Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0622

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/622 tal-20 ta' April 2018 li ma tapprovax il-klorofen bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 3 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2018/2273

ĠU L 102, 23.4.2018, p. 80–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/622/oj

23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/80


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/622

tal-20 ta' April 2018

li ma tapprovax il-klorofen bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 3

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-klorofen (Nru tal-KE: 204-385-8, Nru tal-CAS: 120-32-1).

(2)

Il-klorofen ġie evalwat għall-użu fil-prodotti tat-tip 3, tal-iġjene veterinarja, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

In-Norveġja ntgħażlet bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni, u fit-22 ta' Diċembru 2016 bagħtet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014, l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet fformulata fit-3 ta' Ottubru 2017 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, wara li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tip 3 u li fihom il-klorofen ma jistgħux jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Għal dak it-tip ta' prodotti, ix-xenarji evalwati fil-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem identifikaw xi riskji inaċċettabbli.

(6)

Għalhekk, mhuwiex xieraq li l-klorofen jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 3.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-klorofen (Nru tal-KE: 204-385-8, Nru tal-CAS: 120-32-1) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 3.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).


Top