EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0358

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/358 tat- 3 ta' Marzu 2015 li japprova modifika mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni reġistrata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cereza del Jerte (DPO)]

ĠU L 62, 6.3.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/358/oj

6.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/358

tat-3 ta' Marzu 2015

li japprova modifika mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni reġistrata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cereza del Jerte (DPO)]

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta' modifika tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Cereza del Jerte”, reġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1485/2007 (2).

(2)

Peress li l-modifika mitluba mhix minuri fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni tal-modifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3) skont l-Artikolu 50(2)(a) ta' dan ir-Regolament.

(3)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-modifika tal-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi approvata.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-modifika tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna d-denominazzjoni “Cereza del Jerte” (DPO) hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1485/2007 tal-14 ta' Diċembru 2007 li jirreġistra ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Carne de Bísaro Transmontano jew Carne de Porco Transmontano (DPO), Szegedi szalámi jew Szegedi téliszalámi (DPO), Pecorino di Filiano (DPO), Cereza del Jerte (DPO), Garbanzo de Fuentesaúco (IĠP), Lenteja Pardina de Tierra de Campos (IĠP), Λουκούμι Γεροσκήπου (Loukoumi Geroskipou) (IĠP), Skalický trdelník (IĠP)) (ĠU L 330, 15.12.2007, p. 13).

(3)  ĠU C 387, 1.11.2014, p. 8.


Top