This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D2434
Commission Implementing Decision (EU) 2015/2434 of 18 December 2015 amending Implementing Decision 2014/237/EU on measures to prevent the introduction into and the spread within the Union of harmful organisms as regards certain fruits and vegetables originating in India (notified under document C(2015) 9178)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2434 tat-18 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fi ħdan l-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu frott u ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fl-Indja (notifikata bid-dokument C(2015) 9178)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2434 tat-18 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fi ħdan l-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu frott u ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fl-Indja (notifikata bid-dokument C(2015) 9178)
ĠU L 334, 22.12.2015, p. 61–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2016
22.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/61 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2434
tat-18 ta' Diċembru 2015
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fi ħdan l-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu frott u ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fl-Indja
(notifikata bid-dokument C(2015) 9178)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/237/UE (2) tipprojbixxi l-importazzjoni mill-Indja tal-pjanti, minbarra ż-żrieragħ u l-għeruq, tal-Colocasia Schott, tal-pjanti, minbarra ż-żrieragħ, tal-Momordica L., tas-Solanum melongena L. u tat-Trichosanthes L. Barra minn hekk, biex jiġu importati l-pjanti tal-Mangifera L., minbarra ż-żrieragħ, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE teżiġi li l-awtoritajiet Indjani jwettqu miżuri xierqa li jiżguraw li l-konsenji jkunu ħielsa minn organiżmi ta' ħsara. |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE għandha limitu ta' żmien. Minħabba l-għadd kbir ta' interċezzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara fuq firxa wiesgħa ta' pjanti u prodotti tal-pjanti li oriġinaw mill-Indja, il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-sistema ta' ċertifikazzjoni fitosanitarja tal-Indja teħtieġ aktar titjib. Għaldaqstant jixraq li ż-żmien ta' validità tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE jittawwal sal-31 ta' Diċembru 2016. |
(3) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/237/UE tal-24 ta' April 2014 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fi ħdan l-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu frott u ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 93).