rikorrenza ta' dannu materjali jekk il-miżura titħalla tiskadi.

5.1.   Impatt tal-volum ipproġettat tal-importazzjonijiet u l-effetti fuq il-prezzijiet f'każ ta' tħassir tal-miżuri

(219)

Jekk il-miżuri jitħassru, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina huwa mistenni li jiżdied b'mod drammatiku. Huwa mfakkar li l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali ammontaw għal aktar minn 702 000 tunnellata, filwaqt li ammontaw għal 6 338 tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(220)

Il-kapaċità żejda taċ-Ċina fil-produzzjoni tal-azzar hija stabbilita sewwa (83). L-applikant ippreżenta data minn Plantfacts li tindika li l-kapaċità tal-OCS taċ-Ċina tammonta għal 7 miljun tunnellata (jiġifieri aktar minn erba' (4) darbiet aktar mill-konsum apparenti tal-OCS taċ-Ċina). Din tidher li hija stima konservattiva. L-applikant ipprovda wkoll informazzjoni dettaljata mill-2013, li tgħid li China Iron and Steel Association ippubblikat li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar miksi bil-kulur taċ-Ċina kienet kważi 40 miljun tunnellata f'dik is-sena.

(221)

Għalkemm il-volumi tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn l-Unjoni naqsu wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali, il-produtturi Ċiniżi jimmanifatturaw volumi sinifikanti tal-prodott taħt rieżami u jesportaw aktar minn 80 % tiegħu. Skont id-data ppubblikata mill-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar, iċ-Ċina pproduċiet aktar minn 8 miljun tunnellata ta' OCS kull sena fis-snin 2013-2014. Waħda mill-kumpaniji li appoġġjaw l-ilment ipprovdiet ċifri mill-Bullettin Metallurġiku taċ-Ċina tal-Istitut tar-Riċerka dwar l-Informazzjoni u l-Istandardizzazzjoni tal-Metallurġija fiċ-Ċina u l-Kunsill Metallurġiku tal-Kunsill taċ-Ċina għall-Promozzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali li jissuġġerixxu li ċ-Ċina pproduċiet madwar 8 miljun tunnellata ta' OCS kull sena fis-snin 2015-2017. Skont l-istess sottomissjoni ta' dak l-applikant, huwa stmat li, fil-perjodu 2015-2017, il-konsum apparenti tal-OCS Ċiniż kien ivarja bejn 1 miljun u 1,8 miljun tunnellata fis-sena.

(222)

Madankollu, daqs kemm huma importanti s-swieq tal-esportazzjoni għall-industrija Ċiniża, iċ-Ċina qed tiffaċċja aktar u aktar diffikultajiet sabiex taċċessahom. Bejn l-2016 u l-2018, pajjiżi bħall-Indja, il-Malasja, il-Vjetnam, il-Pakistan jew it-Turkija imponew miżuri ta' difiża tal-kummerċ li jaffettwaw l-OCS li joriġinaw miċ-Ċina. Fir-rigward tal-Istati Uniti tal-Amerika, minn Jannar 2018, l-azzar (inkluż l-OCS) minn ħafna pajjiżi ta' oriġini, inkluża ċ-Ċina, huwa soġġett għal tariffa ta' 25 % (84).

(223)

L-Unjoni hija l-akbar suq tal-OCS wara dawk tal-Asja u tal-Amerika Ċentrali/ta' Fuq.

(224)

Il-bażi tad-data Ċiniża turi li fil-passat riċenti ċ-Ċina esportat volumi sinifikanti lejn pajjiżi barra l-Unjoni bi prezzijiet baxxi. Fl-2017, il-prezzijiet tal-FOB Ċiniżi lejn l-Unjoni kienu 10,5 % ogħla minn, pereżempju, lejn il-Korea, is-suq tal-esportazzjoni prinċipali taċ-Ċina għal dan il-prodott. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-volumi esportati lejn pajjiżi barra l-Unjoni kienu akbar mill-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni u mill-konsum apparenti fl-Unjoni. Minħabba l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f'termini ta' pprezzar, ftuħ (ma hemmx dazji doganali għal dan il-prodott) u żieda fil-konsum apparenti, huwa kkunsidrat li jekk il-miżuri jiġu tterminati, l-esportaturi Ċiniżi x'aktarx li jerġgħu jidderieġu volumi sinifikanti ta' OCS lejn is-suq tal-Unjoni, li jħalli aktar qligħ. Il-fatt li l-Unjoni riċentement adottat salvagwardji fuq ċerti prodotti tal-azzar, inkluż l-OCS, ma jbiddilx din il-konklużjoni. Il-volumi tal-importazzjoni taħt il-kwoti tar-rata tariffarja huma stabbiliti f'livelli li jistgħu jippermettu liċ-Ċina tesporta ammonti sinifikanti ta' OCS.

(225)

Barra minn hekk, kif deskritt fit-Taqsima 4.3.2, matul il-PIR, l-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni waqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni, b'mod partikolari meta naqqsu l-effett tad-dazji anti-dumping.

(226)

Is-suq għal prodotti ta' OCS huwa kompetittiv ħafna f'termini tal-prezzijiet, hekk kif il-kompetizzjoni prinċipalment isseħħ abbażi tal-prezzijiet. Il-pressjoni potenzjali fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni hija aggravata aktar mill-fatt li, skont it-talba, il-bejgħ Ċiniż ġeneralment iseħħ għal kwantitajiet relattivament kbar. Jekk jinbiegħu importazzjonijiet irħas u li huma l-oġġett ta' dumping fi kwantitajiet sinifikanti fis-suq tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni jitilfu volumi kbar ta' bejgħ. Il-kapaċità li jinġabar il-kapital u li jsir investiment tista' tiġi mfixkla jekk il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni tonqos aktar jew issir negattiva.

5.2.   Konklużjoni

(227)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħassir tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina x'aktarx li jirriżulta f'rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   Introduzzjoni

(228)

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni fuq naħa waħda, u dawk tal-importaturi u utenti oħrajn fuq in-naħa l-oħra.

(229)

Għandu jiġi mfakkar ukoll li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-adozzjoni tal-miżuri tqieset li ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija rieżami, li b'hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta' kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping attwali.

(230)

Fuq din il-bażi ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping u rikorrenza ta' dannu, jistax jiġi konkluż li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari.

6.2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(231)

L-investigazzjoni wriet li jekk il-miżuri jiskadu, dan x'aktarx ikollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni. Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ser tiddeterjora malajr f'termini tal-volumi aktar baxxi tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ li jirriżultaw fi tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà. Il-kontinwazzjoni tal-miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tisfrutta aktar il-potenzjal tagħha f'suq tal-Unjoni b'kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni.

(232)

Għalhekk, iż-żamma tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.   L-interess tal-importaturi

(233)

Kif imsemmi fil-Premessa (12) ta' hawn fuq, ġew ikkuntattjati disa' importaturi magħrufa f'din l-investigazzjoni u dawn ġew mistiedna jikkooperaw. Ħadd ma ppreżenta ruħu jew ikkoopera b'xi mod fl-investigazzjoni.

(234)

Huwa mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali nstab li, minħabba l-profitti u s-sorsi ta' provvista tal-importaturi, kwalunkwe impatt negattiv tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importaturi, jekk ikun hemm, ma jkunx sproporzjonat.

(235)

Fl-investigazzjoni attwali ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tissuġġerixxi l-oppost u, b'hekk, għaldaqstant jista' jiġi kkonfermat li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi u li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma taffettwahomx indebitament.

6.4.   L-interess tal-utenti

(236)

Madwar sittin utent magħrufa ġew ikkuntattjati f'din l-investigazzjoni u ġew mistiedna jikkooperaw. L-ebda utent ma ppreżenta ruħu jew ikkoopera b'xi mod fl-investigazzjoni.

(237)

Huwa mfakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, għaxar utenti ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarju. F'dak iż-żmien instab li, minħabba l-profitti u s-sorsi ta' provvista tal-utenti, l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, jekk ikun hemm, ma jkunx sproporzjonat.

(238)

Fl-investigazzjoni attwali ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tissuġġerixxi li l-miżuri fis-seħħ affettwawhom b'xi mod negattiv. Fil-fatt, l-applikant issottometta evidenza li l-utenti ewlenin esperjenzaw titjib fil-profittabbiltà matul il-perjodu taħt rieżami. Skont it-talba, il-miżuri fis-seħħ ma għandhomx impatt notevoli fuq l-utenti u l-konsumaturi, minħabba li l-OCS jirrappreżenta parti negliġibbli mill-kost tal-prodotti downstream (pereżempju EUR 0,42 tal-kost tal-produzzjoni ta' magna tal-ħasil jew 0,4 % tal-investiment ta' binja ta' fabbrika vojta).

(239)

Fuq dik il-bażi, huwa kkonfermat li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-utenti u li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma taffettwahomx indebitament.

6.5.   Konklużjoni

(240)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' OCS li joriġinaw mir-RPĊ.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(241)

Konsegwentement, kif previst mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw miċ-Ċina għandhom jinżammu.

(242)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' rati ta' dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement hija tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (85). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenifika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenifika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha, jenħtieġ li jiġi ppubblikat avviż dwar il-bidla tal-isem f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(243)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (86), meta ammont għandu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta' kull xahar.

(244)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilita mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'dan, qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku, jiġifieri prodotti ċatti rromblati tal-azzar liga jew mhux liga (mhux inkluż l-azzar inossidabbli), li huma miżbugħa, mogħtija l-verniċ jew miksija bil-plastik fuq mill-inqas naħa waħda, esklużi l-hekk imsejħa “pannelli sandwich” ta' tip użat għall-applikazzjonijiet fil-bini u li jikkonsistu f'żewġ folji tal-metall fuq barra u b'qalba ta' stabbilizzazzjoni ta' materjal għall-insulazzjoni marsus bejniethom, esklużi dawk il-prodotti b'kisja finali ta' trab taż-żingu (żebgħa rikka fiż-żingu, li fiha piż ta' 70 % jew aktar ta' żingu), u esklużi dawk il-prodotti b'sottostrat b'kisja metallika ta' kromju jew landa, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7210 70 80, ex 7212 40 80, ex 7225 99 00, ex 7226 99 70 (kodiċi TARIC 7210708011, 7210708091, 7212408001, 7212408021, 7212408091, 7225990011, 7225990091, 7226997011 u 7226997091) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġejja:

Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi Addizzjonali TARIC

Union Steel China

0

B311

Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co., Ltd, Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd, u Zhangjiagang Free Trade Zone Jiaxinda International Trade Co., Ltd.

26,1

B312

Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co. Ltd u Hangzhou P.R.P.T. Metal Material Company, Ltd.

5,9

B313

Angang Steel Company Limited

16,2

B314

Anyang Iron Steel Co., Ltd.

0

B315

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd.

0

B316

Baoutou City Jialong Metal Works Co., Ltd.

16,2

B317

Changshu Everbright Material Technology Co., Ltd.

16,2

B318

Changzhou Changsong Metal Composite Material Co., Ltd.

16,2

B319

Cibao Modern Steel Sheet Jiangsu Co., Ltd.

0

B320

Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd.

16,2

B321

Jiangyin Ninesky Technology Co., Ltd.

0

B322

Jiangyin Zhongjiang Prepainted Steel Mfg Co., Ltd.

0

B323

Jigang Group Co., Ltd.

16,2

B324

Maanshan Iron&Steel Company Limited

16,2

B325

Qingdao Hangang Color Coated Sheet Co., Ltd.

16,2

B326

Shandong Guanzhou Co., Ltd.

16,2

B327

Shenzen Sino Master Steel Sheet Co., Ltd.

16,2

B328

Tangshan Iron And Steel Group Co., Ltd.

16,2

B329

Tianjin Xinyu Color Plate Co., Ltd.

16,2

B330

Wuhan Iron And Steel Company Limited

16,2

B331

Wuxi Zhongcai New Materials Co., Ltd.

0

B332

Xinyu Iron And Steel Co., Ltd.

0

B333

Zhejiang Tiannu Color Steel Co., Ltd.

16,2

B334

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

13,6

B999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

4.   Il-Kummissjoni tista' temenda l-paragrafu 2 sabiex tinkludi produttur esportatur ġdid u tattribwixxi lil dak il-produttur ir-rata medja ponderata xierqa tad-dazju anti-dumping applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali, fejn produttur esportatur ġdid fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

(a)

huwa ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fil-paragrafu 1 fil-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2010 u t-30 ta' Settembru 2011 (il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali),

(b)

mhuwiex relatat ma' xi esportatur jew produttur ieħor fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huwa soġġett għall-miżuri anti-dumping imposti minn dan ir-Regolament, u

(c)

effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott taħt rieżami jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

5.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju anti-dumping speċifikati għall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 għandha tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta' fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Fuq il-fattura kummerċjali, għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b'ismu/isimha u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt(a), niċċertifika li l-(volum) ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku mibjugħa sabiex jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġew manifatturati minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-“kumpaniji l-oћrajn kollha”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 214/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 16).

(4)  Notifika ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C 187, 13.6.2017, p. 60).

(5)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU C 96, 14.3.2018, p. 8).

(6)  In-Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU C 96, 14.3.2018, p. 21).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).

(8)  Nru. t18.003071.

(9)  Nru. t18.007614.

(10)  SWD(2017) 483 finali/2.

(11)  Id-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, “China's Status as a non-market economy” (L-Istatus taċ-Ċina bħala ekonomija mhux tas-suq), A-570053, is-26 ta' Ottubru 2017, p. 57.

(12)  L-Aġenzija tal-Aħbarijiet ta' Xinhua, “SASAC: State-owned Economy Should Maintain Absolute Controlling Power over Seven Industries” (SASAC: L-Ekonomija tal-Istat Għandha Żżomm Poter ta' Kontroll Assolut fuq Seba' Industriji), it-18 ta' Diċembru 2006.

(13)  Ara r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).

(14)  Rapport ta' ThinkDesk, “Analysis of state-business interaction and subsidization in the hot-rolled flat (HRF) segment of the Chinese steel industry” (Analiżi tal-interazzjoni bejn l-Istat u n-negozji u s-sussidjar fis-segment ta' prodotti ċatti llaminati bis-sħana (HRF) tal-industrija tal-azzar Ċiniża), it-28 ta' Frar 2016, ipprovdut fl-Anness 18 tat-talba.

(15)  Data pprovduta fl-Anness 20 tat-talba.

(16)  L-Assoċjazzjoni tal-Ġestjoni tal-Intrapriżi Kimiċi taċ-Ċina (CCEMA). (2016). Lista tal-aqwa 500 Kumpanija Kimika Ċiniża fl-2016. Il-Federazzjoni tal-Industrija Kimika u tal-Petroleum taċ-Ċina (CPCIF). (2016). Id-29 ta' Ġunju 2016.

http://www.cpcia.org.cn/html/13/20166/155709.html; imsemmija fir-Rapport, p. 403.

(17)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/969 imsemmija hawn fuq.

(18)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2013, il-Premessi 140.-145.

(19)  “Ħarsa ġenerali lejn is-sussidji li jitgawdew mill-produtturi tal-azzar Ċiniżi”, p. 6, ipprovduta fl-Anness 18 tat-talba.

(20)  CHEN Y., “BRC's New Supervisory Storm is here-implications for foreign banks in China, China Law Insight”, it-13 ta' April 2017, ipprovduta fl-Anness 18 tat-talba.

(21)  Id-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, “China's Status as a Non-Market Economy” (L-Istatus taċ-Ċina bħala Ekonomija Mhux tas-Suq), is-26 ta' Ottubru 2017, ipprovdut fl-Anness 18 tat-talba.

(22)  Għad-dettalji, ara l-paragrafi 106-107 tat-talba.

(23)  Ara “Ħarsa ġenerali lejn is-sussidji li jitgawdew mill-produtturi tal-azzar Ċiniżi”, p. 6-7, ipprovduta fl-Anness 18 tat-talba.

(24)  Rapport ta' ThinkDesk, “Deleveraging and Debt Equity Swaps in the Chinese Steel Industry” (Diżingranaġġ u Swaps ta' Dejn għal Ekwità fl-Industrija tal-Azzar Ċiniża), il-31 ta' Ottubru 2017, ipprovdut fl-Anness 18 tat-talba.

(25)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2013, il-Premessi 314-396; u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/969, il-Premessi 312-394.

(26)  “Environmental Enforcement and Compliance in China, an Assessment of Current Practices and Ways Forward” (L-Infurzar u l-Konformità Ambjentali fiċ-Ċina, Valutazzjoni tal-Prattiki Attwali u t-Toroq 'il Quddiem) (OECD) 2006.

(27)  Rapport – il-Kapitolu 2, p. 6-7.

(28)  Rapport – il-Kapitolu 2, p. 10.

(29)  http://en.pkulaw.cn/display.aspx?cgid=311950&lib=law.

(30)  Rapport – il-Kapitolu 2, p. 20-21.

(31)  Rapport – il-Kapitolu 3, p. 41, 73-74.

(32)  Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120-121.

(33)  Rapport – il-Kapitolu 6, p. 122-135.

(34)  Rapport – il-Kapitolu 7, p. 167-168.

(35)  Rapport – il-Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.

(36)  Rapport – il-Kapitolu 2, p. 15-16, Rapport – il-Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Rapport – il-Kapitolu 5, p. 108-9.

(37)  Rapport – il-Kapitolu 3, p. 22-24 u l-Kapitolu 5, p. 97-108.

(38)  Rapport – il-Kapitolu 5, p. 104-9.

(39)  Rapport – Kapitolu 14, p. 358: 51 % kumpaniji privati u 49 % SOEs f'termini ta' produzzjoni u 44 % SOEs u 56 % kumpaniji privati f'termini ta' kapaċità.

(40)  https://policycn.com/policy_ticker/higher-expectations-for-large-scale-steel-enterprise/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e.

(41)  Kif kien il-każ tal-fużjoni bejn il-kumpanija privata Rizhao u l-SOE Shandong Iron and Steel fl-2009. Ara r-rapport ta' Beijing steel, p. 58.

(42)  Rapport – Kapitolu 14, pp. 359-360.

(43)  Rapport – Kapitolu 5, p. 100-1.

(44)  Rapport – Kapitolu 2, p. 31-2.

(45)  Ara https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU.

(46)  It-test sħiħ tal-pjan huwa disponibbli fuq is-sit web ta' MIIT:

http://www.miit.gov.cn/n1146295/n1652858/n1652930/n3757016/c5353943/content.html.

(47)  Baoshan Iron & Steel Co., Ltd., Rapport Semi-Annwali tal-2016, http://tv.baosteel.com/ir/pdf/report/600019_2016_2e.pdf.

(48)  Ara l-Premessa (64) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/969.

(49)  Rapport – Kapitoli 14.1 sa 14.3.

(50)  Rapport – Kapitolu 4, p. 41-42, 83.

(51)  Rapport, Parti III, Kapitolu 14, p. 346 ff.

(52)  Introduzzjoni għall-Pjan għall-Aġġustament u l-Ammeljorament tal-Industrija tal-Azzar.

(53)  Rapport, Kapitolu 14, p. 347.

(54)  It-13-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (2016-2020), http://en.ndrc.gov.cn/newsrelease/201612/P020161207645765233498.pdf.

(55)  Rapport – Kapitolu 14, p. 349.

(56)  Rapport – Kapitolu 14, p. 352.

(57)  Katalogu għall-Gwida tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013) maħruġ mill-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp fis-27 ta' Marzu 2011, u emendat f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Gwida tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) maħruġ mill-Ordni Nru 21tal-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp fis-16 ta' Frar 2013.

(58)  Ara l-Premessa (56) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/969.

(59)  It-talba fiha biżżejjed evidenza addizzjonali (l-anness 18 tagħha) ta' distorsjonijiet fis-swieq ta' għadd ta' materja prima użati għall-produzzjoni tal-OCS, bħal: dominanza tal-SOEs fl-industrija tat-tħaffir fil-minjieri taż-żingu, tal-faħam u tal-mineral tal-ħadid u taxxa tal-esportazzjoni ta' 30 % fuq iż-żingu; dominanza tal-SOEs fl-industrija Kimika li tipproduċi ż-żebgħa u prodotti oħrajn ta' kisi kimiku; rati preferenzjali għall-użu tal-elettriku minn għadd ta' produtturi tal-OCS. Ara wkoll ir-Rapport – Kapitolu 16.

(60)  Rapport – Kapitolu 14, pp. 375 – 376.

(61)  Rapport – Kapitolu 6, p. 138-149.

(62)  Rapport – Kapitolu 9, p. 216.

(63)  Rapport – Kapitolu 9, p. 213-215.

(64)  Rapport – Kapitolu 9, p. 209-211.

(65)  Ara l-Premessi 107-126 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2013.

(66)  Ara l-Premessi 281-311 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/969.

(67)  Rapport – Kapitolu 13, p. 332-337.

(68)  Rapport – Kapitolu 13, p. 336.

(69)  Rapport – Kapitolu 13, p. 337-341.

(70)  Rapport – Kapitolu 6, p. 114-117.

(71)  Rapport – Kapitolu 6, p. 119.

(72)  Rapport – Kapitolu 6, p. 120.

(73)  Rapport – Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(74)  Rapport – Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(75)  Ara l-Premessi 157-215 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2013.

(76)  Ara l-Premessi 83-244 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/969.

(77)  Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(78)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż b'livell simili ta' żvilupp, tista' tiġi kkunsidrata l-produzzjoni ta' prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott taħt rieżami.

(79)  Hija ffirmat iżda ma rratifikatx il-konvenzjoni ta' Stokkolma dwar il-Pollutanti Organiċi Persistenti, li ġiet iffirmata fit-22 ta' Mejju 2001.

(80)  Inklużi Tiswijiet u manutenzjoni, Servizzi tas-sigurtà, Assigurazzjoni u Spejjeż tal-uffiċċju kif imsemmija fin-Nota 6 – Il-kost tal-bejgħ, p. 79 tar-Rapport annwali 2017.

(81)  Imsemmija fin-Nota 7 – Spejjeż tal-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi, p. 80, u inkluż Introjtu operatorju ieħor (spejjeż) kif imsemmi fin-Nota 9, p. 81 u Introjtu finanzjarju ieħor (spejjeż) kif imsemmi fin-Nota 10, p. 81 tar-Rapport annwali 2017.

(82)  Imsemmi fir-Rapporti tal-introjtu kkonsolidati, p. 45 tar-Rapport annwali tal-2017.

(83)  Ara, pereżempju, “Global forum on steel excess capacity” (Forum globali dwar il-kapaċità eċċessiva tal-azzar), Rapport ministerjali tal-20 ta' Settembru 2018, https://www.g20.org/sites/default/files/gfsec_ministerial_report_2018.pdf, li fih hija kkonfermata l-kapaċità żejda Ċiniża fis-settur b'mod ġenerali, mill-partijiet kollha, inkluża ċ-Ċina. B'kapaċità tal-azzar ta' 1018,3 miljun MT fl-2017, iċ-Ċina tirrappreżenta l-akbar sehem ta' kapaċità globali (45 %, skont il-paġna 42). It-Tabella 1 tar-rapport turi li ċ-Ċina naqqset il-kapaċità b'10 % fil-perjodu 2014-2017. Il-paġna 51 taqra li ċ-Ċina “stabbilixxiet miri ċari għat-tnaqqis tal-kapaċità żejda, jiġifieri sabiex tnaqqas 100-150 miljun MT tal-kapaċità tal-azzar mhux raffinat mill-2016 sal-2020”.

(84)  It-Taqsima 232 Tariffi dwar l-Aluminju u l-Azzar, https://www.cbp.gov/trade/programs-administration/entry-summary/232-tariffs-aluminum-and-steel.

(85)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

(86)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


Top