This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0923
Commission Delegated Regulation (EU) 2015/923 of 11 March 2015 amending Delegated Regulation (EU) No 241/2014 supplementing Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards for own funds requirements for institutions (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/923 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/923 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2015/1530
ĠU L 150, 17.6.2015, p. 1–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/923
tal-11 ta' Marzu 2015
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikulari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(2) u t-tielet subparagrafu ta' 73(7) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 84(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fl-Unjoni, huwa importanti li jiġi żgurat li jkun hemm approċċ uniformi rigward it-tnaqqis mill-fondi proprji ta' affarijiet ta' parteċipazzjonijiet indiretti u sintetiċi fi strumenti ta' fondi proprji tal-istituzzjonijiet u parteċipazzjonijiet indiretti u sintetiċi f'entitajiet tas-settur finanzjarju. |
(2) |
Peress li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 diġà jipprovdi regoli għal parteċipazzjonijiet diretti fi strumenti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni nnifisha u parteċipazzjonijiet diretti tal-istrumenti ta' fondi proprji ta' entitajiet oħra fis-settur finanzjarju, regoli ġodda għandhom jiġu stabbiliti għat-tnaqqis mill-fondi proprji ta' parteċipazzjonijiet mill-isituzzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' parteċipazzjonijiet sintetiċi u indiretti ta' tali strumenti mill-istituzzjoni nnifisha jew f'tali strumenti ta' entitajiet oħra fis-settur finanzjarju. |
(3) |
It-trattament ta' parteċipazzjonijiet indiretti li jirriżultaw minn parteċipazzjonijiet ta' indiċi huwa kopert mill-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u mill-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 (2). Madankollu, ir-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 ma jkoprix parteċipazzjonijiet indiretti u sintetiċi li jqumu fil-kuntest ta' punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1), punti (a), (c), (d) u (f) tal-Artikolu 56, u l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ġodda dwar it-trattament ta' parteċipazzjonijiet indiretti u sintetiċi msemmija f'dawk il-punti. |
(4) |
Fejn l-affidabbiltà kreditizja tal-istituzzjoni stess issuq ir-rati stabbiliti bl-indiċi tas-suq li huma wkoll użati bħala referenza għar-remunerazzjoni ta' strumenti tal-Grad 1 u l-Grad 2 Addizzjonali tal-istituzzjoni, jinqala' tħassib prudenzjali marbut mal-korrelazzjoni bejn id-distribuzzjonijiet tal-istrument u l-affidabbiltà kreditizja tal-istituzzjoni. In-numru u d-diversità tal-istituzzjonijiet fil-bord għandu jkun għoli biżżejjed li jirrifletti b'mod xieraq l-attivitajiet fis-suq relatat. Għalhekk, jekk istituzzjoni toħroġ strument tal-Grad 1 u tal-Grad 2 addizzjonali b'rata varjabbli, ir-rata li hi tħallas fuq dak l-istrument m'għandhiex tiżdied meta l-affidabbiltà kreditizja tal-istituzzjoni tonqos. Għalhekk, fejn ir-rata hi marbuta ma' indiċi, l-indiċi għandu jkun “wiesa'” biżżejjed biex jiżgura li l-affidabbiltà kreditizja tal-istituzzjoni ma tkunx fattur ewlieni li jinfluwenza r-rati stabbiliti minn dak l-indiċi. Għandha ssir distinzjoni bejn korrelazzjoni dovuta għas-settur kollu kemm hu li qed iġarrab stress u jaffettwa r-rata normattiva, u l-korrelazzjoni minħabba l-affidabbiltà kreditizja ta' istituzzjoni waħda li taffettwa r-rata normattiva. |
(5) |
Il-kalkolu ta' interessi minoritarji fil-livell konsolidat u fil-livell subkonsolidat għandu jkun konsistenti. Għalhekk, l-interessi minoritarji eliġibbli ta' sussidjarja li hi nnifisha hija impriża prinċipali ta' entità tas-settur finanzjarju għandu jkun l-ammont li jirriżulta, għall-istituzzjoni prinċipali ta' dik is-sussidjarja, meta l-istituzzjoni prinċipali tapplika l-konsolidazzjoni prudenzjali msemmija fit-Titolu II ta' Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
(6) |
Minħabba n-natura simili tat-tnaqqis kopert mill-Artikoli 84, 85 u 87 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istess dispożizzjonijiet għall-kalkolu ta' interessi minoritarji eliġibbli għandhom japplikaw għal dawn il-każijiet kollha. |
(7) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni. |
(8) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati Bankarji stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 241/2014 għandu jkun emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 241/2014 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 1, qed jiżdiedu l-punti (o) u (p) li ġejjin:
|
2. |
Jiddaħħlu l-Artikoli segwenti 15a sa 15j: “Artikolu 15a Parteċipazzjonijiet indiretti għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(f), (h) u (i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Għall-finijiet tal-Artikoli 15c, 15d, 15e u 15i ta' dan ir-Regolament, ‘entità intermedja’ kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(114) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tikkonsisti minn waħda minn dawn l-entitajiet li ġejjin li jkollhom strumenti kapitali ta' entitajiet tas-settur finanzjarju:
2. Mingħajr ħsara għall-punt (h) tal-paragrafu 1, ‘entità intermedjarja’ kif imsemmi fl- Artikolu 4(1)(114) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 ma tinkludix:
3. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti jitqies li jkun indipendenti mill-istituzzjoni sponsor tiegħu fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
4. Meta l-fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jkollu strumenti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni sponsor, l-istituzzjoni sponsor tittratta dik l-azjenda bħala parteċipazzjoni indiretta ta' strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, strumenti proprji Addizzjonali tal-Grad 1 jew strumenti proprji ta' Grad 2, kif applikabbli. L-ammont li jrid jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2, kif applikabbli, tal-istituzzjoni sponsor, jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 15c. Artikolu 15b Parteċipazzjonijiet sintetiċi għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(f), (h) u (i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Il-prodotti finanzjarju li ġejjin għadhom jitqiesu bħal parteċipazzjonijiet sintetiċi ta' strumenti kapitali skont il-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:
2. Il-prodotti finanzjarji previsti fil-paragrafu 1 jinkludu dan li ġej:
Artikolu 15c Kalkolu ta' parteċipazzjonijiet indiretti għall-finijiet tal-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 L-ammont ta' parteċipazzjonijiet indiretti li għandu jitnaqqas minn Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif rikjest f'punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi kkalkulat b'wieħed mill-metodi li ġejjin:
Artikolu 15d Approċċ standard għall-kalkolu ta' parteċipazzjonijiet indiretti għall-finijiet tal-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. L-ammont ta' parteċipazzjonijiet indiretti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni li għandu jitnaqqas kif rikjest minn punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi kkalkulat b'wieħed mill-metodi li ġejjin:
2. Il-metodu tal-kalkolu stipulat fil-punt (b) tal-paragrafu 1 isir għal kull porzjon ta' finanzjament li jitqies pari passu mal-fondi mogħtija mill-istituzzjoni. 3. Il-perċentwal ta' finanzjament għall-finijiet tal-paragrafu 1 ikun l-iskopertura tal-istituzzjoni lill-entità intermedja diviż bis-somma tal-iskopertura tal-istituzzjoni għall-entità intermedja u tal-iskoperturi l-oħra kollha għal din l-entità intermedja li jitqiesu pari passu mal-iskopertura tal-istituzzjoni. 4. Il-kalkolu stabbilit fil-paragrafu 1 isir b'mod separat għal kull parteċipazzjoni fl-entità tas-settur finanzjarju miżmuma minn kull entità intermedja. 5. Fejn investimenti fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entità fis-settur finanzjarju jkunu miżmuma indirettament permezz ta' entitajiet intermedji sussegwenti jew diversi, il-perċenwal tal-finanzjament stipulat fil-paragrafu 1 ikun determinat billi jiġi diviż l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont imsemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
6. Il-persentaġġ tal-finanzjament imsemmi fil-paragrafu 5 jkun ikkalkulat separatament għal kull parteċipazzjoni f'entità tas-settur finanzjarju u miżmuma minn entitajiet intermedji għal kull porzjon ta' finanzjament li jitqies pari passu ma' fondi pprovduti mill-istituzzjoni u l-entitajiet intermedjarji sussegwenti. Artikolu 15e Approċċ standard għall-kalkolu ta' parteċipazzjonijiet indiretti għall-finijiet tal-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. L-ammont li għandu jitnaqqas mill-elementi tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikun ugwali għall-perċentwal ta' finanzjament, kif definit fl-Artikolu 15d(3) ta' dan ir-Regolament immultiplikat bl-ammont ta' strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmuma mill-entità intermedja. 2. L-ammont li għandu jitnaqqas mill-elementi tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni msemmija fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikun ugwali għall-perċentwal ta' finanzjament, kif definit fl-Artikolu 15d(3) immultiplikat bl-ammont aggregat ta' strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-entitajiet tas-settur finanzjarju miżmuma mill-entità intermedja. 3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjoni tikkalkula separatament l-ammont aggregat għal kull entità intermedja tal-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni li l-entità intermedja għandha u l-ammont aggregat tal-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entitajiet oħra tas-settur finazjarju miżmuma mill-entità intermedja. 4. L-istituzzjoni tikkunsidra l-ammont tal-parteċipazzjonijiet fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-entitajiet tas-settur finanzjarju kkalkulat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu bħala investiment sinifikanti msemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tnaqqas l-ammont skont il-punt (i) tal-Artikolu 36(1) ta' dak ir-Regolament. 5. Fejn investimenti fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni jkunu miżmuma indirettament permezz ta' entitajiet intermedji sussegwenti jew diversi, il-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 15d japplikaw. 6. Fejn istituzzjoni ma tkunx kapaċi tidentifika l-ammonti aggregati li l-entità intermedja iżżomm fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni jew fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entitajiet oħra fis-settur finanzjarju, l-istituzzjoni tistma l-ammonti li ma tkunx tista' tidentifika billi tuża l-ammonti massimi li l-entità intermedja hi kapaċi żomm fuq il-bażi tal-mandati tal-investiment tagħha. 7. Fejn l-istituzzjoni ma tkunx kapaċi tiddetermina, abbażi tal-mandat tal-investiment, l-ammont massimu li l-entità intermedja għandha fl-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni jew fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entitajiet fis-settur finanzjarju, l-istituzzjoni tittratta l-ammont ta' finanzjament li għandha fl-entità intermedja bħala investiment fl-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha stess u tnaqqashom skont il-punt (f) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 8. B'deroga mill-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni tittratta l-ammont ta' finanzjament li żżomm fl-entità intermedja bħala investiment mhux sinifikanti u tnaqqashom skont il-punt (h) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
9. Fejn il-finanzjament tal-entità intermedja jkun fil-forma ta' unitajiet jew ishma ta' CIU, l-istituzzjoni tista' tistrieħ fuq partijiet terzi identifikati fl-Artikolu 132(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Artikolu, li tikkalkula u tirrapporta l-ammonti aggregati msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Artikolu 15f Il-kalkolu ta' parteċipazzjonijiet sintetiċi għall-finijiet tal-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36 (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. L-ammont ta' parteċipazzjonijiet sintetiċi li għandu jitnaqqas minn Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif rikjest minn punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikun kif ġej:
2. Istituzzjoni għandha tnaqqas il-parteċipazzjonijiet sintetiċi msemmija fil-paragrafu 1 mid-data tal-firma tal-kuntratt bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti. Artikolu 15g Kalkolu ta' investimenti sinifikanti għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sabiex jiġi vvalutat jekk l-istituzzjoni jkollhiex sjieda ta' aktar minn 10 % tal-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni maħruġa minn entità fis-settur finanzjarju, skont il-punt (a) tal-Artikolu 43 ta' dak ir-Regolament, l-istituzzjonijiet jgħoddu l-ammonti ta' pożizzjonijiet twal grossi tagħhom f'parteċipazzjonijiet diretti, kif ukoll parteċipazzjonijiet indiretti ta' strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' din l-entità tas-settur finanzjarju msemmija fil-punti (d) u (h) tal-Artikolu 15a(1) ta' dan ir-Regolament. 2. Parteċipazzjonijiet indiretti u sintetiċi jiġu kkunsidrati mill-awtorità kompetenti sabiex jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma ssodisfati. Artikolu 15h Parteċipazzjonijiet ta' Grad 1 u ta' Grad 2 Addizzjonali Il-metodoloġija msemmija fl-Artikoli 15a sa 15f ta' dan ir-Regolament tapplika mutatis mutandis għal parteċipazzjonijiet ta' Grad 1 Addizzjonali għall-finijiet tal-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għal parteċipazzjonijiet ta' Grad 2 għall-finijiet tal-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 66 ta' dak ir-Regolament, fejn referenzi għal Grad 1 ta' Ekwità Komuni jinqraw bħala referenzi għal Grad 1 jew Grad 2 Addizzjonali kif applikabbli. Artikolu 15i L-ordni u l-ammont massimu ta' tnaqqis ta' parteċipazzjonijiet indiretti ta' strumenti ta' fondi proprji ta' entitajiet tas-settur finanzjarju 1. Suġġett għal-limiti stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 3, kif applikabbli, fejn l-entità intermedja jkollha strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, strumenti tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali ta' entitajiet tas-settur finanzjarju, l-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni jitnaqqsu l-ewwel, strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jiġu mnaqqsa t-tieni, u l-aħħar jitnaqqsu l-istrumenti ta' Grad 2. 2. Fejn l-entità intermedja jkollha strumenti ta' fondi proprji ta' istituzzjonijiet, fl-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu għal kull tip ta' parteċipazzjoni l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-parteċipazzjonijiet ta' strumenti ta' fondi proprji tagħhom stess l-ewwel. 3. Meta istituzzjoni jkollha strumenti kapitali ta' entitajiet tas-settur finanzjarju indirettament, l-ammont li għandu jitnaqqas mill-fondi proprji tal-istituzzjoni m'għandux ikun ogħla mill-ammont l-aktar baxx tal-ammonti li ġejjin:
Artikolu 15j Avvjament Għall-applikazzjoni tat-tnaqqis imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li ma jidentifikawx avvjament separatament meta jiġi ddeterminat l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas skont l-Artikolu 46 ta' dak ir-Regolament.” |
3. |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 24a li ġej: “Artikolu 24a Distribuzzjoni fuq strument ta' fondi proprji — indiċijiet ta' suq wiesa' 1. Indiċi ta' rata ta' mgħax jitqies li jkun indiċi ta' suq wiesa' jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 1, livell suffiċjenti ta' rappreżentanza jitqies bħala miksub f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:
3. Is-suq relatat imsemmi fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2 ikun is-somma tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-kontributuri effettivi għall-bord fil-munita domestika diviża bl-għadd tal-assi u l-obbligazzjonijiet fil-munita domestika ta' istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istat Membru rilevanti, inkluż friegħi stabbiliti fl-Istat Membru, u l-fondi tas-swieq tal-flus fl-Istat Membru rilevanti. 4. Indiċi tal-ishma jitqies bħala indiċi ta' suq wiesa' fejn ikun iddiversifikat b'mod xieraq skont l-Artikolu 344 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”. |
4. |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 34a li ġej: “Artikolu 34a Interessi minoritarji inklużi fil-kapital konsolidat ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 1. Għall-finijiet tal-ispeċifikar tal-kalkolu tas-subkonsolidament meħtieġ skont l-Artikolu 84(2) u l-Artikoli 85(2) u 87(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-interessi minoritarji li jikkwalifikaw ta' sussidjarja msemmija fl-Artikolu 81 ta' dak ir-Regolament li hija stess tkun impriża prinċipali ta' entità msemmija fl-Artikolu 81(1) ta' dak ir-Regolament jiġu kkalkolati kif deskritt fil-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Artikolu. 2. Fejn awtorità kompetenti tkun eżerċitat id-diskrezzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kalkolu li għandu jsir skont il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu jsir fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tal-istituzzjoni daqs li kieku ma ġietx eżerċitata d-diskrezzjoni. 3. Fejn is-sussidjarja tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 abbażi tas-sitwazzjoni kkonsolidata tagħha japplika t-trattament li ġej:
4. Meta s-sussidjarja tkun qed twettaq il-konsolidazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3, ma tinkludix rekwiżiti kapitali li joħorġu minn sussidjarji li mhumiex inklużi fl-ambitu prudenzjali tal-konsolidament tal-istituzzjoni li għaliha l-interessi minoritarji eliġibbli huma kkalkulati. 5. Fejn l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 84(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tapplika għal sussidjarja, kwalunkwe impriża prinċipali tas-sussidjarja li tibbenefika mill-eżenzjoni tista' tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha l-interessi minoritarji li jirriżultaw mis-sussidjarji tas-sussidjarja nnifisha li tibbenefika mill-eżenzjoni, sakemm il-kalkoli msemmija l-Artikolu 84(1) ta' dak ir-Regolament u f'dan ir-Regolament ikunu saru għal kull wieħed minn dawk is-sussidjarji. L-ammont ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni inkluż fil-Fondi Proprji fil-livell tal-impriża prinċipali ma jaqbiżx l-ammont li jista' jiġi inkluż jekk l-ebda rinunzja ma kienet ingħatat lis-sussidjarja. 6. Fejn istituzzjoni prinċipali jkollha sussidjarju intermedja li mhijiex imsemmija fl-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fejn din is-sussidjarja intermedja nnifisha għandha sussidjarji li huma msemmija fl-Artikolu 81(1) ta' dak ir-Regolament, l-istituzzjoni prinċipali tista' tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha l-ammont ta' interess minoritarju li jirriżulta minn dawk is-sussidjarji kkalkulat skont l-Artikolu 84(1) ta' dak ir-Regolament. Madankollu, l-istituzzjoni prinċipali ma tistax tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha kwalunkwe interess minoritarju li jirriżulta minn sussidjarja intermedjarja li mhijiex imsemmija fl- Artikolu 81(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013. 7. Il-metodoloġija stabbilita fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandha tapplika wkoll mutatis mutandis għall-kalkolu tal-ammont ta' strumenti ta' Grad 1 skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-ammont ta' fondi proprji kwalifikattivi skont l-Artikolu 87 ta' dak ir-Regolament, fejn ir-referenzi għall-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jinqraw bħala referenzi għall-Grad 1 jew fondi proprji.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 8).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).