Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0134

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/134 tal-21 ta' Jannar 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ST/15338/2018/INIT

    ĠU L 25, 29.1.2019, p. 19–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/134/oj

    29.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 25/19


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/134

    tal-21 ta' Jannar 2019

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

    (2)

    Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, l-Anness IX għal dak il-Ftehim, li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi finanzjarji.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

    (2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

    ta'…

    li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 349, 21.12.2016, p. 8, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness IX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 16b (id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31ba (id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32014 R 0909: ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 349, 21.12.2016, p. 8.”

    2.

    Dan li ġej jiżdied mal-punt 29f (ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “, kif emendat bi:

    32014 R 0909: ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 349, 21.12.2016, p. 8.”

    3.

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bea (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 594/2014):

    “31bf.

    32014 R 0909: ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 349, 21.12.2016, p. 8.

    Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f'dan il-Ftehim, it-termini “Stat(i) Membru/i” u “awtoritajiet kompetenti” għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

    (b)

    Ir-referenzi għal “membri tas-SEBĊ” jew għal “banek ċentrali” għandha tinftiehem li tinkludi, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.

    (c)

    Il-Liechtenstein jista' jħalli lil CSDs ta' pajjiż terz li diġà jipprovdu servizzi msemmija fl-Artikolu 25(2) lil intermedjarji finanzjarji fil-Liechtenstein jew li diġà stabbilew fergħa fil-Liechtenstein, ikomplu jipprovdu s-servizzi msemmija fl-Artikolu 25(2) għal perjodu li ma jaqbiżx ħames (5) snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … [din id-Deċiżjoni].

    (d)

    Fl-Artikolu 1(3), il-kliem “tad-dritt tal-Unjoni” huma sostitwiti bil-kliem “tal-Ftehim taż-ŻEE”.

    (e)

    Fl-Artikolu 12(3), il-kliem “il-muniti tal-Unjoni” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “il-muniti uffiċjali tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE”.

    (f)

    fl-Artikolu 13 u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(1), il-kliem “, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “l-awtoritajiet rilevanti”;

    (g)

    Fl-Artikoli 19(3), 33(3), 49(4), 52(2) u 53(3), il-kliem “ESMA, li” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “ESMA. ESMA jew, skont il-każ, Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”.

    (h)

    Fl-Artikolu 24(5):

    (i)

    fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-kliem “u, f'każijiet li jikkonċernaw l-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;

    (ii)

    fit-tielet subparagrafu, il-kliem “ESMA, li” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “ESMA. ESMA jew, kif ikun il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”.

    (i)

    Fl-Artikolu 34(8), il-kliem “tar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “tar-regoli dwar il-kompetizzjoni applikabbli skont il-Ftehim ŻEE”.

    (j)

    Fl-Artikolu 38(5), il-kliem, “fis-17 ta' Settembru 2014” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … [din id-deċiżjoni]”.

    (k)

    Fl-Artikoli 49(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “sat-18 ta' Diċembru 2014” għandu jsir “fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru…/… ta'… [din id-deċiżjoni]”;

    (l)

    Fl-Artikolu 55:

    (i)

    fil-paragrafi 5 u 6, il-kliem “liġi tal-Unjoni” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “Ftehim taż-ŻEE”.

    (ii)

    fil-paragrafu 6, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.

    (m)

    Fl-Artikoli 58(3) u 69(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “sas-16 ta' Diċembru 2014” għandu jsir “fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru…/… ta'… [din id-deċiżjoni]”;

    (n)

    Fl-Artikoli 61(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “sat-18 ta' Settembru 2016” għandu jsir “fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru…/… ta'... [din id-deċiżjoni]”.

    (o)

    Fl-Artikolu 69(2) u (5), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “fiż-ŻEE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “tad-dħul fis-seħħ”.

    (p)

    Fl-Artikolu 76, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

    (i)

    fil-paragrafi 4, 5 u 6, il-kliem “tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tkun tinkludi” għandu jiddaħħal wara l-kliem “dħul fis-seħħ”;

    (ii)

    fil-paragrafu 5, il-kliem “sat-13 ta' Ġunju 2017” huwa sostitwit bil-kliem “fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkludi d-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014”;

    (iii)

    fil-paragrafu 7, il-kliem “it-3 ta' Jannar 2017” għandu jsir “dawn l-atti japplikaw fiż-ŻEE”.”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, kif ikkoreġuti mill-ĠU L 349, 21.12.2016, p. 8, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


    (1)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1.

    (*1)  [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


    Top