Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0972

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 972/2014 tal- 11 ta' Settembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 274, 16.9.2014, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/972/oj

16.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 972/2014

tal-11 ta' Settembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kull subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunita (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott likwidu li jikkonsisti f'silan, MDP monomeru tal-fosfat, reżini dimetakrilati, 2-idrossietilmetakrilat (HEMA), kopolimer, materjal għall-mili, etanol, ilma u inizjaturi. Huwa maħsub biex jintuża għas-snien.

Il-prodott jipprepara l-wiċċ tal-kavitajiet tas-snien biex jingħaqad mal-materjal għall-mili. Jista' jintuża wkoll biex jiddesensitizza l-għeruq, biex jissiġilla d-dentina qabel is-simentazzjoni tar-ristorazzjonijiet bl-amalgama, bħala kisi protettiv għal materjali ristorattivi tal-jonomera tal-ħġieġ jew biex jgħaqqad is-siġillanti għall-kavitajiet u x-xquq fis-snien.

3006 40 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 4(f) tal-Kapitolu 30 u l-kliem tal-kodiċijiet NM 3006 u 3006 40 00 .

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jiġifieri l-preżenza tal-etanol u l-ilma, il-prodott huwa aktar fluwidu mill-materjal tradizzjonali għall-mili u huwa kapaċi jinfiltra faċilment fis-snien.

Għalkemm il-prodott jidher qisu kolla, l-użu tiegħu huwa dak ta' primer fuq is-snien, sabiex jattiva d-dentina fuq il-wiċċ biex jingħaqad mal-materjal għall-mili. Il-prodott jibqa' fuq is-sinna matul u wara t-trattament u jsir parti integrali tal-mili.

Il-klassifikazzjoni skont l-intestatura 3506 bħala kolla hija eskluża billi l-intestatura 3006 tipprovdi l-iktar deskrizzjoni speċifika. Barra minn hekk, uħud mill-użi maħsubin, (id-desensitizzazzjoni tal-għeruq, l-issiġillar tad-dentina u l-użu tiegħu bħala kisi protettiv) mhumiex tipiċi tal-kolla.

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat skont il-kodiċi NM 3006 40 00 bħal siment għas-snien u mili ieħor għas-snien.


Top