EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016Q0812(03)

Emenda għar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

ĠU L 217, 12.8.2016, p. 72–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_rules/2016/812(3)/oj

12.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/72


EMENDA GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI

IL-QORTI ĠENERALI,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ħames paragrafu tal-Artikolu 254 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

Wara li kkunsidrat li l-informazzjoni jew l-annessi rilevanti sabiex tinqatal-kawża u kunfidenzjali, li jkunu ġew prodotti skont l-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u li ma jkunux ingħataw lura fil-mori tal-kawża, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex din teżerċita b'mod sħiħ il-funzjoni tagħha ta' qorti tal-appell fil-każ li tiġi kkontestata d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tagħlaq proċedura li matulha tkun ġiet implementata r-regola speċifika prevista fl-Artikolu 105,

Wara li kkunsidrat li, għall-kuntrarju, din l-informazzjoni jew dawn l-annessi għandhom jingħataw lura lill-parti prinċipali li tkun ipproduċiethom fil-każ li ma jkunx ġie ppreżentat appell mid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fit-terminu previst fil-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat li għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu emendati r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali,

Bil-kunsens tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fis-6 ta' Lulju 2016,

TADOTTA L-EMENDA SEGWENTI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

Artikolu 1

L-Artikolu 105(10) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1) huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“10.   L-informazzjoni jew l-annessi msemmija fil-paragrafu 5, li ma jkunux ġew irtirati skont il-paragrafu 7 mill-parti prinċipali li tkun ipproduċiethom, għandhom jingħataw lura lill-parti kkonċernata mal-iskadenza tat-terminu previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut sakemm, f'dan it-terminu, ma jkunx ġie ppreżentat appell mid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. Fil-każ li jiġi ppreżentat tali appell, l-informazzjoni jew l-annessi msemmija iktar 'il fuq għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kundizzjonijiet previsti fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 11.”

Artikolu 2

Din l-emenda għar-Regoli tal-Proċedura, li hija awtentika fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 44 tal-imsemmija Regoli, għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta' Lulju 2016.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. JAEGER


(1)  ĠU L 105, 23.4.2015, p. 1.


Top