This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0846
2014/846/EU, Euratom: Commission Implementing Decision of 26 November 2014 amending Decision 2005/819/EC, Euratom authorising the Republic of Lithuania to use certain approximate estimates for the calculation of the VAT own resources base (notified under document C(2014) 8927)
2014/846/UE, Euratom: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2005/819/KE, Euratom li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja li tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi ta' riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2014) 8927)
2014/846/UE, Euratom: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2005/819/KE, Euratom li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja li tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi ta' riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2014) 8927)
ĠU L 343, 28.11.2014, pp. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
28.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/37 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta' Novembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2005/819/KE, Euratom li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja li tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi ta' riżorsi proprji tal-VAT
(notifikata bid-dokument C(2014) 8927)
(It-test Litwan biss huwa awtentiku)
(2014/846/UE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari it-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 385 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), il-Litwanja tista', skont il-kundizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data tal-adeżjoni, tkompli teżenta t-tranżazzjonijiet kif imsemmi fil-punt 10 tal-Anness X, il-Parti B ta' dik id-Direttiva, sakemm l-istess eżenzjoni tibqa' tiġi applikata f'xi wieħed mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004; dawk it-tranżazzjonijiet iridu jiġu kkunsidrati biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. |
|
(2) |
Fir-risposta tagħha tad-29 ta' April 2014 għall-ittra tal-14 ta' Frar 2014 tal-Kummissjoni dwar is-simplifikazzjoni ta' spezzjonijiet tar-riżorsi proprji tal-VAT (3), il-Litwanja talbet awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex tuża perċentwali fissa tal-bażi intermedja għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE għas-snin finanzjarji 2014 sa 2020. Il-Litwanja wriet li l-perċentwali storika baqgħet stabbli maż-żmien. Il-Litwanja għandha għalhekk tingħata awtorizzazzjoni biex tikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi tuża perċentwali fissa skont l-ittra mibgħuta mill-Kummissjoni. |
|
(3) |
Għall-finijiet ta' trasparenza u ċertezza ġuridika, hu xieraq li jkun hemm limitu ta' żmien għall-applikabilità tal-awtorizzazzjoni. |
|
(4) |
Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/819/KE, Euratom (4) kif meħtieġ, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni 2005/819/KE, Euratom, jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej:
“Artikolu 1a
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Litwanja hija awtorizzata li tuża 0.10 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Anness X, il-Parti B, (trasport tal-passiġġieri) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (*1).
(*1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).” "
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Kristalina GEORGIEVA
Viċi President
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(3) Ares(2014)371165.
(4) 2005/819/KE, Euratom: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2005 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja li tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi ta' riżorsi proprji tal-VAT (ĠU L 305, 24.11.2005, p. 40).