This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1330
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1330 of 2 August 2016 amending Regulation (EC) No 1235/2008 laying down detailed rules for implementation of Council Regulation (EC) No 834/2007 as regards the arrangements for imports of organic products from third countries (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1330 tat-2 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/4938
ĠU L 210, 4.8.2016, p. 43–96
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306
4.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 210/43 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1330
tat-2 ta' Awwissu 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri ta' kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
(2) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Awstralja, l-indirizz tal-internet tal-korp ta' kontroll “Australian Certified Organic Pty. Ltd” inbidel. |
(3) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Kanada, ir-rikonoxximent ta' korp ta' kontroll ġie rtirat. |
(4) |
Fl-2014, il-korp ta' kontroll “SGS India Pvt. Ltd” tneħħa mill-entrata għall-Indja fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għax ma rrispettax il-kamp ta' applikazzjoni tar-rikonoxximent għall-Indja fir-rigward tal-prodotti li jistgħu jiġu importati. Abbażi tar-riżultati tas-superviżjoni tiegħu mwettqa mill-Indja, dan il-korp ta' kontroll issa jista' jerġa' jiġi inkluż fl-entrata għall-Indja fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. |
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni dwar il-bidla fl-indirizz tal-internet tal-korp ta' kontroll “IMO Control Private Limited” fl-Indja. |
(6) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Uniti, ir-rikonoxximent ta' korp ta' kontroll ġie rtirat u korp ta' kontroll ieħor ġie miżjud fil-lista tal-korpi ta' kontroll rikonoxxuti mill-Istati Uniti. |
(7) |
Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni dwar il-bidla fl-indirizz tal-internet tal-korp ta' kontroll “AsureQuality Limited” fi New Zealand. |
(8) |
Minħabba żball amministrattiv, “Doalnara Organic Certificated Korea” ġiet imħassra mill-Anness III permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2345 (3). Peress li qatt ma kien maħsub li jsir dan, din għandha tiddaħħal mill-ġdid fil-lista tal-korpi ta' kontroll rikonoxxuti mir-Repubblika tal-Korea. |
(9) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista tal-korpi ta' kontroll u tal-awtoritajiet ta' kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-fini ta' ekwivalenza. |
(10) |
“Egyptian Center Of Organic Agriculture (ECOA)”, “Istituto Certificazione Etica e Ambientale”, “Letis S.A.”, “Oregon Tilth” u “Organic Standard” innotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-bidla fl-indirizz tagħhom. |
(11) |
L-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jipprevedi li għal prodotti mhux importati skont l-Artikolu 32 u li ma jkunux importati minn pajjiż terz li huwa rikonoxxut f'konformità mal-Artikolu 33(2) ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kompiti għall-finijiet li jiġu importati prodotti li jipprovdu garanziji ekwivalenti. Għalhekk, l-Artikolu 10(2)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jipprevedi li awtorità ta' kontroll jew korp ta' kontroll ma jistgħux jiġu rikonoxxuti għal prodott li joriġina minn pajjiż terz elenkat fl-Anness III ta' dak ir-Regolament u li jappartjeni f'kategorija ta' prodott li għaliha dan il-pajjiż terz ikun rikonoxxut. |
(12) |
Billi l-Awstralja huwa pajjiż terz rikonoxxut f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u huwa elenkat fil-kategorija ta' prodott F fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, jidher li fil-passat dawk id-dispożizzjonijiet ma ġewx irrispettati b'mod adegwat fir-rigward tar-rikonoxximent ta' “Australian Certified Organic”, li hija rikonoxxuta fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għal prodotti li joriġinaw mill-Awstralja u li jappartjenu għall-kategorija ta' prodott F. Għalhekk, dan ir-rikonoxximent għandu jiġi rtirat. |
(13) |
“AsureQuality Limited” infurmat lill-Kummissjoni li hija temmet l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fil-pajjiżi terzi kollha li kienet ġiet rikonoxxuta għalihom u ma għandhiex tibqa' elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(14) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Bio.inspecta AG” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji ta' prodott A u D għall-Kosta tal-Avorju. |
(15) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “CCPB Srl” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. L-eżami tal-informazzjoni riċevuta wassal għall-konklużjoni li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-kamp ta' applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija ta' prodott D għall-inbid. |
(16) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Certisys” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji ta' prodott A u D għall-Burundi, għall-Kamerun, għar-Rwanda, għat-Tanzanija u għall-Uganda. |
(17) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni minn “Certisys” li temmet l-attività tagħha ta' ċertifikazzjoni fil-Vjetnam u ma għandhiex tibqa' elenkata għal dak il-pajjiż fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(18) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Control Union Certifications” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji ta' prodott B, C, D, E u F għall-Bangladesh, għall-kategoriji ta' prodott A u D għall-Cape Verde u għall-kategoriji ta' prodott A, C u D għall-Maldivi. |
(19) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Ecocert SA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija ta' prodott A għall-Liechtenstein, għall-kategoriji ta' prodott A u D għall-Albanija, għall-Bahamas, għall-Belarus, għall-Polineżja Franċiża, għall-Gambja, għall-Ġordan, għal-Lesoto, għall-Montenegro, għat-territorju okkupat Palestinjan u għall-Oman, għall-kategoriji ta' prodott A, D u E għall-Bangladesh, għall-kategoriji ta' prodott A, B u F għaċ-Ċilì, għall-kategorija ta' prodott B għall-Etjopja, għall-kategoriji ta' prodott B u E għan-Namibja, għall-kategorija ta' prodott D għall-Botswana u għall-kategorija ta' prodott E għall-Emirati Għarab Magħquda u għaż-Żambja. |
(20) |
“Ecocert SA” infurmat lil Kummissjoni li akkwistat għadd ta' entitajiet tal-grupp IMO, inkluż “IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd Ști.” Indikat ukoll li din l-entità u s-sussidjarja ta' “Ecocert SA” fit-Turkija, jiġifieri “Ecocert Denetim ve Belgelendirme Ltd. Ști.”, ingħaqdu flimkien. L-entità li rriżultat, imsejħa “ECOCERT IMO Denetim ve Belgelendirme Ltd. Ști”, se tieħu f'idejha l-attivitajiet ta' “IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd Ști.” Għalhekk, huwa xieraq li “IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd Ști” titneħħa mill-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 u minflokha tiġi inkluża “ECOCERT IMO Denetim ve Belgelendirme Ltd. Ști”, bil-bidliet neċessarji relatati mal-indirizz u mal-indirizz tal-internet. |
(21) |
“IBD Certifications Ltd.” infurmat lill-Kummissjoni li hija rreġistrata uffiċjalment taħt l-isem “IBD Certificações Ltda.” |
(22) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “IMO Control Latinoamérica Ltda.” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji ta' prodott A u D għall-Brażil, għaċ-Ċilì, għall-Kuba, għall-Trinidad u Tobago u għall-Urugwaj. Barra minn hekk, “IMO Control Latinoamérica Ltda.” innotifikat il-bidla tal-isem korporattiv tagħha għal “IMOcert Latinoamérica Ltda.” u l-bidla fl-indirizz tal-internet tagħha. |
(23) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “IMO Control Private Limited” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji ta' prodott A u D għal-Laos, għall-Maldivi u għall-Papua New Guinea. |
(24) |
“IMOswiss AG” infurmat lill-Kummissjoni li hija temmet l-attività ta' ċertifikazzjoni tagħha fl-Ukrajna u għalhekk ma għandhiex tibqa' elenkata għal dak il-pajjiż fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(25) |
“International Certification Services, Inc.” infurmat lill-Kummissjoni li hija temmet l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fil-pajjiżi terzi kollha li kienet ġiet rikonoxxuta għalihom u ma għandhiex tibqa' elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(26) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “OneCert International PVT Ltd” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji ta' prodott A u D għall-Etjopja, għall-Mozambique, għat-Tanzanija u għas-Sri Lanka u għall-kategorija D għas-Singapore. |
(27) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Organización Internacional Agropecuaria” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija ta' prodott C għaċ-Ċilì. |
(28) |
“Quality Assurance International” infurmat lill-Kummissjoni li hija temmet l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fil-Paragwaj u ma għandhiex tibqa' elenkata għal dak il-pajjiż fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(29) |
Skont l-Artikolu 12(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, fid-dawl tal-informazzjoni riċevuta jew fid-dawl tan-nuqqas tal-informazzjoni meħtieġa, fi kwalunkwe waqt il-Kummissjoni tista' temenda l-ispeċifikazzjonijiet jew tissospendi l-entrata ta' korp ta' kontroll fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament. Abbażi ta' dan, għandha tiġi emendata l-ispeċifikazzjoni tal-korp ta' kontroll li għalih l-eżami li kien sar fir-rigward tal-informazzjoni kollha riċevuta wassal għall-konklużjoni li r-rekwiżiti rilevanti ma baqgħux jiġu rrispettati. |
(30) |
“Uganda Organic Certification, Ltd”, elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, ippreżentat ir-rapport annwali tagħha fit-18 ta' Marzu 2016 f'konformità mal-Artikolu 12(1)(b) tal-istess Regolament. Fir-rapport annwali l-korp ta' akkreditament IOAS informa li ssospenda l-akkreditazzjoni ta' “Uganda Organic Certification, Ltd.” Il-korp ta' kontroll ġie mistieden mill-Kummissjoni sabiex jipprovdi ċertifikat ta' akkreditazzjoni validu akkumpanjat minn rapport ta' valutazzjoni pożittiv f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, iżda ma weġibx qabel l-iskadenza stabbilita. Għalhekk, l-entrata ta' “Uganda Organic Certification, Ltd” għandha tiġi sospiża mill-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 sakemm tingħata informazzjoni sodisfaċenti. |
(31) |
Għall-fini ta' ċarezza, b'mod partikolari sabiex ikun żgurat li l-pajjiżi terzi li għalihom l-awtoritajiet ta' kontroll jew il-korpi ta' kontroll elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jidhru fl-istess ordni fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha, huwa xieraq li l-ismijiet tal-pajjiżi jerġgħu jitqiegħdu f'ordni ġdid abbażi tan-numri tal-kodiċi u li l-Anness jinbidel kollu. |
(32) |
Għaldaqstant, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(33) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness III huwa emendat f'konformità mal-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
L-Anness IV jinbidel bit-test tal-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2345 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 330, 16.12.2015, p. 29).
ANNESS I
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-entrata dwar l-Awstralja, fil-punt 5, l-indirizz tal-internet tal-korp ta' kontroll “Australian Certified Organic Pty. Ltd” jinbidel għal “www.aco.net.au”; |
(2) |
Fl-entrata dwar il-Kanada, fil-punt 5, ir-ringiela li tikkonċerna n-numru tal-kodiċi CA-ORG-001 hija mħassra; |
(3) |
Fl-entrata dwar l-Indja, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-entrata dwar l-Istati Uniti, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Fl-entrata dwar New Zealand, fil-punt 5, l-indirizz tal-internet tal-korp ta' kontroll “AsureQuality Limited” jinbidel għal “http://www.asurequality.com”. |
(6) |
Fl-entrata dwar ir-Repubblika tal-Korea, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS II
“ANNESS IV
LISTA TAL-KORPI TA' KONTROLL U TAL-AWTORITAJIET TA' KONTROLL GĦALL-FINI TA' EKWIVALENZA U TAL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET RILEVANTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10
Għall-fini ta' dan l-Anness, il-kategoriji ta' prodott huma indikati skont il-kodiċijiet li ġejjin:
A: Prodotti tal-pjanti mhux ipproċessati
B: Annimali ħajjin jew prodotti tal-annimali mhux ipproċessati
C: Prodotti tal-akkwakultura u alka tal-baħar
D: Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel (*)
E: Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala għalf (*)
F: Materjal għall-propagazzjoni veġetattiva u żrieragħ għall-kultivazzjoni.
B'konformità mal-Artikolu 10(2)(e), is-sit tal-internet fejn tinsab il-lista tal-operaturi li huma soġġetti għas-sistema ta' kontroll, kif ukoll il-punt ta' kuntatt fejn tinsab disponibbli l-informazzjoni dwar l-istatus taċ-ċertifikazzjoni tagħhom, il-kategoriji ta' prodott ikkonċernati, kif ukoll l-operaturi u l-prodotti sospiżi u li tkun tneħħitilhom iċ-ċertifikazzjoni, jinsab fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 2 għal kull korp ta' kontroll jew awtorità ta' kontroll, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
“Abcert AG”
1. |
Indirizz: Martinstraße 42-44, 73728 Esslingen am Neckar, il-Ġermanja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.abcert.de |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Agreco R.F. Göderz GmbH”
1. |
Indirizz: Mündener Straße 19, 37218 Witzenhausen, il-Ġermanja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://agrecogmbh.de |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Albinspekt”
1. |
Indirizz: Sheshi Hari Trumen, Nd. 1, Hy. 25, Ap. 10, 1016 Tirana, l-Albanija |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.albinspekt.com |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“ARGENCERT SA”
1. |
Indirizz: Bernardo de Irigoyen 972 4 piso ‘B’, C1072AAT Buenos Aires, l-Arġentina |
2. |
Indirizz tal-internet: www.argencert.com.ar |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Australian Certified Organic”
1. |
Indirizz: PO Box 810 — 18 Eton St, Nundah, QLD 4012, l-Awstralja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.aco.net.au |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Balkan Biocert Skopje”
1. |
Indirizz: 2/9, Frederik Sopen Str., 1000 Skopje, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.balkanbiocert.mk |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Bioagricert S.r.l.”
1. |
Indirizz: Via dei Macabraccia 8, Casalecchio di Reno, 40033 Bologna, l-Italja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.bioagricert.org |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“BioGro New Zealand Limited”
1. |
Indirizz: P.O. Box 9693 Marion Square, Wellington 6141, New Zealand |
2 |
Indirizz tal-internet: http://www.biogro.co.nz |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Bio.inspecta AG”
1. |
Indirizz: Ackerstrasse, 5070 Frick, l-Iżvizzera |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.bio-inspecta.ch |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Bio Latina Certificadora”
1. |
Indirizz: Jr. Domingo Millán 852, Jesús Maria, Lima 11, Lima, il-Perù |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.biolatina.com |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Bolicert Ltd”
1. |
Indirizz: Street Colon 756, floor 2, office 2A, Edif. Valdivia Casilla 13030, La Paz, il-Bolivja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.bolicert.org |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Bureau Veritas Certification France SAS”
1. |
Indirizz: Immeuble Le Guillaumet, 60 avenue du Général de Gaulle, 92046 Paris La Défense Cedex, Franza |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.qualite-france.com |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Caucacert Ltd”
1. |
Indirizz: 2, Marshal Gelovani Street, 5th floor, Suite 410, Tbilisi 0159, il-Georgia |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.caucascert.ge |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“CCOF Certification Services”
1. |
Indirizz: 2155 Delaware Avenue, Suite 150, Santa Cruz, CA 95060, l-Istati Uniti |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.ccof.org |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“CCPB Srl”
1. |
Indirizz: Viale Masini 36, 40126 Bologna, l-Italja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.ccpb.it |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“CERES Certification of Environmental Standards GmbH”
1. |
Indirizz: Vorderhaslach 1, 91230 Happurg, il-Ġermanja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.ceres-cert.com |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Certificadora Mexicana de productos y procesos ecológicos S.C.”
1. |
Indirizz: Calle 16 de septiembre No 204, Ejido Guadalupe Victoria, Oaxaca, il-Messiku, C.P. 68026 |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.certimexsc.com |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Certisys”
1. |
Indirizz: Rue Joseph Bouché 57/3, 5310 Bolinne, il-Belġju |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.certisys.eu |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Company of Organic Agriculture in Palestine (*)”
1. |
Indirizz: Alsafa building- first floor Al-Masaeif, Ramallah, il-Palestina (*) |
2. |
Indirizz tal-internet: http://coap.org.ps |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Control Union Certifications”
1. |
Indirizz: Meeuwenlaan 4-6, 8011 BZ Zwolle, in-Netherlands |
2. |
Indirizz tal-internet: http://certification.controlunion.com |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Ecocert SA”
1. |
Indirizz: BP 47, 32600 L'Isle-Jourdain, Franza |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.ecocert.com |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“ECOCERT IMO Denetim ve Belgelendirme Ltd. Ști”
1. |
Indirizz: 2132/2 sk. No:3 D:50 Bayraklı/İZMİR, it-Turkija |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.ecocert.com.tr |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Ecoglobe”
1 |
Indirizz: 1, Aram Khachatryan Street, apt. 66, 0033 Yerevan, l-Armenja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.ecoglobe.am |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Egyptian Center of Organic Agriculture (ECOA)”
1. |
Indirizz: 15 Nady El-Seid Street, Dokki, il-Kajr, l-Eġittu |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.ecoa.com.eg/ |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)”
1. |
Indirizz: P.O. Box 12311, Gainesville FL, 32604 l-Istati Uniti |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.qcsinfo.org |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“IBD Certificações Ltda.”
1. |
Indirizz: Rua Amando de Barros 2275, Centro, CEP: 18.602.150, Botucatu SP, il-Brażil |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.ibd.com.br |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“IMOcert Latinoamérica Ltda.”
1. |
Indirizz: Calle Pasoskanki 2134, Cochabamba, il-Bolivja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.imocert.bio |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“IMO Control Private Limited”
1. |
Indirizz: No 3627, 1st Floor, 7th Cross, 13th ‘G’ Main, H.A.L. 2nd Stage, Bangalore 560008,l-Indja |
2. |
Indirizz tal-internet: www.imocontrol.in |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“IMOswiss AG”
1. |
Indirizz: Weststrasse 1, 8570 Weinfelden, l-Iżvizzera |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.imo.ch |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Indocert”
1. |
Indirizz: Thottumugham post, Aluva, Ernakulam, Kerala, l-Indja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.indocert.org |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Istituto Certificazione Etica e Ambientale”
1. |
Indirizz: Via Giovanni Brugnoli, 15, 40122 Bologna, l-Italja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.icea.info |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, inbid u prodotti koperti bl-Anness III. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Japan Organic and Natural Foods Association”
1. |
Indirizz: Takegashi Bldg. 3rd Fl., 3-5-3 Kyobashi, Chuo-ku, Tokyo, il-Ġappun |
2. |
Indirizz tal-internet: http://jona-japan.org |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, inbid u prodotti koperti bl-Anness III. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”
1. |
Indirizz: Marientorgraben 3-5, 90402 Nürnberg, il-Ġermanja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.bcs-oeko.com |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“LACON GmbH”
1. |
Indirizz: Moltkestrasse 4, 77654 Offenburg, il-Ġermanja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.lacon-institut.com |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Letis S.A.”
1. |
Indirizz: San Lorenzo 2261, S2000KPA, Rosario, Santa Fe, l-Arġentina |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.letis.org |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Mayacert”
1. |
Indirizz: 18 calle 7-25 zona 11, Colonia Mariscal, 01011 Guatemala City, il-Gwatemala |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.mayacert.com |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“NASAA Certified Organic Pty Ltd”
1. |
Indirizz: Unit 7/3 Mount Barker Road, Stirling SA 5152, l-Awstralja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.nasaa.com.au |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“ÖkoP Zertifizierungs GmbH”
1. |
Indirizz: Schlesische Straße 17d, 94315 Straubing, il-Ġermanja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.oekop.de |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“OneCert International PVT Ltd”
1. |
Indirizz: H-08, Mansarovar Industrial Area, Mansarovar, Jaipur-302020, Rajasthan, l-Indja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.onecert.com |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Oregon Tilth”
1. |
Indirizz: 2525 SE 3rd Street, Corvallis, OR 97333, l-Istati Uniti |
2. |
Indirizz tal-internet: http://tilth.org |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Organic agriculture certification Thailand”
1. |
Indirizz: 619/43 Kiatngamwong Building, Ngamwongwan Rd., Tambon Bangkhen, Muang District, Nonthaburi 11000, it-Tajlandja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.actorganic-cert.or.th |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Organic Certifiers”
1. |
Indirizz: 6500 Casitas Pass Road, Ventura, CA 93001, l-Istati Uniti |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.organiccertifiers.com |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Organic Control System”
1. |
Indirizz: Trg cara Jovana Nenada 15, 24000 Subotica, is-Serbja |
2. |
Indirizz tal-internet: www.organica.rs |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Organic crop improvement association”
1. |
Indirizz: 1340 North Cotner Boulevard, Lincoln, NE 68505-1838, l-Istati Uniti |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.ocia.org |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, inbid u prodotti koperti bl-Anness III. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Organic Standard”
1. |
Indirizz: 38-B Velyka Vasylkivska St, office 20, Kyiv city, 01004 l-Ukrajna |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.organicstandard.com.ua |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Organización Internacional Agropecuaria”
1. |
Indirizz: Av. Santa Fe 830, B1641ABN, Acassuso, Buenos Aires, l-Arġentina |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.oia.com.ar |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u prodotti koperti bl-Anness III. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Organska Kontrola”
1. |
Indirizz: Dzemala Bijedića br.2, 71000 Sarajevo, il-Bożnija-Ħerzegovina |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.organskakontrola.ba |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“ORSER”
1. |
Indirizz: Paris Caddesi No: 6/15, Ankara 06540, it-Turkija |
2. |
Indirizz tal-internet: http://orser.com.tr |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Overseas Merchandising Inspection Co., Ltd”
1. |
Indirizz: 15-6 Nihonbashi Kabuto-cho, Chuo-ku, Tokyo 103-0026, il-Ġappun |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.omicnet.com/omicnet/services-en/organic-certification-en.html |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, inbid u prodotti koperti bl-Anness III. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“QC&I GmbH”
1. |
Indirizz: Tiergartenstraße 32, 54595 Prüm, il-Ġermanja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.qci.de |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Quality Assurance International”
1. |
Indirizz: 9191 Towne Centre Road, Suite 200, San Diego, CA 92122, l-Istati Uniti |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.qai-inc.com |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Quality Partner”
1. |
Indirizz: Rue Hayeneux, 62, 4040 Herstal, il-Belġju |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.quality-partner.be |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, alka u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Soil Association Certification Limited”
1. |
Indirizz: South Plaza, Marlborough Street, Bristol, BS1 3NX, ir-Renju Unit |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.soilassociation.org/certification |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“Suolo e Salute srl”
1. |
Indirizz: Via Paolo Borsellino 12, 61032 Fano (PU), l-Italja |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.suoloesalute.it |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018. |
“TÜV Nord Integra”
1. |
Indirizz: Statiestraat 164, 2600 Berchem (Antwerp), il-Belġju |
2. |
Indirizz tal-internet: http://www.tuv-nord-integra.com |
3. |
In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta' prodott ikkonċernati:
|
4. |
Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u inbid. |
5. |
It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta' Ġunju 2018.” |
(*) L-ingredjenti għandhom jiġu ċċertifikati minn korp ta' kontroll jew minn awtorità ta' kontroll rikonoxxuti b'konformità mal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew jiġu prodotti u ċċertifikati fil-kamp ta' applikazzjoni ta' pajjiż terz rikonoxxut b'konformità mal-Artikolu 33(2) ta' dak ir-Regolament jew jiġu prodotti u ċċertifikati fl-Unjoni b'konformità ma' dak ir-Regolament.
(**) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(***) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(****) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(*****) Prodotti li joriġinaw mit-territorji okkupati mill-Iżrael minn Ġunju 1967 m'għandhomx jiġu ċċertifikati bħala organiċi.
(******) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.