This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1338
Commission Implementing Decision (EU) 2015/1338 of 30 July 2015 amending Decision 2011/163/EU on the approval of plans submitted by third countries in accordance with Article 29 of Council Directive 96/23/EC (notified under document C(2015) 5252) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1338 tat-30 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2015) 5252) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1338 tat-30 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2015) 5252) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 206, 1.8.2015, p. 69–75
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2293
1.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 206/69 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1338
tat-30 ta' Lulju 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE
(notifikata bid-dokument C(2015) 5252)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b'mod partikulari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tagħha u l-Artikolu 29(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u l-gruppi ta' residwi mniżżlin fl-Anness I tagħha. Dik id-Direttiva teħtieġ li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-annimali u l-prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva jissottomettu pjan ta' monitoraġġ tar-residwi li jipprovdi l-garanziji meħtieġa. Dak il-pjan għandu jinkludi mill-inqas il-gruppi ta' residwi u s-sustanzi mniżżlin f'dak l-Anness I. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (“il-pjanijiet”), mibgħutin minn ċerti pajjiżi terzi mniżżlin fl-Anness tagħha, għall-annimali u l-prodotti tal-annimali indikati f'dik il-lista. |
(3) |
Fid-dawl tal-pjanijiet li tressqu dan l-aħħar minn ċerti pajjiżi terzi u tat-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni, jeħtieġ li tiġi aġġornata l-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti tal-annimali, kif inhu stipulat fid-Direttiva 96/23/KE u li bħalissa huma mniżżlin fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (“il-lista”). |
(4) |
L-Andorra ssottomettiet pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni għall-Andorra għall-għasel. |
(5) |
L-Armenja, il-Kenja u r-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar issottomettew pjanijiet għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dawn il-pjanijiet jipprovdu biżżejjed garanziji u għandhom jiġu approvati. Għalhekk għandhom jiġu inklużi fil-lista l-annotazzjoniijiet għall-Armenja, il-Kenja u r-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar għall-akkwakultura. |
(6) |
Il-Marokk issottometta pjan għat-tjur lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni għall-Marokk għat-tjur. |
(7) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Perù jipprovdilha tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tiegħu għat-tjur u għall-prodotti tat-tjur. Minħabba li l-Perù ma bagħat l-ebda tweġiba, m'hemmx biżżejjed garanziji għall-approvazzjoni. Għalhekk, l-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz b'rabta mat-tjur u l-prodotti tat-tjur għandha titħassar mil-lista. Il-Perù ġie mgħarraf b'dan kif xieraq. |
(8) |
Għal raġunijiet ta' trasparenza tas-suq u skont il-liġi pubblika internazzjonali, għandu jiġi ċċarat li l-kopertura territorjali tal-UE b'rabta mal-approvazzjoni tal-pjanijiet hija limitata għat-territorju tal-Istat ta' Iżrael, minbarra t-territorji li ilhom sa minn Ġunju tal-1967 taħt l-amministrazzjoni ta' Iżrael, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent. Il-lista għandha tiġi emendata skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE qed jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
ANNESS
“ANNESS
Kodiċi tal-ISO2 |
Pajjiż |
Annimali bovini |
Nagħaġ/mogħoż |
Ħnieżer |
Żwiemel |
Tjur |
Akkwakultura |
Ħalib |
Bajd |
Fniek |
Annimali tal-kaċċa slavaġ |
Annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet |
Għasel |
AD |
Andorra |
X |
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
|
|
|
|
|
|
X (1) |
|
|
|
|
|
AL |
L-Albanija |
|
X |
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
AM |
L-Armenja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
AR |
L-Arġentina |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
AU |
L-Awstralja |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
BA |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
BD |
Il-Bangladesh |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
BN |
Il-Brunei |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
BR |
Il-Brażil |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
X |
BW |
Il-Botswana |
X |
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
X |
|
BY |
Il-Belarussja |
|
|
|
X (2) |
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
BZ |
Il-Belize |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
CA |
Il-Kanada |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
CH |
L-Iżvizzera |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
CL |
Iċ-Ċilì |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
|
|
X |
|
X |
CM |
Il-Kamerun |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
CN |
Iċ-Ċina |
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
X |
|
|
X |
CO |
Il-Kolombja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
CR |
Il-Costa Rica |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
CU |
Kuba |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
EC |
L-Ekwador |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
ET |
L-Etjopja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
FK |
Il-Gżejjer Falkland |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
FO |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
GH |
Il-Ghana |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
GM |
Il-Gambja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
GL |
Greenland |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
GT |
Il-Gwatemala |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
HN |
Il-Honduras |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
ID |
L-Indoneżja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
IL |
Iżrael (7) |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
IN |
L-Indja |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
IR |
L-Iran |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
JM |
Il-Ġamajka |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
JP |
Il-Ġappun |
X |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
KE |
Il-Kenja |
|
|
|
|
|
X |
X (1) |
|
|
|
|
|
KG |
Il-Kirgiżistan |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
KR |
Il-Korea t'Isfel |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
LB |
Il-Libanu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
LK |
Is-Sri Lanka |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
MA |
Il-Marokk |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
MD |
Il-Moldova |
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
|
|
|
X |
ME |
Il-Montenegro |
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
X |
|
|
|
X |
MG |
Madagascar |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
MK |
L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4) |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
MM |
Ir-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
MU |
Mauritius |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
MX |
Il-Messiku |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
MY |
Il-Malasja |
|
|
|
|
X (3) |
X |
|
|
|
|
|
|
MZ |
Il-Mozambique |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
NA |
In-Namibja |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
NC |
New Caledonia |
X (3) |
|
|
|
|
X |
|
|
|
X |
X |
X |
NI |
In-Nikaragwa |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
NZ |
New Zealand |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
PA |
Il-Panama |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
PE |
Il-Perù |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
PF |
Il-Polineżja Franċiża |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
PH |
Il-Filippini |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
PN |
Il-Gżejjer Pitcairn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
PY |
Il-Paragwaj |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
RS |
Is-Serbja (5) |
X |
X |
X |
X (2) |
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
RU |
Ir-Russja |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X (6) |
X |
RW |
Ir-Rwanda |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SA |
L-Arabja Sawdija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
SG |
Singapore |
X (3) |
X (3) |
X (3) |
|
X (3) |
X |
X (3) |
|
|
|
|
|
SM |
San Marino |
X |
|
X (3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SR |
Is-Suriname |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
SV |
El Salvador |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SZ |
Is-Swaziland |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TH |
It-Tajlandja |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
X |
TN |
It-Tuneżija |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
X |
|
|
TR |
It-Turkija |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
TW |
It-Tajwan |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
TZ |
It-Tanzanija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
UA |
L-Ukrajna |
X |
|
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
UG |
L-Uganda |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
US |
L-Istati Uniti |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
UY |
L-Urugwaj |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
|
X |
VE |
Il-Venezwela |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
VN |
Il-Vjetnam |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
ZA |
L-Afrika t'Isfel |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
ZM |
Iż-Żambja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
ZW |
Iż-Żimbabwe |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
X |
|
(1) Il-ħalib tal-iġmla biss.
(2) L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' żwiemel ħajjin għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss).
(3) Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjoni ta' materja prima bħal din lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.
(4) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.
(5) Il-Kosovo mhux inkluż (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo).
(6) Għar-renni mir-reġjuni ta' Murmansk u Yamalo-Nenets biss.
(7) Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat ta' Iżrael, minbarra t-territorji li ilhom sa minn Ġunju tal-1967 taħt l-amministrazzjoni ta' Iżrael, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.”