EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1020

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1020 tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-prezz massimu għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tieni sejħa individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/826

ĠU L 166, 24.6.2016, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1020/oj

24.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1020

tat-23 ta' Ġunju 2016

dwar il-prezz massimu għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tieni sejħa individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/826

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/826 (2) fetaħ ix-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-perjodu li jiskadi fit-30 ta' Settembru, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 (3).

(2)

Abbażi tal-offerti li waslu bi tweġiba għal stediniet individwali għall-preżentazzjoni tal-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz massimu għax-xiri sfurzat, skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li saru b'risposta għat-tieni sejħa individwali għall-offerti, jeħtieġ li għandu jiġi ffissat prezz massimu għax-xiri sfurzat.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tieni stedina individwali għall-preżentazzjoni tal-offerti għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tal-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/826, li għaliha ż-żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti skada fil-21 ta' Ġunju 2016, il-prezz massimu tax-xiri sfurzat għandu jkun ta' EUR 169,80/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/826 tal-25 ta' Mejju 2016 li jagħlaq ix-xiri sfurzat b'intervent ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss għal perjodu ta' intervent li jintemm fit-30 ta' Settembru 2016 u li jiftaħ il-proċedura tas-sejħa għall-offerti għax-xiri sfurzat ĠU L 137, 26.5.2016, p. 19).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).


Top