This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0121
Commission Implementing Decision (EU) 2019/121 of 24 January 2019 on a measure taken by Germany pursuant to Directive 2006/42/EC of the European Parliament and of the Council, to prohibit the placing on the market of CNC milling machine (models UMC750SS and UMC750) manufactured by Haas Automation Europe N.V. (notified under document C(2019) 307) (Text with EEA relevance.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/121 tal-24 ta' Jannar 2019 dwar miżura meħuda mill-Ġermanja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' makkinarju tat-tqattigħ bis-CNC (il-mudelli UMC750SS u UMC750) manifatturat minn Haas Automation Europe N.V. (notifikata bid-dokument C(2019) 307) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/121 tal-24 ta' Jannar 2019 dwar miżura meħuda mill-Ġermanja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' makkinarju tat-tqattigħ bis-CNC (il-mudelli UMC750SS u UMC750) manifatturat minn Haas Automation Europe N.V. (notifikata bid-dokument C(2019) 307) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/307
ĠU L 24, 28.1.2019, pp. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
28.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/29 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/121
tal-24 ta' Jannar 2019
dwar miżura meħuda mill-Ġermanja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' makkinarju tat-tqattigħ bis-CNC (il-mudelli UMC750SS u UMC750) manifatturat minn Haas Automation Europe N.V.
(notifikata bid-dokument C(2019) 307)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta' Ottubru 2017, il-Ġermanja informat lill-Kummissjoni b'miżura ta' salvagwardja meħuda fit-12 ta' Settembru 2017 biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-mudelli UMC750SS u UMC750 tal-makkinarju tat-tqattigħ bis-CNC (“il-makkinarji tat-tqattigħ bis-CNC”), manifatturati minn Haas Automation Europe N.V., Mercuriusstraat 28, B-1930 Zaventem (il-“manifattur”). |
|
(2) |
Il-Ġermanja ħadet il-miżura wara li qieset li l-makkinarji tat-tqattigħ bis-CNC ma kinux konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fis-sezzjoni 1.5.13 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. Ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza fis-sezzjoni 1.5.13 dwar l-emissjonijiet ta' materjali u sustanzi perikolużi jeħtieġu li l-makkinarju jiġi ddisinjat u mibni b'tali mod li r-riskji ta' inalazzjoni, ta' inġestjoni, ta' kuntatt mal-ġilda, mal-għajnejn u mal-membrani mukużi u ta' penetrazzjoni mill-ġilda ta' materjali u sustanzi perikolużi prodotti minnu jkunu jistgħu jiġu evitati. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja indikat li l-makkinarji tat-tqattigħ bis-CNC kienu qed jirrilaxxaw fwar lubrikanti għat-tkessiħ mingħajr sistema ta' estrazzjoni. |
|
(3) |
Wara li rċeviet in-notifika dwar il-miżura ta' salvagwardja mill-Ġermanja, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati sabiex tismal-opinjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-manifattur fl-24 ta' April 2018. Fit-tweġiba tiegħu tas-27 ta' April 2018, il-manifattur informa lill-Kummissjoni li b'mod volontarju l-prodotti ma kinux għadhom jitqiegħdu aktar fis-suq Ġermaniż u li l-manifattur kien uffiċjalment għalaq il-każ mal-awtoritajiet Ġermaniżi. |
|
(4) |
L-eżami tal-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Ġermanja fir-rigward tal-miżura ta' salvagwardja, id-dokumentazzjoni disponibbli u l-kummenti espressi mill-manifattur juru li l-makkinarji tat-tqattigħ bis-CNC ma jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stipulati fis-sezzjoni 1.5.13 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. Dak in-nuqqas x'aktarx jikkomprometti s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-miżura ta' salvagwardja meħuda mill-Ġermanja titqies bħala ġustifikata, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżura ta' salvagwardja meħuda mill-Ġermanja, li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-mudelli UMC750SS u UMC750 tal-makkinarju tat-tqattigħ bis-CNC manifatturati minn Haas Automation Europe N.V., Mercuriusstraat 28, B-1930 Zaventem, hija ġustifikata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2019.
Għall-Kummissjoni
Elżbieta BIEŃKOWSKA
Membru tal-Kummissjoni