EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1216

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1216/2014 tal- 11 ta' Novembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 329, 14.11.2014, p. 14–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1216/oj

14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1216/2014

tal-11 ta' Novembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li tkun għadha ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur-Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat elettroniku b'qisien ta' madwar 10 × 4 × 1 cm, li jinkludi, fost l-oħrajn, il-komponenti li ġejjin:

proċessur,

memorja tas-sistema ta' 1 GB,

memorja interna ta' 4 GB,

modulu mibni fuq ġewwa għal konnessjoni bla fili mal-Internet.

Huwa mgħammar bl-interfaċċi li ġejjin:

HDMI,

USB,

USB mikro,

SDHC mikro.

L-apparat ma jinkorporax tjuner tal-vidjo.

Meta jkun imqabbad ma' sett tat-televixin jew moniter, l-apparat jippermetti lill-utent ikollu aċċess għall-Internet, pereżempju, għal skambju ta' emails, biex jara vidjos, jilgħab logħbiet jew iniżżel applikazzjonijiet ta' softwer. Dan jista' wkoll jirriproduċi fajls multimedjali bħal vidjos, ritratti u mużika minn kards tal-memorja jew memorji tal-USB.

8528 71 91

Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 3 tal-Kapitolu 85 u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8528 , 8528 71 u 8528 71 91 .

Skont it-tifsira tan-nota 3 tat-Taqsima XVI, l-apparat huwa ddisinjat biex iwettaq żewġ funzjonijiet alternattivi jew aktar (l-ipproċessar awtomatiku tad-dejta tal-intestatura 8471 , it-telekomunikazzjoni tal-intestatura 8517 , ir-riproduzzjoni tal-vidjo tal-intestatura 8521 u r-riċezzjoni għat-televiżjoni tal-intestatura 8528 ). Mhuwiex possibbli li tiġi ddeterminata l-funzjoni prinċipali tal-apparat billi kull funzjoni għandha l-istess importanza għall-użu tal-apparat. Għaldaqstant, l-apparat irid jiġi kklassifikat taħt l-intestatura li tiġi l-aħħar f'ordni numerika fost dawk li wkoll jistħoqqilhom kunsiderazzjoni. Għalhekk, il-klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 8471 , 8517 jew 8521 hija eskluża.

Billi l-apparat ma fihx tjuner tal-vidjo u jippermetti skambju interattiv ta' informazzjoni, għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8528 71 91 bħala apparat b'tagħmir ibbażat fuq mikroproċessur li jinkorpora mowdem sabiex jinkiseb aċċess għall-Internet, u li jkollu l-funzjoni tal-iskambju interattiv tal-informazzjoni, kapaċi jirċievi sinjali tat-televixin (hekk imsejħa “kaxxi ta' fuq is-sett li għandhom funzjoni ta' komunikazzjoni”, inkluż dawk li jinkorporaw tagħmir li jwettaq funzjonijiet ta' rekordjar jew riproduzzjoni, sakemm, iżommu l-karattru essenzjali tagħhom bħala kaxxa ta' fuq is-sett li għandha funzjoni ta' komunikazzjoni).


Top