This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2345
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/2345 of 15 December 2015 amending Regulation (EC) No 1235/2008 laying down detailed rules for implementation of Council Regulation (EC) No 834/2007 as regards the arrangements for imports of organic products from third countries (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2345 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2345 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 330, 16.12.2015, p. 29–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306
16.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/29 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2345
tal-15 ta' Diċembru 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
(2) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Costa Rica, mit-Tuneżija, mill-Istati Uniti u mir-Repubblika tal-Korea, l-isem tal-korp ta' kontroll “BCS Öko-Garantie GmbH” inbidel għal “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”. |
(3) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Arġentina, l-indirizz tal-Internet tal-korp ta' kontroll “Letis SA” inbidel. |
(4) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Awstralja, l-indirizz tal-Internet tal-awtorità kompetenti nbidel. Barra minn hekk, l-awtorità ta' kontroll “AQIS” waqqfet l-attivitajiet tagħha u ma għandhiex tibqa' elenkata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(5) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Kanada, l-awtorità ta' kontroll “SAI Global Certification Services Limited” waqqfet l-attivitajiet tagħha u ma għandhiex tibqa' elenkata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Barra minn hekk, għandu jiġi elenkat korp ta' kontroll ġdid “TransCanada Organic Certification Services (TCO Cert)” f'dak l-Anness. |
(6) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Costa Rica, l-indirizz tal-Internet tal-awtorità ta' kontroll “Servicio Fitosanitario del Estado” inbidel. |
(7) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Indja, l-awtorità kompetenti Indjana rtirat ir-rikonoxximent tagħha għal “Biocert India Pvt. Ltd, Indore” u għal “TUV India Pvt. Ltd” u dawn il-kopri tal-kontroll ma għandhomx jibqgħu elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti Indjana rrikonoxxiet tliet korpi tal-kontroll li għandhom jiżdiedu fil-lista ta' dak l-Anness: “Odisha State Organic Certification Agency”, “Gujarat Organic Products Certification Agency” u “Uttar Pradesh State Organic Certification Agency”. |
(8) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Ġappun, inbidel l-isem ta' awtorità kompetenti. |
(9) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mit-Tuneżija, l-indirizz tal-Internet tal-awtorità kompetenti nbidel. |
(10) |
Skont informazzjoni pprovduta mill-Istati Uniti, l-isem tal-korp ta' kontroll “Department of Plant Industry” inbidel għal “Clemson University”, l-isem tal-korp ta' kontroll “Indiana Certified Organic LLC” inbidel għal “Ecocert ICO, LLC”, l-isem tal-korp ta' kontroll “Marin County” inbidel għal “Marin Organic Certified Agriculture” u l-isem tal-korp ta' kontroll “OIA North America, LLC” inbidel għal “Americert International (AI)”. Barra minn hekk, il-korp ta' kontroll “Organic National & International Certifiers (ON&IC)” waqqaf l-attivitajiet tiegħu u ma għandux jibqa' elenkat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(11) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika tal-Korea, l-awtorità kompetenti Koreana rrikonoxxiet żewġ korpi ta' kontroll oħrajn li għandhom jiżdiedu mal-lista tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008: “Neo environmentally-friendly” u “Green Environmentally-Friendly certification center”. |
(12) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista tal-korpi ta' kontroll u tal-awtoritajiet ta' kontroll li huma kompetenti biex iwettqu kontrolli u joħorġu ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-iskop tal-ekwivalenza. |
(13) |
L-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistipula li għal prodotti mhux importati skont l-Artikolu 32 u li ma jkunux importati minn pajjiż terz li huwa rikonoxxut skont l-Artikolu 33(2) ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi l-korpi ta' kontroll kompetenti biex iwettqu l-kompiti bl-iskop li jiġu importati prodotti li jipprovdu garanziji ekwivalenti. Għalhekk, l-Artikolu 10(2)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistipula li awtorità ta' kontroll jew korp ta' kontroll ma jistgħux jiġu rikonoxxuti għal prodott li joriġina minn pajjiż terz elenkat fil-lista tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti fl-Anness III ta' dak ir-Regolament u li jappartjeni għal kategorija tal-prodotti li għaliha dan il-pajjiż terz ikun rikonoxxut għaliha. |
(14) |
Billi kemm il-Kanada u kemm il-Ġappun huma pajjiż terz rikonoxxut skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u huma elenkati għall-kategorija tal-prodotti A fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, jidher li fil-passat dawk id-dispożizzjonijiet ma ġewx rispettati fir-rigward tar-rikonoxximent tal-korpi ta' kontroll li ġejjin, elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, għall-prodotti li joriġinaw fil-Kanada u fil-Ġappun u li huma parti mill-kategorija tal-prodotti A: “CCOF Certification Services”, “IMOswiss AG”, “International Certification Services, Inc.”, “Istituto Certificazione Etica e Ambientale”, “Japan Organic and Natural Foods Association”, “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”, “Organic crop improvement association” u “Quality Assurance International”. |
(15) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat il-korpi ta' kontroll ikkonċernati biex tinfurmahom dwar l-intenzjoni tagħha li tirtira r-rikonixximent għall-kategorija tal-prodotti A għall-Kanada u għall-Ġappun. Hija eżaminat bir-reqqa l-kummenti li waslulha. |
(16) |
“Afrisco Certified Organic, CC” infurmat lill-Kummissjoni li hija waqqfet l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fil-pajjiżi terzi kollha li kienet ġiet rikonoxxuta għalihom u ma għandhiex tibqa' elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(17) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Agreco R.F. Göderz GmbH” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D fir-Russja u għall-kategorija tal-prodotti D f'dawn il-pajjiżi: il-Bolivja, il-Bożnja-Ħerzegovina, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, l-Eġittu, il-Georgia, l-Indoneżja, il-Każakistan, il-Kirgiżistan, Madagascar, il-Montenegro, il-Perù, is-Serbja, it-Tanzanija, it-Tajlandja, it-Togo, it-Turkmenistan, l-Użbekistan u l-Venezwela. |
(18) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Awstralja Certified Organic” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti B għaċ-Ċina u għall-Vanuatu u għall-kategorija tal-prodotti D fil-Gżejjer Cook. |
(19) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Bio.inspecta AG” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Bożnja-Ħerzegovina, għall-Marokk u għall-Emirati Għarab Magħquda. |
(20) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Bureau Veritas Certification France SAS”, biex din tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslet, il-konklużjoni hija li huwa ġġustifikat li “Bureau Veritas Certification France SAS” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Madagascar, għal Mauritius, għal Monaco, għall-Marokk u għan-Nikaragwa, għall-kategorija tal-prodotti C għall-Madagascar u għan-Nikaragwa, u għall-kategorija tal-prodotti E għall-Mauritius. |
(21) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “CERES Certification of Environmental Standards GmbH” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji ta' prodotti A u D għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, għall-Montenegro, għan-Nepal, għat-Territorju Palestinjan Okkupat, għall-Pakistan, għall-kategoriji ta' prodotti A, B u D għall-Kamerun u għan-Niġerja u għall-kategorija ta' prodotti C għaċ-Ċina u għat-Tajwan. |
(22) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Certificadora Mexicana de productos y procesos ecológicos S.C.” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti D għall-Kolombja. |
(23) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Control Union Certifications” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji ta' prodotti A, D u F għall-Benin, għall-Botswana, għall-Kamerun, għal Kuba, għal Curaçao, għal Haiti, għall-Kenja, għal-Lesoto, għall-Malawi, għall-Mongolja, għall-Marokk, għan-Namibja, għas-Senegal, għas-Suriname, għas-Swaziland, għat-Tajwan, għat-Togo u għaż-Żimbabwe, għall-kategoriji ta' prodotti A, B, C, D, E u F għall-Armenja u għall-Każakistan u għall-kategoriji ta' prodotti A, B, C, D u F għall-Iraq. |
(24) |
“Doalnara Certified Organic Korea, LLC” infurmat lill-Kummissjoni li waqqfet l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fir-Repubblika tal-Korea, l-uniku pajjiż terz li kienet ġiet rikonoxxuta għalih u ma għandhiex tibqa' elenkata fl-Anness IV tar- Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(25) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Ecocert SA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija ta' prodotti A għall-Botswana, għall-kategoriji ta' prodotti A u D għall-Armenja, għall-Belize, għall-Kap Verde, għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, għall-Kongo (Brazzaville), għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, għal El Salvador, għall-Ginea Ekwatorjali, għal Georgia, għall-Ginea-Bissau, għall-Honduras, għal Hong Kong, għal-Liberja, għall-Mauritania, għall-Mjanmar/Burma, għan-Nikaragwa, għall-Panama, għas-Samoa, għas-Seychelles, għal Singapore, għas-Sri Lanka, għas-Suriname, għat-Taġikistan, għal Timor Leste u għall-Venezwela, għall-kategoriji ta' prodotti A, B u D għall-Afganistan u għal Sierra Leone, għall-kategoriji ta' prodotti A, D u E għat-Turkmenistan, għal kategorija ta' prodott B għall-Benin, għall-Kamerun, għall-Kolombja, għall-Côte d'Ivoire, għall-Ekwador, għall-Indoneżja, għal Monaco, għall-Filippini, għas-Serbja, għat-Tuneżija, għall-Vjetnam u għaż-Żambja, għall-kategorija ta' prodott C għar-Repubblika tal-Korea, għall-kategorija tal-prodotti D għaċ-Chad, għall-Etjopja, għall-Mongolja, għan-Namibja, għan-Niġer, għan-Niġerja, għall-Pakistan u għall-Vanuatu, għall-kategorija ta' prodotti E għall-Indja, għall-Kirgiżistan, għall-Marokk, għas-Sirja, għat-Tajlandja u għall-Urugwaj, għall-kategoriji ta' prodotti B u E għall-Kenja, għall-Paragwaj u għall-Uganda, għall-kategoriji ta' prodotti B, D u E għall-Ukraina, għall-kategoriji ta' prodotti B, E u F għall-Burkina Faso, għall-Messiku u għall-Perù, għall-kategoriji tal-prodotti D u E għall-Każakistan, għar-Russja u għall-Użbekistan u għall-kategoriji ta' prodotti E u F għall-Madagascar. |
(26) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “IMO Control Latinoamérica Ltda.” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D fil-Belize. Barra minn hekk, “IMO Control Latinoamérica Ltda.” infurmat lill-Kummissjoni li bidlet l-indirizz tal-Internet tagħha. |
(27) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji ta' prodotti A u D għall-Gambja, għal-Liberja, għall-Pakistan, għat-Taġikistan, għat-Turkmenistan u għall-Użbekistan, għall-kategoriji ta' prodotti A, D u E għall-Każakistan, għall-kategorija ta' prodotti B għall-Gwatemala, għall-Kirgiżistan, għall-Perù u għar-Russja u għall-kategorija ta' prodotti E għall-Emirati Għarab Magħquda. |
(28) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Mayacert”, biex din tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslet, il-konklużjoni hija li huwa ġġustifikat li “Mayacert” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji ta' prodotti A, B u D fil-Messiku, għall-kategoriji ta' prodotti A u D fil-Gwatemala, fil-Honduras u fin-Nikaragwa u għall-kategorija tal-prodotti D fil-Kolombja, fir-Repubblika Dominikana u f'El Salvador. |
(29) |
“Onecert, Inc.” innotifikat lill-Kummissjoni li l-isem inbidel għal “Onecert internazzjonali PVT Ltd.” Hija nnotifikat ukoll bidla fl-indirizz. |
(30) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Organic Standard” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għat-Tajikistan, u għall-kategorija tal-prodotti E għall-Każakistan u għar-Russja. |
(31) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Organización Internacional Agropecuaria” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għaċ-Ċilì, għall-Ekwador u għall-Perù. |
(32) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “ORSER”, biex din tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-konklużjoni hija li huwa ġġustifikat li “ORSER” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti A u D fit-Turkija. |
(33) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Overseas Merchandising Inspection Co. Ltd.”, biex din tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għall-kategorija tal-prodotti D fil-Ġappun. Kif indikat fil-premessa 13, l-Artikolu 10(2)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistipula li awtorità ta' kontroll jew korp ta' kontroll ma jistgħux jiġu rikonoxxuti għal prodott li joriġina minn pajjiż terz elenkat fil-lista ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 u li hu parti minn kategorija li l-pajjiż terz ikun rikonoxxut għaliha. Il-Ġappun huwa rikonoxxut bħala pajjiż terz f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u huwa elenkat f'dak l-Anness għall-kategorija tal-prodotti D. Madankollu, billi dak ir-rikonoxximent ma jkoprix l-ingredjenti kollha li jistgħu jiġu importati u pproċessati legalment fil-Ġappun, ir-rikonoxximent ta' korpi ta' kontroll għal prodotti pproċessati li mhumiex koperti mir-rikonoxximent tal-Ġappun għall-kategorija D kif inklużi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, huwa xieraq biex jiġi evitat li prodotti li joriġinaw fil-Ġappun, li huma pproċessati b'ingredjenti li jistgħu jiġu impurtati legalment fil-Ġappun, iżda mhumiex koperti minn rikonoxximent kif stabbilit f'dak l-Anness, ma jkunux jistgħu jiġu importati fl-Unjoni. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-konklużjoni hija li huwa ġġustifikat li “Overseas Merchandising Inspection Co., Ltd.” tiġi rikonoxxuta għall-kategorija tal-prodotti D, għajr l-inbid, fil-Ġappun għall-prodotti li mhumiex koperti mir-rikonoxximent tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 kif inklużi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(34) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “QC&I” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti D għall-inbid. |
(35) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Quality Partner”, biex din tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-konklużjoni hija li huwa ġġustifikat li “Quality Partner” tiġi rikonoxxuta għall-prodotti tal-kategoriji C u D fl-Indoneżja. |
(36) |
Għaldaqstant, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(37) |
Sabiex il-korpi ta' kontroll affettwati mill-irtirar tar-rikonoxximent għall-kategorija ta' prodotti A fir-rigward tal-Kanada u tal-Ġappun jingħataw il-possibbiltà li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jadattaw għas-sitwazzjoni l-ġdida tar-relazzjonijiet kummerċjali, l-emendi rilevanti tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom japplikaw 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
(38) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju għall-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti (6), (13), (14), (15), (16), (17)(d), (20) u (25) tal-Anness II għandhom japplikaw 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
ANNESS I
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-entrata dwar l-Arġentina, fil-punt 5, l-indirizz tal-Internet tal-korp ta' kontroll “Letis SA” jinbidel għal “www.letis.org”. |
(2) |
L-entrata dwar l-Awstralja tiġi emendata kif ġej:
|
(3) |
Fl-entrata dwar il-Kanada, il-punt 5 jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-entrata dwar il-Costa Rica, il-punt 5 jiġi emendat kif ġej:
|
(5) |
Fl-entrata dwar l-Indja, il-punt 5 jiġi emendat kif ġej:
|
(6) |
Fl-entrata dwar il-Ġappun, il-punt 4 qed jinbidel b'dan li ġej:
|
(7) |
L-entrata dwar it-Tuneżija tiġi emendata kif ġej:
|
(8) |
Fl-entrata dwar l-Istati Uniti, il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:
|
(9) |
Fl-entrata dwar ir-Repubblika tal-Korea, il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:
|
ANNESS II
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrata kollha dwar “Afrisco Certified Organic, CC” titħassar. |
(2) |
Fl-entrata dwar “Agreco R.F. Göderz GmbH”, il-punt 3 jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
L-entrata dwar “Australian Certified Organic”, tiġi emendata kif ġej:
|
(4) |
Fl-entrata dwar “Bio.inspecta AG”, fil-punt 3, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni xierqa:
|
(5) |
Wara l-entrata dwar “Bolicert Ltd”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja: “‘Bureau Veritas Certification France SAS’
|
(6) |
Fl-entrata dwar “CCOF Certification Services”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar il-Kanada, jitħassar is-salib fil-kolonna A. |
(7) |
Fl-entrata dwar “CERES Certification of Environmental Standards GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
Fl-entrata dwar “Certificadora Mexicana de productos y procesos ecológicos S.C.”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar il-Kolombja, jiżdied salib fil-kolonna D. |
(9) |
Fl-entrata dwar “Control Union Certifications”, fil-punt 3 jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni xierqa:
|
(10) |
L-entrata kollha dwar “Doalnara Certified Organic Korea, LLC” titħassar. |
(11) |
Fl-entrata dwar “Ecocert SA”, il-punt 3 qed jinbidel kif ġej:
|
(12) |
L-entrata dwar “IMO Control Latinoamérica Ltda.” tiġi emendata kif ġej:
|
(13) |
Fl-entrata dwar “IMOswiss AG”, fil-punt 3, fir-ringieli dwar il-Kanada u l-Ġappun, jitħassar is-salib fil-kolonna A. |
(14) |
Fl-entrata dwar “International Certification Services, Inc.”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar il-Kanada, jitħassar is-salib fil-kolonna A. |
(15) |
Fl-entrata dwar “Istituto Certificazione Etica e Ambientale”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar il-Ġappun, jitħassar is-salib fil-kolonna A. |
(16) |
Fl-entrata dwar “Japan Organic and Natural Foods Association”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar il-Ġappun, jitħassar is-salib fil-kolonna A. |
(17) |
Fl-entrata dwar “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(18) |
Wara l-entrata dwar “Letis S.A.”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja: “‘Mayacert’
|
(19) |
Fl-entrata dwar “Onecert, Inc.”, l-intestatura u l-punt 1 jinbidlu b'dan li ġej. “‘OneCert International PVT Ltd.’
|
(20) |
Fl-entrata dwar “Organic crop improvement association”, fil-punt 3, fir-ringieli dwar il-Kanada u l-Ġappun, jitħassar is-salib fil-kolonna A. |
(21) |
Fl-entrata dwar “Organic Standard”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(22) |
Fl-entrata dwar “Organización Internacional Agropecuaria”, fil-punt 3 jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni xierqa:
|
(23) |
Wara l-entrata dwar “Organska Kontrola”, jiddaħħlu l-entrati l-ġodda li ġejjin: “‘ORSER’
‘Overseas Merchandising Inspection Co., Ltd.’
|
(24) |
Fl-entrata dwar “QC&I GmbH”, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:
|
(25) |
Fl-entrata dwar “Quality Assurance International”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar il-Kanada, jitħassar is-salib fil-kolonna A. |
(26) |
Wara l-entrata dwar “Quality Assurance International”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja: “‘Quality Partner’
|