Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0979

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/979 tal-20 ta' Mejju 2016 rigward l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni li tfasslet fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali

ĠU L 161, 18.6.2016, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/979/oj

18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/979

tal-20 ta' Mejju 2016

rigward l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni li tfasslet fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) u (5) tiegħu,

Wara li kkunsidra ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni mfassla fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (2) (“il-Konvenzjoni”) ġiet iffirmata fi Brussell fit-18 ta' Diċembru 1997. Din tidħol fis-seħħ 90 jum wara n-notifika tat-tlestija tal-proċeduri kostituzzjonali għall-adozzjoni tal-Konvenzjoni minn dak l-Istat, Membru tal-Unjoni Ewropea fil-mument tal-adozzjoni mill-Kunsill tal-Att li jistabbilixxi l-Konvenzjoni, li jkun l-aħħar wieħed li jikkompleta dik il-formalità.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 32(4) tal-Konvenzjoni, sa meta l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ, kull Stat Membru jista', meta jagħti n-notifika msemmija fl-Artikolu 32(2) tal-Konvenzjoni, jew fi kwalunkwe żmien ieħor wara dan, jiddikjara li sa fejn ikun ikkonċernat, il-Konvenzjoni għandha tapplika għar-relazzjonijiet tiegħu mal-Istati Membri li jkunu għamlu l-istess dikjarazzjoni.

(3)

L-Artikolu 3(4) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja (“l-Att tal-Adeżjoni”) jistipula li l-Kroazja għandha taderixxi mal-konvenzjonijiet u l-protokolli elenkati fl-Anness I għall-Att tal-Adeżjoni. Dawk il-konvenzjonijiet u protokolli jinkludu, fost l-oħrajn, il-Konvenzjoni. Il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Kroazja fid-data determinata mill-Kunsill.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 3(5) tal-Att tal-Adeżjoni, il-Kunsill għandu jiddeċiedi li jagħmel l-aġġustamenti kollha li huma meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-konvenzjonijiet u mal-protokolli elenkati fl-Anness I tal-Att tal-Adeżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Kroazja fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-test tal-Konvenzjoni (3) bil-Kroat għandu jkun awtentiku taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testijiet tal-Konvenzjoni bil-lingwi l-oħra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

K.H.D.M. DIJKHOFF


(1)  L-Opinjoni tat-28 ta' April 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 24, 23.1.1998, p. 2.

(3)  It-test bil-Kroat ġie ppubblikat f'edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali (Kapitolu 19, Volum 14, paġna 156).


Top