EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1325

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1325 tal-31 ta' Lulju 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/513

ĠU L 206, 1.8.2015, p. 12–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/12/2015; Imħassar b' 32015R2425

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1325/oj

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1325

tal-31 ta' Lulju 2015

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/513

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Marzu 2015, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/513 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il-lista”).

(2)

Il-Kunsill ipprovda, fejn possibbli fil-prattika, lil kull persuna, grupp u l-entità b'dikjarazzjonijiet ta' raġunijiet li fihom fisser għaliex huma ġew inklużi fil-lista.

(3)

B'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fuq il-lista li huwa kien iddeċieda li jżommhom fuq dik il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, gruppi u entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista, fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

(4)

Il-Kunsill irreveda l-lista kif rikjest mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Metagħamel dan, il-Kunsill ħa kont tal-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati kif ukoll tal-informazzjoni aġġornata li waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus ta' individwi u entitajiet inklużi fil-lista fil-livell nazzjonali.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3), ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fuq il-lista għar-raġuni li huma kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikoli 1(2) u (3) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Il-lista għandha tiġi aġġornata skont dan u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/513 għandu jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/513 qiegħed b'dan jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/513 tas-26 ta' Marzu 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 790/2014 (ĠU L 82, 27.3.2015, p. 1).

(3)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (l-Iran); Passaport: 477845448 (l-Istati Uniti tal-Amerika). Numru tal-ID Nazzjonali: 07442833, data tal-iskadenza l-15 ta' Marzu 2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

5.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f'Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) — membru tal-“Hofstadgroep”.

6.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

7.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.

8.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

9.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran.

10.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11.3.1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

II   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-“Organizzazzjoni Abu Nidal” — “ANO” (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah”, magħrufa wkoll bħala l-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala s-“Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”).

2.

Il-“Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa”.

3.

“Al-Aqsa e.V.”.

4.

“Babbar Khalsa”.

5.

Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluża l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu” — “NPA”, il-Filippini.

6.

“Gama'a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya”) (il-“Grupp Iżlamiku” — “IG”).

7.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (il-“Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant”).

8.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

9.

Il-“Fergħa Militari ta' Hizballah” (magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hezbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbullah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hezballah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hisbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbu'llah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizb Allah”, magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill tal-Ġihad” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluża l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

10.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”.

11.

“Hofstadgroep”.

12.

Il-“Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” — “ISYF”.

13.

“Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

14.

Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” — “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

15.

It-“Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam” — “LTTE”.

16.

“Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

17.

Il-“Ġiħad Iżlamika tal-Palestina” — “PIJ”.

18.

“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”.

19.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”).

20.

“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (il-“Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”).

21.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (ix-“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu”).

22.

“Sendero Luminoso” — “SL” (it-“Triq li Tiddi”).

23.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan”).


Top