Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1472

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1472 tas-26 ta' Awwissu 2015 dwar l-emendar tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 dwar reġim skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 10 mal-Att tal-Adeżjoni

    ĠU L 225, 28.8.2015, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1472/oj

    28.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 225/3


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1472

    tas-26 ta' Awwissu 2015

    dwar l-emendar tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 dwar reġim skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 10 mal-Att tal-Adeżjoni

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 10 dwar Ċipru mal-Att fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolamennt tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar reġim skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 10 mal-Att tal-Adeżjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 866/2004 jistipula lista ta' punti tal-qsim tal-linja li minnhom persuni u oġġetti jistgħu jaqsmu l-fruntiera bejn iż-żoni li huma taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru u dawk iż-żoni li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

    (2)

    Wara ftehim dwar il-ftugħ ta' punti tal-qsim tal-linja ġodda f'Deryneia u Lefka-Apliki, jeħtieġ li jiġi adattat l-Anness I.

    (3)

    Il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru aċċetta dan l-adattament.

    (4)

    Il-Kamra tal-Kummerċ Turko-Ċiprijotta ġiet ikkonsultata dwar dan is-suġġett.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 866/2004 jinbidel b'dan li ġej:

    “ANNESS I

    Lista ta' punti tal-qsim tal-linja msemmija fl-Artikolu 2(4)

    Agios Dhometios

    Astromeritis — Zodhia

    Kato Pyrgos — Karavostasi

    Kato Pyrgos — Kokkina

    Kokkina — Pachyammos

    Ledra Palace

    Ledra Street

    Lefka — Apliki

    Deryneia”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Awwissu 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 955.

    (2)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 128.


    Top