This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014L0012
Commission Delegated Directive 2014/12/EU of 18 October 2013 amending, for the purposes of adapting to technical progress, the Annex IV to Directive 2011/65/EU of the European Parliament and of the Council as regards an exemption for lead in solders on printed circuit boards of detectors and data acquisition units for Positron Emission Tomographs which are integrated into Magnetic Resonance Imaging equipment Text with EEA relevance
Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/12/UE tat- 18 ta’ Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb fi stann fuq bordijiet ta’ ċirkwiti stampati tad-ditekters u l-unitajiet tal-akkwist tad-dejta għal Tomografi tal-Emissjoni tal-Pożitroni li jkunu integrati f’tagħmir tar-Ritratti bir-Reżonanza Manjetika Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/12/UE tat- 18 ta’ Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb fi stann fuq bordijiet ta’ ċirkwiti stampati tad-ditekters u l-unitajiet tal-akkwist tad-dejta għal Tomografi tal-Emissjoni tal-Pożitroni li jkunu integrati f’tagħmir tar-Ritratti bir-Reżonanza Manjetika Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 4, 9.1.2014, p. 67–68
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/67 |
DIRETTIVA TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/12/UE
tat-18 ta’ Ottubru 2013
li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb fi stann fuq bordijiet ta’ ċirkwiti stampati tad-ditekters u l-unitajiet tal-akkwist tad-dejta għal Tomografi tal-Emissjoni tal-Pożitroni li jkunu integrati f’tagħmir tar-Ritratti bir-Reżonanza Manjetika
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq. |
(2) |
Fit-tomografi tal-emissjoni tal-pożitroni integrati fit-tagħmir tar-ritratti bir-reżonanza manjetika jkun hemm vibrazzjonijiet qawwija. Ir-riċerka wriet li l-istann mingħajr ċomb li sarulu testijiet għas-suxxettibbiltà għall-vibrazzjonijiet huwa iktar vulnerabbli għal falliment qabel iż-żmien fil-kundizzjonijiet ta’ vibrazzjonijiet kbar milli r-rabtiet li jsiru bl-istann tal-landa/ċomb. Il-kundizzjonijiet speċifiċi u r-restrizzjonijiet ġeometriċi tat-tagħmir jirrestrinġu l-applikabilità tal-miżuri mekkaniċi li jistgħu jeliminaw jew inaqqsu biżżejjed l-effetti tal-vibrazzjonijiet intensi. |
(3) |
Is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni taċ-ċomb bħalissa ma hija la xjentifikament u lanqas teknikament prattikabbli. Tinħtieġ eżenzjoni temporanja biex tagħti lill-manifatturi biżżejjed żmien għar-riċerka biex jidentifikaw materjali u disinni xierqa mingħajr ċomb. |
(4) |
Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
ANNESS
Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 32 li ġej:
“32. |
Ċomb fi stann fuq bordijiet ta’ ċirkwiti stampati tad-ditekters u l-unitajiet tal-akkwist tad-dejta għal Tomografi tal-Emissjoni tal-Pożitroni li jkunu integrati f’tagħmir tar-Ritratti bir-Reżonanza Manjetika. Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2019.” |