Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2182

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2182 tal-20 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

ĠU L 309, 24.11.2017, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2182/oj

Related international agreement

24.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2182

tal-20 ta' Novembru 2017

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) jipprevedi li l-Partijiet Kontraenti jimpenjaw ruħhom li jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiksbu liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu.

(2)

Fit-18 ta' Novembru 2014, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati man-Norveġja bl-għan li tinkiseb liberalizzazzjoni akbar tal-kummerċ bilaterali fi prodotti agrikoli skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim ŻEE. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess u Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (“Il-Ftehim”) ġie inizjalat fil-5 ta' April 2017.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli, huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  It-test tal-Ftehim u d-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu se jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top