Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1276

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1276 tal-14 ta' Lulju 2017 li japprova l-aċidu peraċetiku ġġenerat mit-tetraaċetiletilendiammina u mill-perkarbonat tas-sodju bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta' prodott 2, 3 u 4 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/4925

ĠU L 184, 15.7.2017, pp. 24–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1276/oj

15.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1276

tal-14 ta' Lulju 2017

li japprova l-aċidu peraċetiku ġġenerat mit-tetraaċetiletilendiammina u mill-perkarbonat tas-sodju bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta' prodott 2, 3 u 4

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-aċidu peraċetiku ġġenerat mit-tetraaċetiletilendiammina u mill-perkarbonat tas-sodju.

(2)

L-aċidu peraċetiku ġġenerat mit-tetraaċetiletilendiammina u mill-perkarbonat tas-sodju ġie evalwat f'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-użu fil-prodotti tat-tip ta' prodott 2, diżinfettanti ta' żoni privati u ta' żoni tas-saħħa pubblika u prodotti bijoċidali oħrajn, tat-tip ta' prodott 3, prodotti bijoċidali tal-iġjene veterinarja, u tat-tip ta' prodott 4, diżinfettanti ta' żoni tal-ikel u tal-għalf, kif definiti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li rispettivament jikkorrispondu mat-tipi ta' prodott 2, 3 u 4, kif definiti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Finlandja ntgħażlet bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u fis-16 ta' Jannar 2013 bagħtet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

(4)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġew ifformulati fit-13 ta' Diċembru 2016 mill-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali, b'kont meħud tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dawk l-opinjonijiet, il-prodotti bijoċidali għat-tipi ta' prodott 2, 3 u 4 bbażati fuq l-aċidu peraċetiku ġġenerat mit-tetraaċetiletilendiammina u mill-perkarbonat tas-sodju jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, dment li jiġu ssodisfati ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom.

(6)

Għalhekk, jixraq li l-aċidu peraċetiku ġġenerat mit-tetraaċetiletilendiammina u mill-perkarbonat tas-sodju jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għat-tipi ta' prodott 2, 3 u 4, soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel sustanza attiva tiġi approvata, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aċidu peraċetiku ġġenerat mit-tetraaċetiletilendiammina u mill-perkarbonat tas-sodju huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għat-tipi ta' prodott 2, 3 u 4, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta' Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Aċidu peraċetiku ġġenerat mit-tetraaċetiletilendiammina u mill-perkarbonat tas-sodju

Isem tal-IUPAC:

Aċidu perossietanojku

Nru tal-KE: 201-186-8

Nru tal-CAS: 79-21-0

Prekursuri:

 

Isem tal-IUPAC: N,N′-etan-1,2-diilbis(N-aċetilaċetammid)

Nru tal-KE: 234-123-8

Nru tal-CAS: 10543-57-4

 

Isem tal-IUPAC: Perkarbonat tas-sodju

Nru tal-KE: 239-707-6

Nru tal-CAS: 15630-89-4

L-ispeċifikazzjoni għal aċidu peraċetiku ġġenerat in situ hija bbażata fuq il-prekursuri tetraaċetiletilendiammina u perkarbonat tas-sodju.

Il-purità minima tat-tetraaċetiletilendiammina hija 99,0 % u l-purità minima tal-perkarbonat tas-sodju hija 85,1 %

fl-1 ta' Jannar 2019

fil-31 ta' Diċembru 2028

2

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li mhuwiex indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

2.

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-użi vvalutati, il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari:

(a)

lill-utenti professjonali u lill-utenti industrijali;

(b)

lill-ilma tal-wiċċ għal prodotti użati għad-diżinfezzjoni ta' ħwejjeġ fil-magni tal-ħasil domestiċi magħluqa.

3

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li mhuwiex indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

2.

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-użi vvalutati, il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-utenti professjonali u lill-utenti industrijali.

4

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li mhuwiex indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

2.

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-użi vvalutati, il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-utenti professjonali u lill-utenti industrijali.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun intwera li teknikament din tkun ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.


Top