EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0687

2014/687/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Settembru 2014 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-produzzjoni tal-polpa, il-karta u l-kartun (notifikata bid-dokument C(2014) 6750) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 284, 30.9.2014, p. 76–126 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/09/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/687/oj

30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/76


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta' Settembru 2014

li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-produzzjoni tal-polpa, il-karta u l-kartun

(notifikata bid-dokument C(2014) 6750)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/687/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2010/75/UE jeżiġi li l-Kummissjoni torganizza skambju ta' informazzjoni bejnha u l-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent sabiex tiffaċilita t-tfassil ta' dokumenti ta' referenza dwar l-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT) kif iddefiniti fl-Artikolu 3(11) ta' dik id-Direttiva.

(2)

Skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-iskambju ta' informazzjoni għandu jindirizza l-prestazzjoni tal-istallazzjonijiet u l-metodi f'termini ta' emissjonijiet, espressi bħala medji għal perjodu qasir u perjodu twil, fejn ikun addattat, u l-kondizzjonjiet ta' referenza assoċjati, il-konsum u n-natura tal-materja prima, il-konsum tal-ilma, l-użu tal-enerġija u l-ġenerazzjoni tal-iskart u l-metodi tekniċi użati, il-monitoraġġ assoċjat, l-effetti transmedjali, il-vijabbiltà ekonomika u teknika u l-iżviluppi fihom u l-aħjar metodi tekniċi disponibbli u l-metodi tekniċi disponibbli wara li jiġu kkunsidrati l-kwistjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 13(2) ta' dik id-Direttiva.

(3)

“Il-Konklużjonijiet tal-BAT” kif iddefiniti fl-Artikolu 3(12) tad-Direttiva 2010/75/UE huma l-elementi prinċipali tad-dokumenti ta' referenza tal-BAT u jistabbilixxu l-konklużjonijiet dwar l-aħjar metodi tekniċi disponibbli, id-deskrizzjoni tagħhom, l-informazzjoni sabiex tiġi vvalutata l-applikabbiltà tagħhom, il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, il-monitoraġġ assoċjat, il-livelli ta' konsum assoċjati u, fejn addattat, il-miżuri rilevanti ta' rimedjazzjoni tas-sit.

(4)

Skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-konklużjonijiet tal-BAT għandhom ikunu r-referenza meta jiġu stipulati l-kondizzjonijiet għall-permessi għall-istallazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II ta' dik id-Direttiva.

(5)

L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2010/75/UE jitlob li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet li jassiguraw li, f'kondizzjonijiet normali ta' tħaddim, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli kif stabbilit fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmijin fl-Artikolu 13(5) tad-Direttiva 2010/75/UE.

(6)

L-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75/UE jipprevedi derogi mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 15(3) biss meta l-kostijiet assoċjati mal-kisba tal-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT jegħlbu b'mod sproporzjonat il-benefiċċji ambjentali minħabba l-pożizzjoni ġeografika, il-kondizzjonijiet ambjentali lokali jew il-karatteristiċi tekniċi tal-istallazzjoni kkonċernata.

(7)

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2010/75/UE jipprovdi li r-rekwiżiti tal-monitoraġġ imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva għandhom ikunu bbażati fuq il-konklużjonijiet dwar il-monitoraġġ kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT.

(8)

Skont l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, fi żmien erba' snin mill-pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT, l-awtorità kompetenti għandha terġa' tikkunsidra u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-kondizzjonijiet kollha għal permess u tassigura li l-istallazzjoni tikkonforma ma' dawk il-kondizzjonijiet għal permess.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2011 (2) tistabbilixxi forum, għall-iskambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, li huwa ffurmat minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent.

(10)

B'konfornità mal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-Kummissjoni kisbet l-opinjoni ta' dak il-forum dwar il-kontenut propost tad-dokument ta' referenza tal-BAT għall-produzzjoni tal-polpa, il-karta u l-kartun fl-20 ta' Settembru 2013 u poġġietha għad-dispożizzjoni tal-pubbliku (3).

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjonijiet tal-BAT għall-produzzjoni tal-polpa, il-karta u l-kartun huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3.

(3)  https://circabc.europa.eu/w/browse/6516b21a-7f84-4532-b0e1-52d411bd0309


ANNESS

KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAL-POLPA, TAL-KARTA U TAL-KARTUN

KAMP TA' APPLIKAZZJONI 79
KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI 80
LIVELLI TA' EMISSJONIJIET ASSOĊJATI MAL-BAT 80
PERJODI TAT-TEĦID TAL-MEDJA GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ILMA 80
KONDIZZJONIJIET TA' REFERENZA GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ARJA 80
PERJODI TA' TEĦID TAL-MEDJA GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ARJA 81
DEFINIZZJONIJIET 81

1.1.

Konklużjonijiet ġenerali tal-BAT għall-industrija tal-polpa u tal-karta

84

1.1.1.

Sistema ta' mmaniġġjar ambjentali

84

1.1.2.

Ġestjoni tal-materjali u manutenzjoni tajba

85

1.1.3.

Immaniġġjar tal-ilma u tal-ilma mormi

86

1.1.4.

Konsum u effiċjenza tal-enerġija

87

1.1.5.

Emissjonijiet tal-irwejjaħ

88

1.1.6.

Monitoraġġ tal-parametri ewlenin tal-proċess u tal-emissjonijiet fl-ilma u fl-arja

89

1.1.7.

Immaniġġjar tal-iskart

91

1.1.8.

Emissjonijiet fl-ilma

92

1.1.9.

Emissjonijiet ta' storbju

93

1.1.10.

Dikummissjonar

94

1.2.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-proċess kraft tal-produzzjoni tal-polpa

94

1.2.1.

Ilma mormi u emissjonijiet fl-ilma

94

1.2.2.

Emissjonijiet fl-arja

96

1.2.3.

Ġenerazzjoni tal-iskart

102

1.2.4.

Konsum u effiċjenza tal-enerġija

103

1.3.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-proċess tal-produzzjoni tal-polpa bis-sulfit

104

1.3.1.

Ilma mormi u emissjonijiet fl-ilma

104

1.3.2.

Emissjonijiet fl-arja

106

1.3.3.

Konsum u effiċjenza tal-enerġija

108

1.4.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-produzzjoni mekkanika tal-polpa u l-produzzjoni kimikomekkanika tal-polpa

109

1.4.1.

Ilma mormi u emissjonijiet fl-ilma

109

1.4.2.

Konsum u effiċjenza tal-enerġija

110

1.5.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-ipproċessar ta' karta għar-riċiklaġġ

111

1.5.1.

Ġestjoni tal-materjali

111

1.5.2.

Ilma mormi u emissjonijiet fl-ilma

112

1.5.3.

Konsum u effiċjenza tal-enerġija

114

1.6.

Konklużjonijiet tal-BAT għall-produzzjoni tal-karta u l-proċessi relatati

114

1.6.1.

Ilma mormi u emissjonijiet fl-ilma

114

1.6.2.

Emissjonijiet fl-arja

117

1.6.3.

Ġenerazzjoni tal-iskart

117

1.6.4.

Konsum u effiċjenza tal-enerġija

117

1.7.

Deskrizzjoni tat-tekniki

118

1.7.1.

Deskrizzjoni tat-tekniki għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-emissjonijiet fl-arja

118

1.7.2.

Deskrizzjoni tat-tekniki biex jitnaqqas l-użu tal-ilma ħelu/il-fluss tal-ilma mormi u t-tagħbija tat-tniġġis fl-ilma mormi

121

1.7.3.

Deskrizzjoni tat-tekniki għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart u l-immaniġġjar tal-iskart

126

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirrigwardaw l-attivitajiet speċifikati fit-Taqsimiet 6.1 (a) u 6.1 (b) tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE, jiġifieri l-produzzjoni integrata u mhux integrata fl-istallazzjonijiet industrijali ta':

(a)

polpa mill-injam jew materjal fibruż ieħor;

(b)

karta jew kartun b'kapaċità ta' produzzjoni li taqbeż l-20 tunnellata kuljum.

B'mod partikolari, dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru l-proċessi u l-attivitajiet li ġejjin:

i.

proċess kimiku li jipproduċi l-polpa:

a.

process kraft (sulfat) tal-produzzjoni tal-polpa

b.

proċess tal-produzzjoni tal-polpa bis-sulfit

ii.

proċess mekkaniku u kimikomekkaniku għall-produzzjoni tal-polpa

iii.

l-ipproċessar ta' karti għar-riċiklaġġ bit-tneħħija tal-linka jew mingħajrha

iv.

il-produzzjoni tal-karta u proċessi relatati

v.

il-bojlers ta' rkupru u l-kalkari tal-ġir kollha mħaddma fil-fabbriki tal-polpa u tal-karta

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jindirizzawx l-attivitajiet li ġejjin:

i.

il-produzzjoni ta' polpa minn materja prima fibruża mhux mill-injam (eż. polpa minn pjanti annwali);

ii.

magni stazzjonarji ta' kombustjoni interna;

iii.

impjanti ta' kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-fwar u l-enerġija għajr bojlers ta' rkupru;

iv.

tagħmir li jnixxef b'berners interni għall-magni tal-karta u l-magni tal-kisi.

Dokumenti ta' referenza oħra li huma rilevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma dawn li ġejjin:

Dokumenti ta' referenza

Attività

Sistemi ta' Tkessiħ Industrijali (ICS)

Is-sistemi ta' tkessiħ industrijali, eż. torrijiet tat-tkessiħ, skambjaturi tas-sħana tal-pjanċi

L-Ekonomija u l-Effetti Transmedjali (ECM)

L-ekonomija u l-effetti transmedjali tal-metodi tekniċi

L-Emissjonijiet mill-Ħażna (EFS)

L-emissjonijiet minn tankijiet, pajpijiet u kimiċi maħżuna

L-Effiċjenza Enerġetika (ENE)

L-effiċjenza enerġetika ġenerali

L-Impjanti ta' Kombustjoni Kbar (LCP)

Il-ġenerazzjoni tal-fwar u l-elettriku f'fabbriki tal-polpa u tal-karta permezz ta' impjanti ta' kombustjoni

Il-Prinċipji Ġenerali tal-Monitoraġġ (MON)

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet

L-Inċinerazzjoni tal-Iskart (WI)

L-inċinerazzjoni u l-ko-inċinerazzjoni tal-iskart fuq il-post

L-Industriji għat-Trattament tal-Iskart (WT)

Il-preparazzjoni tal-iskart bħala karburanti

KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

Il-metodi tekniċi elenkati u deskritti f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw metodi tekniċi oħra li jassiguraw livell ta' protezzjoni ambjentali mill-anqas ekwivalenti.

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT japplikaw b'mod ġenerali.

IL-LIVELLI TAL-EMISSJONIJIET ASSOĊJATI MAL-BAT

Fejn il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT-AELs) jingħataw għall-istess perjodu tat-teħid tal-medja f'unitajiet differenti (eż. bħala valuri tal-konċentrazzjoni u tat-tagħbija speċifika (jiġifieri għal kull tunnellata ta' produzzjoni netta)), dawn il-modi differenti ta' espressjoni tal-BAT-AELs għandhom jitqiesu bħala alternattivi ekwivalenti.

Għall-fabbriki integrati tal-polpa u l-karta u ta' ħafna prodotti, il-BAT-AELs iddefiniti għall-proċessi individwali (il-produzzjoni tal-polpa, u l-produzzjoni tal-karta) u/jew il-prodotti jridu jiġu kkombinati skont regola tat-taħlit ibbażata fuq il-proporzjon ta' skariku tal-addittivi tagħhom.

PERJODI TAT-TEĦID TAL-MEDJA GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ILMA

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-perjodi ta' teħid tal-medja assoċjati mal-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-ilma huma ddefiniti kif ġej.

Medja ta' kuljum

Il-medja fuq perjodu ta' kampjunar ta' 24 siegħa meħuda bħala kampjun kompost proporzjonali għall-fluss (1) jew, bil-kundizzjoni li tintwera biżżejjed stabbiltà tal-fluss, minn kampjun tal-fluss proporzjonali għall-ħin (1)

Medja ta' kull sena

Medja tal-medji kollha ta' kuljum meħuda fi żmien sena, ippeżata skont il-produzzjoni ta' kuljum, u espressa bħala massa tas-sustanzi emessi għal kull unità ta' massa tal-prodotti/materjali ġġenerati jew ipproċessati

KONDIZZJONIJIET TA' REFERENZA GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ARJA

Il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja jirreferu għal kondizzjonijiet standard: gass xott, temperatura ta' 273,15 K, u pressjoni ta' 101,3 kPa. Fejn il-BAT-AELs jingħataw bħala valuri tal-konċentrazzjoni, jiġi indikat il-livell ta' referenza ta' O2 ( % skont il-volum).

Il-konverżjoni għall-konċentrazzjoni ta' referenza tal-ossiġnu

Il-formula għall-kalkolu tal-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet f'livell ta' referenza tal-ossiġnu hija murija hawn taħt.

fejn:

ER (mg/Nm3)

:

konċentrazzjoni tal-emissjonijiet b'referenza għal-livell ta' referenza tal-ossiġnu OR

OR (vol %)

:

livell ta' referenza tal-ossiġnu

EM (mg/Nm3)

:

konċentrazzjoni mkejla tal-emissjonijiet b'referenza għal-livell imkejjel tal-ossiġnu OM

OM (vol %)

:

livell imkejjel tal-ossiġnu. 25467400

PERJODI TA' TEĦID TAL-MEDJA GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ARJA

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-perjodi ta' teħid tal-medja assoċjati mal-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja huma definiti kif ġej.

Medja ta' kuljum

Medja fuq perjodu ta' 24 siegħa bbażata fuq medji validi ta' kull siegħa minn kejl kontinwu

Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Valur medju ta' tliet kejlijiet konsekuttivi ta' mill-anqas 30 minuta kull wieħed

Medja ta' kull sena

Fil-każ ta' kejl kontinwu: medja tal-medji validi kollha ta' kull siegħa. Fil-każ ta' kejl perjodiku: medja tal-“medji tul il-perjodu ta' kampjunar” kollha miksuba matul sena waħda.

DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Terminu użat

Definizzjoni

Impjant ġdid

Impjant li jkun ingħata permess għall-ewwel darba fis-sit tal-istallazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew sostituzzjoni kompleta ta' impjant fuq is-sisien eżistenti tal-istallazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT.

Impjant eżistenti

Impjant li mhuwiex impjant ġdid.

Rinnovamenti maġġuri

Bidla maġġuri fid-disinn jew fit-teknoloġija ta' impjant/sistema ta' tnaqqis u b'aġġustamenti jew sostituzzjonijiet maġġuri tal-unitajiet tal-ipproċessar u t-tagħmir assoċjat.

Sistema ġdida għat-tnaqqis tat-trab

Sistema għat-tnaqqis tat-trab imħaddma għall-ewwel darba fis-sit tal-istallazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT.

Sistema eżistenti għat-tnaqqis tat-trab

Sistema għat-tnaqqis tat-trab li ma tkunx sistema għat-tnaqqis tat-trab ġdida.

Gassijiet bir-riħa mhux kondensabbli (NCG)

Gassijiet bir-riħa mhux kondensabbli, li jirreferu għall-gassijiet jintnu tal-proċess kraft tal-produzzjoni tal-polpa.

Gassijiet ikkonċentrati bir-riħa mhux kondensabbli (CNCG)

Gassijiet ikkonċentrati bir-riħa mhux kondensabbli (jew “gassijiet qawwija bir-riħa”): Gassijiet li fihom it-TRS mit-tisjir, l-evaporazzjoni u mit-tneħħija tal-kondensati.

Gassijiet qawwija bir-riħa

Gassijiet ikkonċentrati bir-riħa mhux kondensabbli (CNCG).

Gassijiet dgħajfin bir-riħa

Gassijiet dilwiti bir-riħa mhux kondensabbli: Gassijiet li fihom it-TRS li mhumiex gassijiet qawwija bir-riħa (eż. gassijiet li jiġu minn tankijiet, filters tal-ħasil, laned tal-laqx, filters tal-ħama tal-ġir, magni tat-tnixxif).

Gassijiet dgħajfa residwi

Gassijiet dgħajfin li jiġu emessi b'modi għajr permezz ta' bojler ta' rkupru, kalkara tal-ġir jew berner tat-TRS.

Kejl kontinwu

Kejl permezz ta' sistema tal-kejl awtomatizzata (AMS) installata b'mod permanenti fis-sit.

Kejl perjodiku

Stabbiliment ta' kwantitajiet maħsuba biex jitkejlu (kwantità partikolari soġġetta għal kejl) f'intervalli ta' żmien speċifikati bl-użu ta' metodi manwali jew awtomatizzati.

Emissjonijiet diffużi

Emissjonijiet li jirriżultaw minn kuntatt dirett (mhux inkanalat) ta' sustanzi jew trab volatili mal-ambjent f'kondizzjonijiet normali ta' tħaddim.

Produzzjoni integrata

Kemm il-polpa kif ukoll il-karta/kartun jiġu prodotti fl-istess sit. Il-polpa normalment ma tiġix imnixxfa qabel il-manifattura tal-karta/kartun.

Produzzjoni mhux integrata

Jew (a) produzzjoni ta' polpa kummerċjali (għall-bejgħ) f'fabbriki li ma joperawx magni tal-karta, jew (b) produzzjoni ta' karta/kartun billi tintuża biss polpa prodotta f'impjanti oħra (polpa kummerċjali).

Produzzjoni netta

(i)

Għall-fabbriki tal-karta: il-produzzjoni mhux ippakkjata, li terġa' tinbiegħ wara l-aħħar slitter winder, jiġifieri qabel il-konverżjoni.

(ii)

Għall-magni tal-kisi off-line: il-produzzjoni wara l-kisi.

(iii)

Għall-fabbriki tat-tissues: il-produzzjoni li terġa' tinbiegħ wara l-magna tat-tissues qabel kull proċess ta' tkebbib mill-ġdid u bl-esklużjoni ta' ebda qalba.

(iv)

Għall-fabbriki tal-polpa kummerċjali: il-produzzjoni wara l-ippakkjar (ADt).

(v)

Għall-fabbriki integrati: Produzzjoni netta tal-polpa tirreferi għall-produzzjoni wara l-ippakkjar (ADt) flimkien mal-polpa ttrasferita għall-fabbrika tal-karta (polpa kkalkulata f'livell ta' 90 % xuttaġni, jiġifieri xxuttata fl-arja). Produzzjoni netta ta' karta: l-istess bħal (i)

Fabbrika ta' karta speċjali

Fabbrika li tipproduċi diversi gradi ta' karta u kartun għal skopijiet partikolari (industrijali u/jew mhux industrijali) li huma kkaratterizzati minn karatteristiċi partikolari, minn suq relattivament żgħir tal-użu finali jew minn applikazzjonijiet speċjalizzati li sikwit ikunu ddisinjati apposta għal klijent jew għal grupp ta' utenti finali partikolari. Eżempji ta' karti speċjali jinkludu l-karti tas-sigaretti, il-karti tal-filters, il-karta metalizzata, il-karta termali, il-karta saħħara, it-tikketti li jeħlu, karta li tleqq (cast coated paper), kif ukoll l-inforra tal-ġipsum u karti speċjali: bix-xama' għat-tneħħija tax-xagħar, tal-insulazzjoni, tat-tisqif, tal-asfaltar, u applikazzjonijiet jew trattamenti oħra speċifiċi. Dawn il-gradi kollha jaqgħu barra mill-kategoriji standard tal-karta.

Injam iebes

Grupp ta' speċijiet ta' injam li jinkludu pereżempju s-siġra tal-luq, il-fagu, il-betula u l-ewkaliptu. It-terminu injam iebes jintuża bħala l-oppost ta' injam artab.

Injam artab

Injam minn koniferi li jinkludu pereżempju l-arżnu u l-prinjol. It-terminu injam artab jintuża bħala l-oppost ta' injam iebes.

Kawstiċizzjoni

Proċess fiċ-ċiklu tal-ġir li fih l-idrossidu (likur abjad) jiġi riġenerat bir-reazzjoni Ca(OH)2 + CO3 2- → CaCO3 (s) + 2 OH-

AKRONIMI

Terminu użat

Definizzjoni

ADt

Tunnellati (ta' polpa) Imnixxfa bl-Arja espressa bħala 90 % xuttaġni.

AOX

Alidi organiċi li jistgħu jiġu assorbiti mkejla skont il-metodu tal-istandard EN ISO: 9562 għall-ilma li jintrema.

BOD

Domanda bijokimika ta' ossiġnu. Il-kwantità ta' ossiġnu maħlul meħtieġ mill-mikroorganiżmi biex jiddekomponu l-materja organika fl-ilma li jintrema.

CMP

Polpa kemimekkanika.

CTMP

Polpa kemitermomekkanika.

COD

Domanda kimika ta' ossiġnu; l-ammont ta' materja organika kimikament ossidabbli fl-ilma li jintrema (normalment tirreferi għal analiżi b'ossidazzjoni dikromatika).

DS

Solidi xotti, espressi bħala % tal-piż.

DTPA

Aċidu dietiltriamina pentaċetiku (aġent ta' kumpless/kelazzjoni użat fl-ibbliċjar bil-perossidu).

ECF

Mingħajr Kloru Elementali.

EDTA

Aċidu etildiamina tetraċetiku (aġent ta' kumpless/kelazzjoni).

H2S

Sulfid tal-idroġenu.

LWC

Karta miksija ħafifa.

NOx

Is-somma ta' ossidu tan-nitroġenu (NO) u dijossidu tan-nitroġenu (NO2), espressa bħala NO2.

NSSC

Polpa semikimika tas-sulfit newtrali.

RCF

Fibri riċiklati.

SO2

Dijossidu tal-kubrit.

TCF

Kompletament Mingħajr Kloru.

Nitroġenu totali (Tot-N)

Nitroġenu totali (Tot-N) mogħti bħala N, jinkludi n-nitroġenu organiku, l-ammonja u l-ammonju liberi (NH4 +-N), in-nitriti (NO2 --N) u n-nitrati (NO3 --N).

Fosfru totali (Tot-P)

Fosfru totali (Tot-P) mogħti bħala P, jinkludi l-fosfru maħlul flimkien ma' kwalunkwe fosfru li ma jistax jinħall li jinġarr fl-effluwent fil-forma ta' preċipitati jew fil-mikrobi.

TMP

Polpa termomekkanika.

TOC

Karbonju organiku totali.

TRS

Kubrit imnaqqas totali. Is-somma tal-komposti jintnu tal-kubrit li ġejjin iġġenerati fil-proċess tal-produzzjoni tal-polpa: sulfid tal-idroġenu, metil merkaptan, sulfat tad-dimetil u sulfur tad-dimetil, espressi bħala kubrit.

TSS

Solidi totali sospiżi (fl-ilma li jintrema). Is-solidi sospiżi jikkonsistu minn frammenti żgħar ta' fibri, fillers, trabijiet fini, bijomassa li ma qagħditx (agglomerazzjoni ta' mikroorganiżmi) u partiċelli żgħar oħra.

VOC

Komposti organiċi volatili kif iddefiniti fl-Artikolu 3(45) tad-Direttiva 2010/75/UE.

1.1.   KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI TAL-BAT GĦALL-INDUSTRIJA TAL-POLPA U L-KARTA

Japplikaw il-konklużjonijiet tal-BAT speċifiċi għall-proċessi li hemm inklużi fit-Taqsimiet 1.2 sa 1.6, flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT imsemmija f'din it-taqsima.

1.1.1.   Sistema ta' mmaniġġjar ambjentali

BAT 1.

Biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impjanti għall-produzzjoni tal-polpa, tal-karta u tal-kartun, il-BAT għandu jimplimenta u jżomm ma' sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

l-impenn tal-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri;

(b)

definizzjoni ta' politika ambjentali li tinkludi t-titjib kontinwu tal-istallazzjoni mill-maniġment;

(c)

l-ippjanar u l-istabbiliment tal-proċeduri, l-għanijiet u l-miri meħtieġa, flimkien ma' ppjanar u investiment finanzjarju;

(d)

l-implimentazzjoni ta' proċeduri li jagħtu attenzjoni partikolari lil:

i.

l-istruttura u r-responsabbiltà

ii.

it-taħriġ, l-għarfien u l-kompetenza

iii.

il-komunikazzjoni

iv.

l-involviment tal-impjegati

v.

id-dokumentazzjoni

vi.

il-kontroll effiċjenti tal-proċessi

vii.

il-programmi ta' manutenzjoni

viii.

l-istat ta' preparazzjoni u r-reazzjoni għall-emerġenzi

ix.

is-salvagwardja tal-konformità mal-leġislazzjoni ambjentali;

(e)

il-kontroll tal-prestazzjoni u t-teħid ta' azzjoni korrettiva, b'attenzjoni partikolari għal:

i.

il-monitoraġġ u l-kejl (ara wkoll id-Dokument ta' Referenza dwar il-Prinċipji Ġenerali tal-Monitoraġġ)

ii.

l-azzjoni korrettiva u preventiva

iii.

iż-żamma tar-rekords

iv.

il-verifika interna u esterna indipendenti (fejn hu fattibbli) biex jiġi ddeterminat jekk l-EMS tikkonformax jew le mal-arranġamenti ppjanati u tkunx ġiet implimentata u miżmuma sewwa;

(f)

l-eżami tal-EMS u l-idoneità, l-adegwatezza u l-effikaċja kontinwi tagħha mill-maniġment superjuri;

(g)

l-insegwiment tal-iżvilupp ta' teknoloġiji aktar nodfa;

(h)

il-konsiderazzjoni tal-impatti ambjentali mid-dikummissjonar eventwali tal-istallazzjoni fl-istadju tat-tfassil ta' impjant ġdid, u matul il-ħajja operattiva tiegħu;

(i)

l-applikazzjoni ta' standards settorjali fuq bażi regolari.

Applikabbiltà

Il-kamp ta' applikazzjoni (eż. il-livell tad-dettalji) u n-natura tal-EMS (eż. standardizzata jew mhux standardizzata) ġeneralment se jkunu relatati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-istallazzjoni, u l-firxa tal-impatti ambjentali li jista' jkollha.

1.1.2.   Il-ġestjoni tal-materjali u manutenzjoni tajba

BAT 2.

Il-BAT għandu japplika l-prinċipji ta' manutenzjoni tajba biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-proċess tal-produzzjoni billi tintuża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Għażla u kontroll bir-reqqa tas-sustanzi kimiċi u l-addittivi

b

Analiżi tal-input-output b'inventarju tas-sustanzi kimiċi, li tinkludi l-kwantitajiet u l-proprjetajiet tossikoloġiċi

c

L-użu tas-sustanzi kimiċi jitnaqqas għal-livell minimu meħtieġ mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-prodott finali

d

Jiġi evitat l-użu ta' sustanzi li jagħmlu l-ħsara (eż. aġenti ta' dispersjoni jew tat-tindif jew aġenti tensjoattivi li fihom in-nonilfenol etossilat) u jiġu sostitwiti b'alternattivi li jagħmlu anqas ħsara

e

Titnaqqas kemm jista' jkun it-tnixxija ta' sustanzi fil-ħamrija, id-depożiti fl-arja u l-ħżin b'mod mhux xieraq ta' materja prima, prodotti jew residwi

f

Jiġi stabbilit programm għall-immaniġġjar tat-tnixxijiet u jiżdied it-trażżin ta' sorsi ta' tnixxija, u b'hekk tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta' taħt l-art

g

Tfassil xieraq tas-sistemi tal-pajpijiet u tal-ħżin biex l-uċuħ jinżammu nodfa u titnaqqas il-ħtieġa tal-ħasil u t-tindif

BAT 3.

Biex jitnaqqas il-ħruġ ta' aġenti ta' kelazzjoni organiċi li ma jibbijodegradawx faċilment, bħall-EDTA jew id-DTPA li joħorġu mill-ibbliċjar bil-perossidu, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Stabbiliment tal-kwantità ta' aġenti kelanti li jiġu rilaxxati fl-ambjent permezz ta' kejl perjodiku

Mhux applikabbli għall-fabbriki li ma jużawx aġenti kelanti

b

Ottimizzazzjoni tal-proċessi biex jitnaqqsu l-konsum u l-emissjoni ta' aġenti kelanti mhux faċilment bijodegradabbli

Mhux applikabbli għall-fabbriki li jeliminaw 70 % jew aktar tal-EDTA/DTPA fl-impjant għat-trattament tal-ilma li jintrema tagħhom jew fil-proċess

c

Użu preferenzjali ta' aġenti kelanti bijodegradabbli jew eliminabbli, biex hekk jiġu eliminati b'mod gradwali l-prodotti mhux degradabbli

L-applikabbiltà tiddependi fuq id-disponibbiltà ta' sostituti xierqa (aġenti bijodegradabbli li jissodisfaw pereżempju r-rekwiżiti tat-tleqqija tal-polpa)

1.1.3.   L-immaniġġjar tal-ilma u tal-ilma li jintrema

BAT 4.

Biex jitnaqqsu l-ġenerazzjoni tat-tniġġis u l-ammont ta' tniġġis fl-ilma li jintrema bħala riżultat tal-ħażna u l-preparazzjoni tal-injam, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Tneħħija xotta tal-qoxra (deskrizzjoni ara t-Taqsima 1.7.2.1)

Applikabbiltà ristretta meta tkun meħtieġa purità u tleqqija għolja bl-ibbliċjar TCF

b

Immaniġġar taz-zkuk tal-injam b'mod li jevita l-kontaminazzjoni tal-qoxra u l-injam bir-ramel u l-ġebel

Applikabbli b'mod ġenerali

c

Il-pavimentar tal-maħżen tal-injam u b'mod partikolari l-uċuħ użati għall-ħażna tal-laqx

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta minħabba d-daqs tal-maħżen tal-injam u ż-żona tal-ħażna

d

Kontroll tal-fluss tal-ilma tal-bexx u tnaqqis tal-iskol tal-ilma minn wiċċ l-art tal-maħżen tal-injam

Applikabbli b'mod ġenerali

e

Ġbir tal-ilma kkontaminat li jiskula mill-maħżen tal-injam u s-separazzjoni tal-effluwent tas-solidi sospiżi qabel it-trattament bijoloġiku

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta mil-livell ta' kontaminazzjoni tal-ilma li jkun skula (konċentrazzjoni baxxa) u/jew id-daqs tal-impjant tat-trattament tal-ilma li jintrema (volumi kbar)

Il-fluss tal-effluwent assoċjat mal-BAT mit-tneħħija xotta tal-qoxra tas-siġar huwa ta' 0,5 – 2,5 m3/ADt.

BAT 5.

Biex jitnaqqsu l-użu tal-ilma ħelu u l-ġenerazzjoni tal-ilma li jintrema, il-BAT għandu jagħlaq is-sistema tal-ilma sal-punt teknikament fattibbli skont il-grad tal-polpa u l-karta mmanifatturati billi juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Monitoraġġ u ottimizzazzjoni tal-użu tal-ilma

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Evalwazzjoni tal-għażliet għar-riċirkolazzjoni tal-ilma

c

Iċ-ċirkwiti tal-ilma jingħalqu b'mod li jibbilanċja l-iżvantaġġi potenzjali ta' dan l-għeluq; żieda ta' tagħmir addizzjonali jekk ikun meħtieġ

d

Separazzjoni u użu mill-ġdid tal-ilma li jintuża għall-issiġillar u l-ġenerazzjoni ta' vakwu fil-pompi, li ma jkunx ikkontaminat ħafna,

e

Separazzjoni u użu mill-ġdid tal-ilma nadif tat-tkessiħ mill-ilma kkontaminat tal-proċess

f

Użu mill-ġdid tal-ilma tal-proċess minflok ma jintuża l-ilma ħelu (riċirkolazzjoni tal-ilma u għeluq taċ-ċirkwiti tal-ilma)

Applikabbli għal impjanti ġodda u għal rinnovamenti maġġuri.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba r-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma u/jew tal-kwalità tal-prodott jew minħabba restrizzjonijiet tekniċi (bħall-preċipitazzjoni/inkrustazzjoni fis-sistema tal-ilma) jew żieda fil-fastidju tar-riħa

g

Trattament fil-linja ta' (partijiet tal-)ilma tal-proċess biex tittejjeb il-kwalità tal-ilma biex tippermetti r-riċirkolazzjoni jew l-użu mill-ġdid

Applikabbli b'mod ġenerali

Il-fluss tal-ilma li jintrema assoċjat mal-BAT fil-punt tal-iskariku wara t-trattament tal-ilma li jintrema bħala medji ta' kull sena huma:

Settur

Fluss tal-ilma li jintrema assoċjat mal-BAT

Polpa Kraft ibbliċjata

25 – 50 m3/ADt

Polpa Kraft mhux ibbliċjata

15 – 40 m3/ADt

Polpa bbliċjata tas-sulfit tal-grad tal-karta

25 – 50 m3/ADt

Polpa tas-sulfit tal-manjezju

45 – 70 m3/ADt

Polpa li ddewweb

40 – 60 m3/ADt

Polpa NSSC

11 – 20 m3/ADt

Polpa mekkanika

9 – 16 m3/t

CTMP u CMP

9 – 16 m3/ADt

Fabbriki tal-karta RCF mingħajr tneħħija tal-linka

1,5 – 10 m3/t (it-tarf ta' fuq tal-medda huwa assoċjat prinċipalment mal-produzzjoni ta' kartun tal-kaxxi)

Fabbriki tal-karta RCF bi tneħħija tal-linka

8 – 15 m3/t

Fabbriki tal-karta tissue bbażati fuq l-RCF bi tneħħija tal-linka

10 – 25 m3/t

Fabbriki tal-karta mhux integrati

3,5 – 20 m3/t

1.1.4.   Il-Konsum u l-użu effiċjenti tal-enerġija

BAT 6.

Biex jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija fil-fabbriki tal-polpa u tal-karta, il-BAT għandu juża t-teknika (a) u kombinazzjoni tat-tekniki l-oħra mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Tintuża sistema ta' ġestjoni tal-enerġija li tinkludi l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

i.

Valutazzjoni tal-konsum tal-enerġija u tal-produzzjoni ġenerali tal-fabbrika

ii.

Sejbien, kwantifikazzjoni u ottimizzazzjoni tal-potenzjali għall-irkupru tal-enerġija

iii.

Monitoraġġ u salvagwardja tas-sitwazzjoni ottimizzata tal-konsum tal-enerġija

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Irkupru tal-enerġija permezz tal-inċinerazzjoni ta' dak l-iskart u r-residwi li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-polpa u tal-karta li jkollhom kontenut organiku u valur kalorifiku għoljin, filwaqt li jitqies il-BAT 12

Applikabbli biss jekk ma jkunx possibbli r-riċiklaġġ jew l-użu mill-ġdid tal-iskart u tar-residwi ġġenerati mill-produzzjoni ta' polpa u karta b'kontenut organiku għoli u valur kalorifiku għoli

c

Id-domanda tal-proċessi tal-produzzjoni għall-fwar u l-enerġija tiġi koperta kemm jista' jkun permezz tal-koġenerazzjoni tas-sħana u l-enerġija (CHP)

Applikabbli għall-impjanti ġodda kollha u għar-rinnovamenti kbar tal-impjant tal-enerġija. L-applikabbiltà fl-impjanti eżistenti tista' tkun limitata minħabba t-tqassim tal-fabbrika u l-ispazju disponibbli

d

Użu tas-sħana żejda għat-tnixxif tal-bijomassa u l-ħama, biex jissaħħan l-ilma tal-alimentazzjoni tal-bojlers u l-ilma tal-proċess, biex jissaħħan il-bini, eċċ.

L-applikabbiltà ta' dan il-metodu tekniku tista' tkun limitata f'każijiet fejn is-sorsi u l-pożizzjonijiet tas-sħana jkunu 'l bogħod minn xulxin

e

Użu ta' termokompressuri

Applikabbli kemm għall-impjanti ġodda kif ukoll għal dawk eżistenti għall-gradi kollha ta' karta u għall-magni tal-kisi, sakemm tkun disponibbli pressjoni tal-fwar medja

f

Iżolament tal-fittings tal-pajpijiet tal-fwar u tal-kondensat

Applikabbli b'mod ġenerali

g

Użu ta' sistemi ta' vakwu effiċjenti fl-enerġija għat-tneħħija tal-ilma

h

Użu ta' muturi, pompi u aġitaturi elettriċi ta' effiċjenza kbira

i

Użu ta' inverters tal-frekwenza għall-fannijiet, il-kompressuri u l-pompi

j

Tqabbil tal-livelli tal-pressjoni tal-fwar mal-ħtiġijiet attwali ta' pressjoni

Deskrizzjoni

(c):Ġenerazzjoni simultanja tas-sħana u l-enerġija elettrika u/jew mekkanika fi proċess wieħed, imsejjaħ impjant ta' koġenerazzjoni tas-sħana u l-enerġija (CHP). L-impjanti CHP fl-industrija tal-polpa u tal-karta ġeneralment jużaw turbini tal-fwar u/jew turbini tal-gass. Il-vijabbiltà ekonomika (l-iffrankar li jista' jinkiseb u ż-żmien għall-kumpens (payback time)) se jiddependu prinċipalment fuq il-prezzijiet tal-elettriku u l-fjuwils.

1.1.5.   L-emissjonijiet ta' irwejjaħ

Dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet jintnu li fihom il-kubrit minn fabbriki tal-polpa kraft u tas-sulfit, ara l-BAT speċifiku għall-proċessi mogħti fit-Taqsimiet 1.2.2 u 1.3.2.

BAT 7.

Biex tiġi evitata u mnaqqsal-emissjoni ta' komposti bir-riħa li joriġinaw mis-sistema tal-ilma li jintrema, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

I.   Applikabbli għal irwejjaħ relatati mal-għeluq tas-sistemi tal-ilma

a

Il-proċessi tal-fabbriki tal-karta, it-tankijiet, pajpijiet u kaxxi għall-ħażna tal-istokk u l-ilma jiġu mfassla b'mod li jiġu evitati ħinijiet ta' żamma fit-tul, żoni mejta jew żoni t' ftit taħlit fiċ-ċirkwiti tal-ilma u l-unitajiet relatati, biex jiġu evitati depożiti mhux ikkontrollati u t-tħassir u d-dekompożizzjoni ta' materja organika u bijoloġika.

b

Użu ta' bijoċidi, aġenti dispersivi jew aġenti ossidanti (eż. diżinfezzjoni katalitika bil-perossidu tal-idroġenu) biex jiġu kkontrollati l-irwejjaħ u t-tkabbir ta' batterji tat-tħassir.

c

Jiġu installati proċessi ta' trattament intern ('kliewi') biex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet ta' materja organika u konsegwentement il-problemi possibbli ta' rwejjaħ fis-sistema tal-ilma abjad.

II.   Applikabbli għal irwejjaħ relatati mat-trattament tal-ilma li jintrema u l-immaniġġar tal-ħama, biex jiġu evitati kundizzjonijiet fejn l-ilma li jintrema jew il-ħama jsiru anerobiċi

a

Implimentazzjoni ta' sistemi tad-dranaġġ magħluqa b'fetħiet ikkontrollati, billi jintużaw kimiċi f'xi każijiet biex titnaqqas il-formazzjoni ta' sulfid tal-idroġenu u biex dan jiġi ossidizzat fis-sistemi tad-dranaġġ.

b

Tiġi evitata l-arjazzjoni eċċessiva fil-baċiri tal-ugwalizzazzjoni iżda jinżamm taħlit suffiċjenti.

c

Tiġi assigurata kapaċità ta' arjazzjoni u proprjetajiet ta' taħlit suffiċjenti fit-tankijiet tal-arjazzjoni; reviżjoni tas-sistema tal-arjazzjoni b'mod regolari.

d

Jiġi żgurat tħaddim xieraq tal-ġbir sekondarju għall-iċċarar tal-ħama u l-ippumpjar tal-ħama ta' ritorn

e

Limitazzjoni taż-żmien taż-żamma tal-ħama fil-ħażniet tal-ħama billi l-ħama jintbagħat kontinwament fl-unitajiet tat-tneħħija tal-ilma.

f

Tiġi evitata l-ħażna aktar milli hemm bżonn ta' ilma li jintrema fil-baċir tat-tixrid; żomm il-baċir tat-tixrid vojt.

g

Jekk jintużaw nixxiefa tal-ħama, trattament tal-gassijiet tal-fetħiet tan-nixxiefa termiċi tal-ħama permezz ta' tgħerik jew bijofiltrazzjoni (bħall-filters tal-kompost).

h

Jiġu evitati t-torrijiet tat-tkessiħ tal-arja għall-effluwent ta' ilma mhux ittrattat billi jintużaw skambjaturi tal-pjanċi tas-sħana.

1.1.6.   Il-monitoraġġ tal-parametri ewlenin tal-proċess u tal-emissjonijiet fl-ilma u fl-arja

BAT 8.

Il-BAT għandu jimmonitorja l-parametri ewlenin tal-proċess skont it-tabella mogħtija hawn taħt.

I.   Il-monitoraġġ ta' parametri ewlenin tal-proċess rilevanti għall-emissjonijiet fl-arja

Parametru

Frekwenza tal-monitoraġġ

Pressjoni, temperatura, ossiġnu, CO u kontenut tal-fwar tal-ilma fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija għall-proċessi ta' kombustjoni

Kontinwu

II.   Il-monitoraġġ ta' parametri ewlenin tal-proċess rilevanti għall-emissjonijiet fl-ilma

Parametru

Frekwenza tal-monitoraġġ

Fluss tal-ilma, temperatura u pH

Kontinwu

Kontenut ta' P u N fil-bijomassa, indiċi tal-volum ta' ħama, ammonijaka u ortofosfat eċċessivi fl-effluwent, u kontrolli mikroskopiċi tal-bijomassa

Perjodiku

Volum tal-fluss u tal-kontenut ta' CH4 tal-bijogass prodott fit-trattament anerobiku tal-ilma li jintrema

Kontinwu

Kontenuti ta' H2S u CO2 tal-bijogass prodott fit-trattament anerobiku tal-ilma li jintrema

Perjodiku

BAT 9.

Il-BAT għandu jwettaq il-monitoraġġ u l-kejl tal-emissjonijiet fl-arja, kif indikat hawn taħt, fuq bażi regolari bil-frekwenza indikata u skont l-istandards EN. Jekk ma jkunux disponibbli standards EN, il-BAT għandu juża standards ISO, standards nazzjonali jew internazzjonali oħra li jassiguraw il-forniment ta' dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

 

Parametru

Frekwenza tal-monitoraġġ

Sors tal-emissjonijiet

Monitoraġġ assoċjat ma'

a

NOx u SO2

Kontinwu

Bojler ta' rkupru

BAT 21

BAT 22

BAT 36

BAT 37

Perjodiku jew kontinwu

Kalkara tal-ġir

BAT 24

BAT 26

Perjodiku jew kontinwu

Berner iddedikat tat-TRS

BAT 28

BAT 29

b

Trab

Perjodiku jew kontinwu

Berner ta' rkupru (kraft) u kalkara tal-ġir

BAT 23

BAT 27

Perjodiku

Bojler ta' rkupru (sulfit)

BAT 37

c

TRS (inkluż H2S)

Kontinwu

Bojler ta' rkupru

BAT 21

Perjodiku jew kontinwu

Kalkara tal-ġir u berner iddedikat tat-TRS

BAT 24

BAT 25

BAT 28

Perjodiku

Emissjonijiet diffużi minn sorsi differenti (eż. mil-linja tal-fibri, mit-tankijiet, mil-laned tal-laqx, eċċ.) u gassijiet dgħajfa residwi

BAT 11

BAT 20

d

NH3

Perjodiku

Bojler ta' rkupru mgħammar b'SNCR

BAT 36

BAT 10.

Il-BAT għandu jwettaq il-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-ilma, kif indikat hawn taħt, bil-frekwenza indikata u skont l-istandards EN. Jekk ma jkunux disponibbli standards EN, il-BAT għandu juża standards ISO, standards nazzjonali jew internazzjonali oħra li jassiguraw il-forniment ta' dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

 

Parametru

Frekwenza tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma'

a

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD) jew

Karbonju organiku totali (TOC) (2)

Kuljum (3)  (4)

BAT 19

BAT 33

BAT 40

BAT 45

BAT 50

b

BOD5 jew BOD7

Kull ġimgħa (darba fil-ġimgħa)

c

Solidi sospiżi totali (TSS)

Kuljum (3)  (4)

d

Nitroġenu totali

Kull ġimgħa (darba fil-ġimgħa) (3)

e

Fosfru totali

Kull ġimgħa (darba fil-ġimgħa) (3)

f

EDTA, DTPA (5)

Kull xahar (darba fix-xahar)

g

AOX (skont l-EN ISO 9562:2004) (6)

Kull xahar (darba fix-xahar)

BAT 19: kraft ibbliċjat

Darba kull xahrejn

BAT 33: ħlief fabbriki TCF u NSSC

BAT 40: ħlief fabbriki CTMP u CMP

BAT 45

BAT 50

h

Metalli rilevanti (e.g. Zn, Cu, Cd, Pb, Ni)

Darba fis-sena

 

BAT 11.

Il-BAT għandu jimmonitorja u jivvaluta regolarment l-emissjonijiet diffużi totali mnaqqsa ta' kubrit minn sorsi rilevanti.

Deskrizzjoni

Il-valutazzjoni tal-emissjonijiet diffużi totali mnaqqsa ta' kubrit tista' ssir permezz ta' kejl u valutazzjoni perjodiċi tal-emissjonijiet diffużi minn sorsi differenti (eż. il-linja tal-fibra, it-tankijiet, il-laned tal-laqx, eċċ.) permezz ta' kejl dirett.

1.1.7.   L-immaniġġjar tal-iskart

BAT 12.

Biex jitnaqqsu l-kwantitajiet ta' skart li jintbagħtu għar-rimi, il-BAT għandu jimplimenta valutazzjoni tal-iskart (inklużi inventarji tal-iskart) u sistema ta' ġestjoni, biex jiffaċilita l-użu mill-ġdid tal-iskart, jew jekk ma jsirx hekk, ir-riċiklaġġ tal-iskart, jew jekk ma jsirx hekk, 'irkupru ieħor', inkluża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Ġbir separat ta' frazzjonijiet differenti tal-iskart (inkluża s-separazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' skart perikoluż)

Ara t-Taqsima 1.7.3

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Amalgamazzjoni ta' frazzjonijiet xierqa tar-residwi biex jinkisbu taħlitiet li jistgħu jintużaw aħjar

Applikabbli b'mod ġenerali

c

Trattament minn qabel ta' residwi tal-proċess qabel użu mill-ġdid jew riċiklaġġ

Applikabbli b'mod ġenerali

d

Irkupru ta' materjali u riċiklaġġ ta' residwi tal-proċess fuq il-post

Applikabbli b'mod ġenerali

e

Irkupru tal-enerġija fuq is-sit jew barra minnu, minn skart b'kontenut organiku għoli

Għall-użu mhux fuq il-post, l-applikabbiltà tiddependi fuq id-disponibbiltà ta' parti terza

f

Użu estern tal-materjal

Tiddependi fuq id-disponibbiltà ta' parti terza

g

Trattament minn qabel tal-iskart qabel ir-rimi

Applikabbli b'mod ġenerali

1.1.8.   L-emissjonijiet fl-ilma

Tingħata aktar informazzjoni dwar it-trattament tal-ilma li jintrema fil-fabbriki tal-polpa u l-karta u l-BAT-AELs speċifiċi għall-proċessi fit-Taqsimiet 1.2 sa 1.6.

BAT 13.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tan-nutrijenti (nitroġenu u fosfru) fl-ilmijiet riċeventi, il-BAT għandu jissostitwixxi l-addittivi kimiċi b'kontenut għoli ta' nitroġenu u ta' fosfru b' addittivi li fihom kontenut baxx ta' nitroġenu u fosfru.

Applikabbiltà

Applikabbli jekk in-nitroġenu fl-addittivi kimiċi ma jkunx bijodisponibbli (jiġifieri ma jistax iservi bħala nutrijent fit-trattament bijoloġiku) jew jekk il-bilanċ tan-nutrijenti jkun pożittiv.

BAT 14.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' inkwinanti fl-ilmijiet riċeventi, il-BAT għandu juża l-metodi tekniċi kollha mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Trattament primarju (fiżiku-kimiku)

Ara t-Taqsima 1.7.2.2

b

Trattament sekondarju (bijoloġiku) (7)

BAT 15.

Meta jeħtieġ li jitneħħew aktar sustanzi organiċi, nitroġenu jew fosfru, il-BAT għandu juża trattament terzjarju kif deskritt fit-Taqsima 1.7.2.2.

BAT 16.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' inkwinanti fl-ilmijiet riċeventi minn impjanti tat-trattament bijoloġiku tal-ilma li jintrema, il-BAT għandu juża l-metodi tekniċi kollha mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Tfassil u tħaddim xieraq tal-impjant tat-trattament bijoloġiku

b

Kontroll regolari tal-bijomassa attiva

c

Aġġustament tal-provvista tan-nutrijenti (nitroġenu u fosfru) għall-ħtieġa attwali tal-bijomassa attiva

1.1.9.   L-emissjonijiet ta' storbju

BAT 17.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' storbju mill-manifattura tal-polpa u l-karta, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Programm ta' tnaqqis tal-istorbju

Programm ta' tnaqqis tal-istorbju jinkludi l-identifikazzjoni tas-sorsi u taż-żoni affettwati, kalkoli u kejl tal-livelli ta' storbju biex is-sorsi jiġu kklassifikati skont il-livelli ta' storbju, u l-identifikazzjoni tal-aktar kombinazzjoni kost-effettiva ta' metodi tekniċi, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħhom.

Applikabbli b'mod ġenerali.

b

Ippjanar strateġiku tal-pożizzjoni tat-tagħmir, l-unitajiet u l-bini

Il-livelli tal-istorbju jistgħu jitnaqqsu billi tiżdied id-distanza bejn l-emittent u r-riċevitur u billi l-bini jintuża bħala lqugħ għall-istorbju.

Applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ġodda. Fil-każ tal-impjanti eżistenti, il-pożizzjonament differenti tat-tagħmir u tal-unitajiet tal-produzzjoni jista' jkun limitat min-nuqqas ta' spazju jew mill-ispejjeż eċċessivi.

c

Metodi operattivi u ta' ġestjoni f'binjiet li fihom tagħmir storbjuż

Dan jinkludi:

spezzjoni u manutenzjoni aħjar tat-tagħmir biex jiġu evitati l-ħsarat

għeluq tal-bibien u t-twieqi ta' żoni mgħottija

tħaddim tat-tagħmir minn persunal bl-esperjenza

evitar ta' attivitajiet storbjużi matul il-lejl

dispożizzjonijiet għall-kontroll tal-istorbju waqt l-attivitajiet ta' manutenzjoni

Applikabbli b'mod ġenerali.

d

Għeluq ta' tagħmir u unitajiet storbjużi

Għeluq ta' tagħmir storbjuż, bħal dak li jittratta l-injam, unitajiet idrawliċi, u kompressuri f'unitajiet separati, bħal bini jew kabinetti soundproofed, fejn il-kisi intern-estern ikun magħmul minn materjal li jassorbi l-impatti.

e

Użu ta' tagħmir li ma jagħmilx ħafna storbju u mezzi li jnaqqsu l-istorbju fuq it-tagħmir u l-kanali.

f

Iżolament tal-vibrazzjonijiet

Iżolament tal-vibrazzjonijiet tal-makkinarju u arranġament diżakkoppjat tas-sorsi ta' storbju u komponenti potenzjalment riżonanti.

g

Soundproofing tal-bini

Dan jista' jinkludi l-użu ta':

materjali li jassorbu l-istorbju fil-ħitan u s-soqfa

bibien li jiżolaw l-istorbju

twieqi bi ħġieġ doppju

h

Tnaqqis tal-istorbju

Il-propagazzjoni tal-istorbju tista' titnaqqas billi jiddaħħlu barrieri bejn l-emittenti u r-riċevituri. Barrieri xierqa jinkludu ħitan ta' protezzjoni, ċnut u binjiet. Metodi tekniċi xierqa għat-tnaqqis tal-istorbju jinkludu t-twaħħil ta' apparat li jnaqqas il-ħoss u attenwaturi ma' tagħmir storbjuż bħall-molol tal-fwar u l-fetħiet tal-apparat li jnixxef.

Applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ġodda. Fil-każ tal-impjanti eżistenti, l-inseriment ta' ostakoli għall-ħsejjes jista' jkun limitat min-nuqqas ta' spazju.

i

Użu ta' magni akbar tat-trattament tal-injam biex jitnaqqsu l-ħinijiet tal-irfigħ u t-trasport u l-istorbju miz-zkuk jaqgħu fuq gzuz tal-injam jew fuq il-mejda tal-alimentazzjoni.

Applikabbli b'mod ġenerali.

j

Titjib fil-modi ta' ħidma, eż. tluq taz-zkuk minn distanza iżgħar għal fuq il-gzuz taz-zkuk jew il-mejda tal-alimentazzjoni; feedback immedjat tal-livell ta' storbju għall-ħaddiema.

1.1.10.   Dikummissjonar

BAT 18.

Biex jiġu evitati r-riskji ta' tniġġis meta jiġi dikummissjonat impjant, il-BAT għandu juża l-metodi tekniċi ġenerali mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Jassigura li t-tankijiet u l-pajpijiet ta' taħt l-art jiġu evitati fil-fażi tat-tfassil jew li l-pożizzjoni tagħhom tkun magħrufa bl-eżatt u dokumentata.

b

Jistabbilixxi struzzjonijiet għat-tbattil tat-tagħmir tal-proċess, tar-reċipjenti u l-pajpijiet.

c

Jassigura għeluq nadif meta l-faċilità tingħalaq, eż. biex jitnaddaf u jiġi riabilitat is-sit. Għandhom jiġu salvagwardjati l-funzjonijiet naturali tal-ħamrija, jekk possibbli.

d

Juża programm ta' monitoraġġ, speċjalment fir-rigward tal-ilma ta' taħt l-art, biex jiġu identifikati impatti futuri possibbli fuq is-sit jew fiż-żoni ġirien.

e

Jiżviluppa u jżomm għeluq tas-sit jew skema ta' waqfien, ibbażata fuq analiżi tar-riskju, li tinkludi organizzazzjoni trasparenti tax-xogħol tal-għeluq, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali speċifiċi rilevanti.

1.2.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PROĊESS TAL-PRODUZZJONI TAL-POLPA KRAFT

Għall-fabbriki integrati tal-polpa u l-karta kraft, japplikaw il-konklużjonijiet tal-BAT speċifiċi għall-proċess tal-produzzjoni tal-karta mogħtija fit-Taqsima 1.6, flimkien mal-konklużjonijiet tal-BAT f'din it-taqsima.

1.2.1.   Ilma li jintrema u emissjonijiet fl-ilma

BAT 19.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' inkwinanti fl-ilmijiet riċeventi mill-fabbrika sħiħa, il-BAT għandu juża bbliċjar TCF jew ECF modern (ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 1.7.2.1), u kombinazzjoni xierqa tal-metodi tekniċi speċifikati fil-BAT 13, BAT 14, BAT 15 u BAT 16 u tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Tisjir modifikat qabel l-ibbliċjar

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Tneħħija tal-lignin bl-ossiġnu qabel l-ibbliċjar

c

Skrinjar magħluq tal-brown stock u ħasil effiċjenti tal-brown stock

d

Riċiklaġġ parzjali tal-ilma tal-proċess fl-impjant tal-ibbliċjar

Ir-riċiklaġġ tal-ilma jista' jkun limitat minħabba l-inkrustazzjoni fl-ibbliċjar

e

Monitoraġġ effettiv u kontroll tat-tixrid b'sistema xierqa ta' rkupru

Applikabbli b'mod ġenerali

f

Żamma tal-kapaċità tal-bojler għall-evaporazzjoni u għall-irkupru tal-likur iswed suffiċjenti biex tlaħħaq mat-tagħbijiet massimi

Applikabbli b'mod ġenerali

g

Tneħħija tal-kondensati kontaminati (maħmuġin) u użu mill-ġdid tal-kondensati fil-proċess

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 1 u t-Tabella 2. Dawn il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT ma japplikawx għall-fabbriki tat-tidwib tal-polpa kraft.

Il-fluss ta' ilma li jintrema ta' referenza għall-fabbriki kraft huwa stabbilit fil-BAT 5.

Tabella 1

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi minn fabbrika tal-polpa kraft ibbliċjata

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/ADt (8)

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

7 – 20

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,3 – 1,5

Nitroġenu totali

0,05 – 0,25 (9)

Fosfru totali

0,01 – 0,03 (9)

Ewkaliptu: 0,02 – 0,11 kg/ADt (10)

Aloġeni marbuta b'mod organiku li jistgħu jiġu assorbiti (AOX) (11)  (12)

0 – 0,2


Tabella 2

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi minn fabbrika tal-polpa kraft mhux ibbliċjata

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/ADt (13)

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

2,5 – 8

Solidi totali sospiżi (TSS)

0,3 – 1,0

Total ta' nitroġenu

0,1 – 0,2 (14)

Total ta' fosfru totali

0,01 – 0,02 (14)

Il-konċentrazzjoni tal-BOD fl-effluwenti ttrattati hija mistennija li tkun baxxa (madwar 25 mg/l bħala kampjun kompost ta' 24 siegħa).

1.2.2.   Emissjonijiet fl-arja

1.2.2.1.   Tnaqqis tal-emissjonijiet f'gassijiet bir-riħa qawwija u dgħajfa

BAT 20.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' rwejjaħ u l-emissjonijiet totali mnaqqsa ta' kubrit minħabba gassijiet bir-riħa qawwija u dgħajfa, il-BAT għandu jevita l-emissjonijiet diffużi billi jaqbad l-effluwent gassuż kollu bbażat fuq il-proċess li fih il-kubrit, inklużi l-fetħiet kollha li fihom il-kubrit, billi japplika l-metodi tekniċi kollha mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Sistemi ta' ġbir għal gassijiet bir-riħa qawwija u dgħajfa, li jinkludu l-karatteristiċi li ġejjin:

għotjien, hoods għall-ġbid tal-arja, kanali, u sistema tal-estrazzjoni b'kapaċità suffiċjenti;

sistema kontinwa għas-sejbien tat-tnixxijiet;

miżuri u tagħmir tas-sikurezza.

b

Inċinerazzjoni ta' gassijiet qawwija u dgħajfa mhux kondensabbli

L-inċinerazzjoni tista' titwettaq bl-użu ta':

bojler ta' rkupru

kalkara tal-ġir (15)

berner iddedikat tat-TRS mgħammar bi scrubbers imxarrba għat-tneħħija tal-SOx; jew

bojler tal-enerġija (16)

Biex tkun assigurata d-disponibbiltà kostanti tal-inċinerazzjoni għal gassijiet qawwija bir-riħa, jiġu installati sistemi ta' riserva. Il-kalkari tal-ġir jistgħu jservu bħala riserva għall-bojlers ta' rkupru; tagħmir ieħor ta' riserva huma l-flares u l-package boiler

c

Reġistrazzjoni tan-nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema tal-inċinerazzjoni u kull emissjoni li tirriżulta (17)

Applikabbiltà

Applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ġodda u għal rinnovamenti maġġuri ta' impjanti eżistenti. L-istallazzjoni tat-tagħmir neċessarju tista' tkun diffiċli għall-impjanti eżistenti minħabba t-tqassim u r-restrizzjonijiet tal-ispazju. L-applikabbiltà tal-inċinerazzjoni tista' tkun limitata għal raġunijiet ta' sigurtà, u f'dan il-każ jistgħu jintużaw scrubbers imxarrbin.

Il-livell ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT tal-kubrit totali mnaqqas (TRS) fil-gassijiet dgħajfa residwi huwa ta' 0,05 – 0,2 kg S/ADt.

1.2.2.2.   Tnaqqis tal-emissjonijiet minn bojler ta' rkupru

Emissjonijiet ta' SO2 u TRS

BAT 21.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-SO2 u tat-TRS minn bojler ta' rkupru, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Żieda fil-kontenut ta' solidi xotti (DS) tal-likur iswed

Il-likur iswed jista' jiġi kkonċentrat permezz ta' proċess ta' evaporazzjoni qabel il-ħruq

b

Titjib tal-ħruq

Il-kundizzjonijiet tal-ħruq jistgħu jittejbu, eż. permezz ta' taħlit tajjeb tal-arja u l-fjuwil, kontroll tat-tagħbija tal-forn, eċċ.

c

Scrubber imxarrab

Ara t-Taqsima 1.7.1.3

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 3.

Tabella 3

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tal-SO2 u tat-TRS minn bojler ta' rkupru

Parametru

Medja ta' kuljum (18)  (19)

mg/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Medja ta' kull sena (18)

mg/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Medja ta' kull sena (18)

kg S/ADt

SO2

DS < 75 %

10 – 70

5 – 50

DS 75 – 83 % (20)

10 – 50

5 – 25

Kubrit totali mnaqqas (TRS)

1 – 10 (21)

1 – 5

S gassuż (TRS-S + SO2-S)

DS < 75 %

0,03 – 0,17

DS 75 – 83 % (20)

0,03 – 0,13

Emissjonijiet ta' NOx

BAT 22.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOx minn bojler ta' rkupru, il-BAT għandu juża sistema ta' ħruq ottimizzata li tinkludi l-karatteristiċi kollha mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Kontroll kompjuterizzat tal-kombustjoni

b

Taħlit tajjeb tal-fjuwil u l-arja

c

Sistemi ta' alimentazzjoni tal-arja fi stadji, eż. billi jintużaw reġistri tal-arja u fetħiet għad-dħul tal-arja differenti

Applikabbiltà

It-teknika (c) hija applikabbli għall-bojlers ta' rkupru ġodda u fil-każ ta' rinnovament maġġuri ta' bojlers ta' rkupru, billi din it-teknika teħtieġ bidliet konsiderevoli fis-sistemi tal-alimentazzjoni tal-arja u fil-forn.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 4.

Tabella 4

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' NOx minn bojler ta' rkupru

Parametru

Medja ta' kull sena (22)

mg/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Medja ta' kull sena (22)

kg NOx/ADt

NOx

Injam artab

120 – 200 (23)

DS < 75 %: 0,8 – 1,4

DS 75 – 83 % (24): 1,0 – 1,6

Injam iebes

120 – 200 (23)

DS < 75 %: 0,8 – 1,4

DS 75 – 83 % (24): 1,0 – 1,7

Emissjonijiet ta' trab

BAT 23.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab minn bojler ta' rkupru, il-BAT għandu juża preċipitatur elettrostatiku (ESP) jew kombinazzjoni ta' ESP u scrubber imxarrab.

Deskrizzjoni

Ara t-Taqsima 1.7.1.1.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 5.

Tabella 5

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab minn bojler ta' rkupru

Parametru

Sistema ta' tnaqqis tat-trab

Medja ta' kull sena

mg/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Medja ta' kull sena

kg trab/ADt

Trab

Ġdida jew rinnovament maġġuri

10 – 25

0,02 – 0,20

Eżistenti

10 – 40 (25)

0,02 – 0,3 (25)

1.2.2.3.   Tnaqqis tal-emissjonijiet minn kalkara tal-ġir

Emissjonijiet ta' SO2

BAT 24.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-SO2 minn kalkara tal-ġir, il-BAT għandu japplika metodu tekniku wieħed jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Għażla tal-fjuwil/fjuwil b'kontenut baxx ta' kubrit

Ara t-Taqsima 1.7.1.3

b

Limitazzjoni tal-inċinerazzjoni ta' gassijiet bir-riħa qawwija li fihom il-kubrit fil-kalkara tal-ġir

c

Kontroll tal-kontenut tal-Na2S fl-alimentazzjon tal-ħama tal-ġir

d

Scrubber tal-alkalina

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 6.

Tabella 6

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' SO2 u tal-kubrit minn kalkara tal-ġir

Parametru (26)

Medja ta' kull sena

mg SO2/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Medja ta' kull sena

kg S/ADt

SO2 meta l-gassijiet qawwija ma jinħarqux fil-kalkara tal-ġir

5 – 70

SO2 meta l-gassijiet qawwija jinħarqu fil-kalkara tal-ġir

55 – 120

S gassuż (TRS-S + SO2-S) meta l-gassijiet qawwija ma jinħarqux fil-kalkara tal-ġir

0,005 – 0,07

S gassuż (TRS-S + SO2-S) meta l-gassijiet qawwija jinħarqu fil-kalkara tal-ġir

0,055 – 0,12

Emissjonijiet ta' TRS

BAT 25.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-TRS minn kalkara tal-ġir, il-BAT għandu japplika metodu tekniku wieħed jew kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Kontroll tal-ossiġnu żejjed

Ara t-Taqsima 1.7.1.3

b

Kontroll tal-kontenut ta' Na2S fl-alimentazzjoni tal-ħama tal-ġir

c

Kombinazzjoni ta' ESP u scrubber tal-alkalina

Ara t-Taqsima 1.7.1.1

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 7.

Tabella 7

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-TRS minn kalkara tal-ġir

Parametru

Medja ta' kull sena

mg S/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Kubrit totali mnaqqas (TRS)

< 1 – 10 (27)

Emissjonijiet ta' NOx

BAT 26.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-NOx minn kalkara tal-ġir, il-BAT għandu japplika kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Kombustjoni u kontroll tal-kombustjoni ottimizzati

Ara t-Taqsima 1.7.1.2

b

Taħlit tajjeb tal-fjuwil u l-arja

c

Berner b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' NOx

d

Għażla tal-fjuwil/fjuwil b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' N

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 8.

Tabella 8

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' NOx minn kalkara tal-ġir

Parametru

Medja ta' kull sena

mg/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Medja ta' kull sena

kg NOx/ADt

NOx

Fjuwils likwidi

100 – 200 (28)

0,1 – 0,2 (28)

Fjuwils gassużi

100 – 350 (29)

0,1 – 0,3 (29)

Emissjonijiet ta' trab

BAT 27.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab minn kalkara tal-ġir, il-BAT għandu juża preċipitatur elettrostatiku (ESP) jew kombinazzjoni ta' ESP u scrubber imxarrab.

Deskrizzjoni

Ara t-Taqsima 1.7.1.1.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 9.

Tabella 9

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab minn kalkara tal-ġir

Parametru

Sistema ta' tnaqqis tat-trab

Medja ta' kull sena

mg/Nm3 f'livell ta' 6 % O2

Medja ta' kull sena

kg trab/ADt

Trab

Ġdida jew rinnovamenti maġġuri

10 – 25

0,005 – 0,02

Eżistenti

10 – 30 (30)

0,005 – 0,03 (30)

1.2.2.4.   Tnaqqis tal-emissjonijiet minn berner għal gassijiet qawwija bir-riħa (berner iddedikat għat-TRS)

BAT 28.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-SO2 mill-inċinerazzjoni ta' gassijiet qawwija bir-riħa f'berner iddedikat għat-TRS, il-BAT għandu juża scrubber tal-SO2 bl-alkalina.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 10.

Tabella 10

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tal-SO2 u tat-TRS mill-inċinerazzjoni ta' gassijiet qawwija f'berner iddedikat għat-TRS

Parametru

Medja ta' kull sena

mg/Nm3 f'livell ta' 9 % O2

Medja ta' kull sena

kg S/ADt

SO2

20 – 120

TRS

1 – 5

 

S gassużi (TRS-S + SO2-S)

0,002 – 0,05 (31)

BAT 29.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-NOx mill-inċinerazzjoni ta' gassijiet bir-riħa qawwija f'berner iddedikat għat-TRS, il-BAT għandu juża metodu tekniku wieħed jew kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Ottimizzazzjoni tal-berner/ħruq

Ara t-Taqsima 1.7.1.2

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Inċinerazzjoni fi stadji

Ara t-Taqsima 1.7.1.2

Applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ġodda u għal rinnovamenti maġġuri. Għall-fabbriki eżistenti, applikabbli biss jekk l-ispazju jippermetti l-inseriment ta' tagħmir ġdid

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 11.

Tabella 11

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' NOx mill-inċinerazzjoni ta' gassijiet qawwija f'berner iddedikat għat-TRS

Parametru

Medja ta' kull sena

mg/Nm3 f'livell ta' 9 % O2

Medja ta' kull sena

kg NOx/ADt

NOx

50 – 400 (32)

0,01 – 0,1 (32)

1.2.3.   Ġenerazzjoni tal-iskart

BAT 30.

Biex tiġi evitata l-ġenerazzjoni tal-iskart u jiġi minimizzat l-ammont ta' skart solidu li jrid jintrema, il-BAT għandu jirriċikla fil-proċess it-trab mill-ESPs tal-bojler ta' rkupru tal-likur iswed.

Applikabbiltà

Ir-riċirkolazzjoni tat-trab tista' tkun limitata minħabba elementi mhux tal-proċess fit-trab.

1.2.4.   Konsum u effiċjenza tal-enerġija

BAT 31.

Biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija termali (fwar), jiġi massimizzat il-benefiċċju tat-trasportaturi tal-enerġija li jintużaw, u biex jitnaqqas il-konsum tal-elettriku, il-BAT għandu japplika kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Kontenut għoli ta' solidi xotti magħmul mill-qoxra tal-injam, bl-użu ta' preses jew tnixxif effiċjenti

b

Bojlers tal-fwar ta' effiċjenza kbira, eż. temperaturi baxxi tal-gass mit-tromba ta' ċumnija

c

Sistemi ta' tisħin sekondarju effettivi

d

Għeluq tas-sistemi tal-ilma, inkluż l-impjant tal-ibbliċjar

e

Konċentrazzjoni kbira ta' polpa (teknika ta' konsistenza medja jew ħoxna)

f

Impjant tal-evaporazzjoni ta' effiċjenza kbira

g

Irkupru tas-sħana mit-tankijiet tat-tidwib, eż. permezz ta' scrubbers tal-fetħiet

h

Irkupru u użu tal-flussi ta' temperatura baxxa mill-effluwenti u sorsi oħra ta' sħana li jintremaja biex jissaħħan il-bini, l-ilma tal-alimentazzjoni tal-bojlers u l-ilma tal-proċess

i

Użu xieraq tas-sħana sekondarja u tal-kondensat sekondarju

j

Monitoraġġ u kontroll tal-proċessi, bl-użu ta' sistemi ta' kontroll avvanzati

k

Ottimizzazzjoni tan-netwerk integrat tal-iskambjaturi tas-sħana

l

Irkupru tas-sħana mill-gass taċ-ċumnija mill-bojler ta' rkupru bejn l-ESP u l-fann

m

Assigurazzjoni tal-ogħla konsistenza possibbli tal-polpa fl-iskrinjar u t-tindif

n

Użu ta' kontroll tal-veloċità ta' diversi muturi kbar

o

Użu ta' pompi tal-vakwu effiċjenti

p

Daqs xieraq tal-pajpijiet, tal-pompi u tal-fannijiet

q

Livelli ottimizzati tat-tankijiet

BAT 32.

Biex iżid l-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-BAT għandu japplika kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Kontenut solidu xott għoli tal-likur iswed (iżid l-effiċjenza tal-bojler, il-ġenerazzjoni tal-fwar u b'hekk il-ġenerazzjoni tal-elettriku)

b

Pressjoni u temperatura għolja tal-bojler ta' rkupru; fil-bojlers ta' rkupru ġodda l-pressjoni tista' tkun mill-anqas 100 bar u t-temperatura 510 °C

c

Pressjoni baxxa tal-fwar fl-iżbokk daqs kemm teknikament fattibbli

d

Turbina ta' kondensazzjoni għall-produzzjoni tal-enerġija mill-fwar żejjed

e

Effiċjenza kbira tat-turbina

f

Tisħin minn qabel tal-ilma tal-alimentazzjoni għal temperatura qrib it-temperatura tat-togħlija

g

Tisħin minn qabel tal-arja tal-kombustjoni u l-fjuwil iċċarġjat lill-bojlers

1.3.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PROĊESS TAL-PRODUZZJONI TAL-POLPA BIS-SULFIT

Għall-fabbriki integrati tal-polpa u l-karta bis-sulfit, japplikaw il-konklużjonijiet tal-BAT speċifiċi għall-proċess tal-produzzjoni tal-karta mogħtija fit-Taqsima 1.6, flimkien mal-BAT f'din it-taqsima.

1.3.1.   L-ilma li jintrema u l-emissjonijiet fl-ilma

BAT 33.

Biex jiġu evitati u mnaqqsal-emissjonijiet ta' inkwinanti fl-ilmijiet riċeventi mill-fabbrika kollha, il-BAT għandu juża kombinazzjoni xierqa tal-metodi tekniċi speċifikati fil-BAT 13, il-BAT 14, il-BAT 15 u l-BAT 16 u tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Tisjir modifikat estiż qabel l-ibbliċjar.

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba r-rekwiżiti tal-kwalità tal-polpa (meta tkun meħtieġa ħafna saħħa).

b

Tneħħija tal-lignin bl-ossiġnu qabel l-ibbliċjar

c

Skrinjar magħluq tal-brown stock u ħasil effiċjenti tal-brown stock.

Applikabbli b'mod ġenerali.

d

Evaporazzjoni tal-effluwenti mill-istadju tal-estrazzjoni sħuna tal-alkalina u inċinerazzjoni tal-konċentrati f'bojler tas-soda.

Applikabbiltà limitata għall-fabbriki tad-dissolving pulp, meta trattament bijoloġiku f'ħafna stadji tal-effluwenti jipprovdi sitwazzjoni ambjentali ġenerali aktar favorevoli.

e

Ibbliċjar TCF.

Applikabbiltà limitata għall-fabbriki tal-polpa tal-karti kummerċjali li jipproduċu polpa ta' tleqqija għolja u għall-fabbriki li jimmanifatturaw polpa speċjali għal applikazzjonijiet kimiċi.

f

Ibbliċjar biċ-ċirkwit magħluq.

Applikabbli biss għal impjanti li jużaw l-istess bażi għat-tisjir u aġġustament tal-pH fl-ibbliċjar.

g

Ibbliċjar minn qabel ibbażat fuq l-MgO u riċirkolazzjoni tal-likwidi tal-ħasil mill-ibbliċjar minn qabel għall-ħasil tal-brown stock.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minn fatturi bħall-kwalità tal-prodott (eż. purità, indafa u tleqqija), in-numru kappa wara t-tisjir, il-kapaċità idrawlika tal-istallazzjoni u l-kapaċità tat-tankijiet, l-evaporaturi u l-bojlers ta' rkupru, u l-possibbiltà li jitnaddaf it-tagħmir tat-tindif.

h

Aġġustament tal-pH ta' likur dgħajjef qabel/ġewwa l-impjant tal-evaporazzjoni.

Applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti bbażati fuq il-manjeżju. Meħtieġa l-kapaċità żejda fil-bojler ta' rkupru u fiċ-ċirkwit tal-irmied.

i

Trattament anerobiku tal-kondensati mill-evaporaturi.

Applikabbli b'mod ġenerali.

j

Tneħħija u rkupru tal-SO2 mill-kondensati tal-evaporaturi.

Applikabbli jekk ikun meħtieġ għall-protezzjoni tat-trattament anerobiku tal-effluwent.

k

Monitoraġġ u kontroll effettiv tat-tixrid, anki b'sistema ta' rkupru tal-kimiċi u l-enerġija.

Applikabbli b'mod ġenerali.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 12 u t-Tabella 13. Dawn il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT ma japplikawx għall-fabbriki tad-dissolving pulp u għall-manifattura ta' polpa speċjali għal applikazzjonijiet kimiċi.

Il-fluss ta' ilma li jintrema ta' referenza għall-fabbriki tas-sulfit huwa stabbilit fil-BAT 5.

Tabella 12

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi minn fabbrika tal-polpa li timmanifattura polpa tal-grad ta' karta bbliċjata bis-sulfit u magnefite

Parametru

Polpa tal-grad ta' karta bbliċjata bis-sulfit (33)

Polpa tal-grad ta' karta magnefite (33)

 

Medja ta' kull sena

kg/ADt (34)

Medja ta' kull sena

kg/ADt

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

10 – 30 (35)

20 – 35

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,4 – 1,5

0,5 – 2,0

Nitroġenu totali

0,15 – 0,3

0,1 – 0,25

Fosfru totali

0,01 – 0,05 (35)

0,01 – 0,07

 

Medja ta' kull sena

mg/l

 

Aloġeni marbuta b'mod organiku li jistgħu jiġu assorbiti (AOX)

0,5 – 1,5 (36)  (37)

 


Tabella 13

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi minn fabbrika tal-polpa bis-sulfit li timmanifattura polpa NSSC

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/ADt (38)

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

3,2 – 11

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,5 – 1,3

Nitroġenu totali

0,1 – 0,2 (39)

Fosfru totali

0,01 – 0,02

Il-konċentrazzjoni tal-BOD fl-effluwenti ttrattati hija mistennija li tkun baxxa (madwar 25 mg/l bħala kampjun kompost ta' 24 siegħa).

1.3.2.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 34.

Biex jiġu evitati u mnaqqsal-emissjonijiet tal-SO2, il-BAT għandu jiġbor il-flussi kollha b'konċentrazzjoni kbira tal-gass SO2 mill-produzzjoni tal-likur aċiduż, id-diġesturi, id-diffużuri jew il-blow tanks u jirkupra l-komponenti tal-kubrit.

BAT 35.

Biex jiġu evitati u mnaqqsal-emissjonijiet li fihom il-kubrit u l-emissjonijiet bir-riħa mill-ħasil, mill-iskrinjar u mill-evaporaturi, il-BAT għandu jiġbor dawn il-gassijiet dgħajfa u japplika wieħed mill-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Inċinerazzjoni f'bojler ta' rkupru

Ara t-Taqsima 1.7.1.3

Mhux applikabbli għall-fabbriki tal-polpa bis-sulfit li jużaw tisjir ibbażat fuq il-kalċju. Dawn il-fabbriki ma joperawx bojler ta' rkupru

b

Scrubber imxarrab

Ara t-Taqsima 1.7.1.3

Applikabbli b'mod ġenerali

BAT 36.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-NOx minn bojler ta' rkupru, il-BAT għandu juża sistema ta' ħruq ottimizzata li tinkludi wieħed mill-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt jew kombinazzjoni tagħhom.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Ottimizzazzjoni tal-bojler ta' rkupru permezz ta' kontroll tal-kundizzjonijiet ta' ħruq

Ara t-Taqsima 1.7.1.2

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Injezzjoni gradwali tal-likur mitfi

Applikabbli għal bojlers ta' rkupru kbar u bojlers ta' rkupru li jkunu ġarrbu rinnovamenti kbar

c

Tnaqqis mhux katalittiku selettiv (SNCR)

Il-modifikazzjoni tal-bojlers ta' rkupru eżistenti tista' tkun limitata minħabba l-problemi ta' skala u l-ħtiġijiet akbar assoċjati ta' tindif u manutenzjoni. Għall-fabbriki bbażati fuq l-ammonju, ma kienet irrapportata l-ebda applikazzjoni; iżda minħabba kundizzjonijiet speċifiċi fil-gass li jintrema, l-SNCR huwa mistenni li jkun mingħajr effett. Mhux applikabbli għall-fabbriki bbażati fuq is-sodju minħabba r-riskju ta' splużjoni

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 14.

Tabella 14

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' NOx u NH3 minn bojler ta' rkupru

Parametru

Medja ta' kuljum

mg/Nm3 f'livell ta' 5 % O2

Medja ta' kull sena

mg/Nm3 f'livelli ta' 5 % O2

NOx

100 – 350 (40)

100 – 270 (40)

NH3 (ħruġ ta' ammonijaka għall-SNCR)

< 5

BAT 37.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-SO2 minn bojler ta' rkupru, il-BAT għandu juża wieħed mill-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt u jillimita l-“operazzjoni aċiduża” tal-iscrubbers għall-minimu meħtieġ biex jassigura l-funzjonament xieraq tagħhom.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

ESP jew multiċikluni bi scrubbers ta' venturi b'ħafna stadji

Ara t-Taqsima 1.7.1.3

b

ESP jew multiċikluni bi scrubbers downstream bi dħul doppju b'ħafna stadji

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 15.

Tabella 15

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab u tal-SO2 minn bojler ta' rkupru

Parametru

Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

mg/Nm3 f'livell ta' 5 % O2

Trab

5 – 20 (41)  (42)

 

Medja ta' kuljum

mg/Nm3 f'livell ta' 5 % O2

Medja ta' kull sena

mg/Nm3 f'livell ta' 5 % O2

SO2

100 – 300 (43)  (44)  (45)

50 – 250 (43)  (44)

Il-livell tal-prestazzjoni ambjentali assoċjat mal-BAT huwa d-dewmien ta' operazzjoni bl-aċidu ta' madwar 240 siegħa fis-sena għall-iscrubbers, u anqas minn 24 siegħa fix-xahar għall-aħħar scrubber monosulfit.

1.3.3.   Il-konsum u l-effiċjenza tal-enerġija

BAT 38.

Biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija termali (fwar), jiġi massimizzat il-benefiċċju tat-trasportaturi tal-enerġija li jintużaw, u biex jitnaqqas il-konsum tal-elettriku, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Kontenut għoli ta' solidi xotti magħmul mill-qoxra tal-injam, bl-użu ta' preses jew tnixxif effiċjenti

b

Bojlers tal-fwar ta' effiċjenza kbira, eż. temperaturi baxxi tal-gass tal-egżost

c

Sistemi ta' tisħin sekondarju effettivi

d

Għeluq tas-sistemi tal-ilma, inkluż l-impjant tal-ibbliċjar

e

Konċentrazzjoni kbira tal-polpa (metodi tekniċi ta' konsistenza medja jew ħoxna)

f

Irkupru u użu tal-flussi ta' temperatura baxxa mill-effluwenti u sorsi oħra ta' sħana li jintremaja biex jissaħħan il-bini, l-ilma tal-alimentazzjoni tal-bojlers u l-ilma tal-proċess

g

Użu xieraq tas-sħana sekondarja u tal-kondensat sekondarju

h

Monitoraġġ u kontroll tal-proċessi, bl-użu ta' sistemi ta' kontroll avvanzati

i

Ottimizzazzjoni tan-netwerk integrat tal-iskambjaturi tas-sħana

j

Assigurazzjoni tal-ogħla konsistenza possibbli tal-polpa fl-iskrinjar u t-tindif

k

Livelli ottimizzati tat-tankijiet

BAT 39.

Biex iżid l-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-BAT għandu japplika kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

a

Pressjoni u temperatura għolja tal-bojler ta' rkupru

b

Pressjoni baxxa tal-fwar fl-iżbokk fit-turbina tal-pressjoni lura daqs kemm teknikament fattibbli

c

Turbina ta' kondensazzjoni għall-produzzjoni tal-enerġija mill-fwar żejjed

d

Effiċjenza kbira tat-turbina

e

Tisħin minn qabel tal-ilma tal-alimentazzjoni għal temperatura qrib it-temperatura tat-togħlija

f

Tisħin minn qabel tal-arja tal-kombustjoni u l-fjuwil iċċarġjat lill-bojlers

1.4.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAL-POLPA MEKKANIKA U L-PRODUZZJONI TAL-POLPA KEMIMEKKANIKA

Il-konklużjonijiet tal-BAT f'din it-taqsima japplikaw għall-fabbriki integrati kollha tal-polpa mekkanika, il-karta u l-kartun u għall-fabbriki tal-polpa mekkanika, il-fabbriki tal-polpa CTMP u CMP. il-BAT 49, il-BAT 51, il-BAT 52c u l-BAT 53 japplikaw għall-produzzjoni tal-karta f'fabbriki integrati tal-polpa mekkanika, il-karta u l-kartun, flimkien mal-konklużjonijiet tal-BAT f'din it-taqsima.

1.4.1.   L-ilma li jintrema u l-emissjonijiet fl-ilma

BAT 40.

Biex jitnaqqas l-użu tal-ilma ħelu, il-fluss tal-ilma li jintrema, u t-tagħbija tat-tniġġis, il-BAT għandu juża kombinazzjoni xierqa tal-metodi tekniċi speċifikati fil-BAT 13, fil-BAT 14, fil-BAT 15 u fil-BAT 16 u tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Fluss kontra l-kurrent tal-ilma tal-proċess u separazzjoni tas-sistemi tal-ilma.

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Ibbliċjar b'konsistenza għolja.

c

Stadju tal-ħasil qabel l-irfinar tal-polpa mekkanika tal-injam artab permezz ta' trattament minn qabel tal-laqx.

d

Sostituzzjoni tal-NaOH bis-Ca(OH)2 jew Mg(OH)2 bħala alkali fl-ibbliċjar bil-perossidu.

L-applikabbiltà għall-ogħla livelli ta' tleqqija tista' tkun ristretta

e

Irkupru tal-fibri u l-fillers u trattament tal-ilma abjad (produzzjoni tal-karta).

Applikabbli b'mod ġenerali

f

Disinn u kostruzzjoni ottimali tat-tankijiet u l-kaxxi (produzzjoni tal-karta).

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 16. Dawn il-BAT-AELs japplikaw ukoll għall-fabbriki tal-polpa mekkanika. Il-fluss ta' ilma li jintrema ta' referenza għall-fabbriki integrati tal-polpa mekkanika, CTM u CTMP huma stabbiliti biss fil-BAT 5.

Tabella 16

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi mill-produzzjoni integrata tal-karta u l-kartun minn polpi mekkaniċi prodotti fis-sit

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/t

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

0,9 – 4,5 (46)

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,06 – 0,45

Nitroġenu totali

0,03 – 0,1 (47)

Fosfru totali

0,001 – 0,01


Tabella 17

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi minn fabbrika tal-polpa CTMP jew CMP

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/ADt

Domanda totali ta' ossiġnu (COD)

12 – 20

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,5 – 0,9

Nitroġenu totali

0,15 – 0,18 (48)

Fosfru totali

0,001 – 0,01

Il-konċentrazzjoni tal-BOD fl-effluwenti ttrattati hija mistennija li tkun baxxa (madwar 25 mg/l bħala kampjun kompost ta' 24 siegħa).

1.4.2.   Il-konsum u l-effiċjenza tal-enerġija

BAT 41.

Biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija termali u elettrika, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Użu ta' raffinaturi li jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti

Applikabbli meta jiġi mibdul, mibni mill-ġdid jew imtejjeb tagħmir tal-proċess

b

Irkupru estensiv tas-sħana sekondarja minn raffinaturi TMP u CTMP u użu mill-ġdid tal-fwar irkuprat fit-tnixxif tal-karta jew tal-polpa

Applikabbli b'mod ġenerali

c

Minimizzazzjoni tat-telf tal-fibra billi jintużaw sistemi effiċjenti ta' raffinazzjoni tar-rifjuti (raffinaturi sekondarji)

d

Stallazzjoni ta' tagħmir li jiffranka l-enerġija, inkluż kontroll awtomatizzat tal-proċess minflok sistemi manwali

e

Tnaqqis tal-użu tal-ilma ħelu permezz ta' trattament intern tal-ilma tal-proċess u sistemi ta' riċirkolazzjoni

f

Tnaqqis tal-użu dirett tal-fwar permezz ta' integrazzjoni bir-reqqa tal-proċessi bl-użu pereżempju ta' pinch analysis

1.5.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-IPPROĊESSAR TA' KARTA GĦAR-RIĊIKLAĠĠ

Il-konklużjonijiet tal-BAT f'din it-taqsima japplikaw għall-fabbriki RCF integrati kollha u għall-fabbriki tal-polpa RCF. Il-BAT 49, il-BAT 51, il-BAT 52c u l-BAT 53 japplikaw ukoll għall-produzzjoni tal-karta f'fabbriki integrati tal-polpa, karta u kartun RCF, flimkien mal-konklużjonijiet tal-BAT f'din it-taqsima.

1.5.1.   Il-ġestjoni tal-materjali

BAT 42.

Biex ikun evitat it-tniġġis tal-ħamrija u tal-ilma ta' taħt l-art jew biex jitnaqqas ir-riskju ta'dan, u biex jitnaqqas il-ġarr bir-riħ tal-karta għar-riċiklaġġ u l-emissjonijiet imxerrda tat-trab mid-depost tal-karti għar-riċiklaġġ, il-BAT għandu juża metodu tekniku jew kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Uċuħ ebsin taż-żona tal-ħżin ta' karti għar-riċiklaġġ

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Ġbir tal-iskol ikkontaminat miż-żona tal-ħżin tal-karti għar-riċiklaġġ u trattament f'impjant tat-trattament tal-ilma li jintrema (ilma tax-xita mhux ikkontaminat, eż. mis-soqfa jista' jiġi skarikat separatament)

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mill-grad ta' kontaminazzjoni tal-iskol (konċentrazzjoni baxxa) u/jew id-daqs tal-impjanti tat-trattament tal-ilma li jintrema (volumi kbar)

c

Tidwir tat-terren tad-depost tal-karti għar-riċiklaġġ bi stekkati bħala protezzjoni kontra l-ġarr bir-riħ

Applikabbli b'mod ġenerali

d

Tindif regolari taż-żona tal-ħażna u knis tal-mogħdijiet assoċjati u tbattil tal-gullies biex jitnaqqsu l-emissjonijiet imxerrda tat-trab. Dan inaqqas id-debris tal-karti u l-fibri li jittajru bir-riħ u t-tgħaffiġ tal-karti mit-traffiku fuq is-sit, li jista' jikkawża emissjoni addizzjonali tat-trab, speċjalment fl-istaġun xott.

Applikabbli b'mod ġenerali

e

Ħażna tal-balal jew tal-karti maħlula taħt saqaf biex il-materjal jiġi protett mill-influwenzi tat-temp (indewwa, proċessi ta' degradazzjoni mikrobijoloġiċi, eċċ.)

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mid-daqs taż-żona

1.5.2.   L-ilma li jintrema u l-emissjonijiet fl-ilma

BAT 43.

Biex inaqqas l-użu tal-ilma ħelu, il-fluss tal-ilma li jintrema, u t-tagħbija tat-tniġġis, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Separazzjoni tas-sistemi tal-ilma

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

b

Fluss kontra l-kurrent tal-ilma tal-proċess u riċirkolazzjoni tal-ilma

c

Riċiklaġġ parzjali tal-ilma li jintrema ttrattat wara trattament bijoloġiku

Ħafna fabbriki tal-karta RCF jirriċiklaw fluss parzjali ta' ilma li jintrema ttrattat b'mod bijoloġiku lura fiċ-ċirkwit tal-ilma, speċjalment fabbriki li jipproduċu corrugated medium jew Testliner

d

Iċċarar tal-ilma abjad

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

BAT 44.

Biex iżomm għeluq avvanzat taċ-ċirkwit tal-ilma f'fabbriki li jipproċessaw il-karta għar-riċiklaġġ u biex jevita l-effetti negattivi possibbli miż-żieda fir-riċiklaġġ tal-ilma tal-proċess, il-BAT għandu juża metodu tekniku jew kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

a

Monitoraġġ u kontroll kontinwu tal-kwalità tal-ilma tal-proċess

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

b

Prevenzjoni u eliminazzjoni tal-bijoriti bl-użu ta' metodi li jimminimizzaw l-emissjonijiet tal-bijoċidi

c

Tneħħija tal-kalċju mill-ilma tal-proċess permezz ta' preċipitazzjoni kkontrollata tal-karbonat tal-kalċju

Applikabbiltà

Il-metodi tekniċi (a) — (c) huma applikabbli għall-fabbriki tal-karta RCF b'għeluq avanzat taċ-ċirkwit tal-ilma.

BAT 45.

Biex jevita u jnaqqas it-tagħbija tat-tniġġis tal-ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi mill-fabbrika kollha, il-BAT għandu juża kombinazzjoni xierqa tal-metodi tekniċi speċifiċi fil-BAT 13, il-BAT 14, il-BAT 15, il-BAT 16, il-BAT 43 u l-BAT 44.

Għall-fabbriki integrati tal-karta RCF, il-BAT-AELs jinkludu l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-karta, billi ċ-ċirkwiti tal-ilma abjad tal-magna tal-karti huma konnessi mill-qrib ma' dawk tal-preparazzjoni tal-istokk.

Il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 18 u t-Tabella 19.

Il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT fit-Tabella 18 japplikaw ukoll għall-fabbriki tal-polpa RCF mingħajr tneħħija tal-linka, u l-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT fit-Tabella 19 japplikaw ukoll għall-fabbriki tal-polpa RCF bi tneħħija tal-linka.

Il-fluss tal-ilma li jintrema ta' referenza għall-fabbriki RCF huwa stabbilit fil-BAT 5.

Tabella 18

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi mill-produzzjoni integrata ta' karta u kartun minn polpa ta' fibri riċiklati, prodotta mingħajr tneħħija tal-linka fis-sit

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/t

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

0,4 (49) – 1,4

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,02 – 0,2 (50)

Nitroġenu totali

0,008 – 0,09

Fosfru totali

0,001 – 0,005 (51)

Aloġeni marbuta b'mod organiku li jistgħu jiġu assorbiti (AOX)

0,05 for wet strength paper


Tabella 19

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi mill-produzzjoni integrata ta' karta u kartun minn polpa ta' fibri riċiklati prodotta bi tneħħija tal-linka fis-sit

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/t

Domanda totali ta' ossiġnu (COD)

0,9 – 3,0

0,9 – 4,0 għall-karta tissue

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,08 – 0,3

0,1 – 0,4 għall-karta iġjenika

Nitroġenu totali

0,01 – 0,1

0,01 – 0,15 għall-karta tissue

Fosfru totali

0,002 – 0,01

0,002 – 0,015 għall-karta tissue

Aloġeni marbuta b'mod organiku li jistgħu jiġu assorbiti (AOX)

0,05 għall-karta ta' saħħa mxarrba

Il-konċentrazzjoni tal-BOD fl-effluwenti ttrattati hija mistennija li tkun baxxa (madwar 25 mg/l bħala kampjun kompost ta' 24 siegħa).

1.5.3.   Il-konsum u l-effiċjenza tal-enerġija

BAT 46.

Il-BAT għandu jnaqqas il-konsum tal-enerġija elettrika fil-fabbriki tal-karta li jipproċessaw RCF billi juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Produzzjoni ta' polpa ta' konsistenza ħoxna għad-diżintegrazzjoni tal-karta għar-riċiklaġġ f'fibri separati

Applikabbli b'mod ġenerali għall-impjanti ġodda u għall-impjanti eżistenti fil-każ ta' rinnovament maġġuri

b

Skrinjar oħxon u fin effiċjenti permezz ta' ottimizzazzjoni tad-disinn tar-rotors, l-iskrins u t-tħaddim tal-iskrins, li tippermetti l-użu ta' tagħmir iżgħar b'konsum speċifiku aktar baxx ta' enerġija

c

Kunċetti ta' preparazzjoni tal-istokk li jiffrankaw l-enerġija li jneħħu l-impuritajiet kemm jista' jkun kmieni fil-proċess ta' produzzjoni mill-ġdid tal-polpa, billi jużaw għadd iżgħar ta' komponenti tal-magni u dawn ikunu mtejba, u b'hekk jillimitaw l-ipproċessar tal-fibri li juża ħafna enerġija

1.6.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAL-KARTA U L-PROĊESSI RELATATI

Il-konklużjonijiet tal-BAT f'din it-taqsima japplikaw għall-fabbriki tal-karta u l-fabbriki tal-kartun kollha mhux integrati u għall-parti li tipproduċi l-karta u l-kartun tal-fabbriki integrati kraft, tas-sulfit, CTMP u CMP.

Il-BAT 49, il-BAT 51, il-BAT 52c u l-BAT 53 japplikaw għall-fabbriki integrati kollha tal-polpa u l-karta.

Għall-fabbriki integrati tal-polpa u l-karta kraft, tas-sulfit, CTMP u CMP, japplika wkoll il-BAT speċifiku għall-proċess għall-produzzjoni tal-polpa, flimkien mal-konklużjonijiet tal-BAT f'din it-taqsima.

1.6.1.   L-ilma li jintrema u l-emissjonijiet fl-ilma

BAT 47.

Biex inaqqas il-ġenerazzjoni tal-ilma li jintrema, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Disinn u kostruzzjoni ottimali tat-tankijiet u l-kaxxi

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

Applikabbli għall-impjanti ġodda u għall-impjanti eżistenti fil-każ ta' rinnovament maġġuri

b

Irkupru tal-fibri u l-fillers u trattament tal-ilma abjad

Applikabbli b'mod ġenerali

c

Riċirkolazzjoni tal-ilma

Applikabbli b'mod ġenerali. Il-materjal organiku, inorganiku u kollojdali maħlul jista' jillimita l-użu mill-ġdid tal-ilma fl-erja tal-wajers

d

Ottimizzazzjoni tal-bexxiexa fil-magna tal-karti

Applikabbli b'mod ġenerali

BAT 48.

Biex inaqqas l-użu tal-ilma ħelu u l-emissjonijiet fl-ilma minn fabbriki ta' karta speċjali, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Titjib tal-ippjanar tal-produzzjoni tal-karta

Titjib tal-ippjanar biex jiġu ottimizzati l-kombinazzjonijiet tal-lottijiet tal-produzzjoni u t-tul

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Ġestjoni taċ-ċirkwiti tal-ilma biex jaqblu mal-bidliet

Aġġustament taċ-ċirkwiti tal-ilma biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-bidliet fil-gradi tal-karta, fil-kuluri u fl-addittivi kimiċi li jintużaw

c

Impjant tat-trattament tal-ilma li jintrema lest biex ilaħħaq mal-bidliet

Aġġustament tat-trattament tal-ilma li jintrema biex ikun jista' jlaħħaq mal-varjazzjonijiet tal-flussi, mal-konċentrazzjonijiet baxxi ta' addittivi kimiċi u t-tipi u l-ammonti differenti ta' dawn

d

Aġġustament tas-sistema tal-broke u tal-kapaċitajiet tal-kaxxi

e

Minimizzazzjoni tal-ħruġ ta' addittivi kimiċi (eż. aġenti reżistenti kontra l-griż/ilma) li fihom komposti per- jew polifluworinati jew li jikkontribwixxu għall-formazzjoni tagħhom

Applikabbli biss għal impjanti li jipproduċu karta bi proprjetajiet reżistenti għall-griż/ilma

f

Bidla għal għajnuniet għall-prodotti li fihom livell baxx ta' AOX (eż. biex jiġi sostitwit l-użu ta' aġenti tas-saħħa mxarrba bbażati fuq reżini tal-epikloridrina)

Applikabbli biss għall-impjanti li jipproduċu gradi ta' karta b'saħħa mxarrba kbira

BAT 49.

Biex jitnaqqsu t-tagħbijiet tal-emissjonijiet ta' kuluri tal-kisi u aġenti li jgħaqqdu li jistgħu jiddisturbaw l-impjant bijoloġiku tat-trattament tal-ilma li jintrema, il-BAT għandu juża l-metodu tekniku (a) mogħti hawn taħt jew, jekk dan ma jkunx teknikament fattibbli, il-metodu tekniku (b) mogħti hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Irkupru tal-kuluri tal-kisi/riċiklaġġ tal-pigmenti

L-effluwenti li fihom kuluri tal-kisi jinġabru separatament. Il-kimiċi tal-kisi jiġu rkuprati pereżempju permezz ta':

(i)

ultrafiltrazzjoni;

(ii)

proċess ta' skrining-flokkulazzjoni-deidratazzjoni bir-ritorn tal-pigmenti għall-proċess tal-kisi. L-ilma ċċarat jista' jerġa' jintuża fil-proċess

Għall-ultrafiltrazzjoni, l-applikabbiltà tista' tkun limitata meta:

il-volumi tal-effluwent ikunu żgħar ħafna

l-effluwenti tal-kisi jkunu ġġenerati f'diversi postijiet fil-fabbrika

iseħħu bosta bidliet fil-kisi; jew

riċetti differenti tal-kulur tal-kisi ma jkunux kompatibbli

b

Trattament minn qabel tal-effluwenti li fihom kuluri tal-kisi

L-effluwenti li fihom kuluri tal-kisi jiġu ttrattati pereżempju permezz ta' flokkulazzjoni biex jiġi protett it-trattament bijoloġiku sussegwenti tal-ilma li jintrema

Applikabbli b'mod ġenerali

BAT 50.

Biex tiġi evitata u mnaqqsa t-tagħbija tat-tniġġis tal-ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi mill-fabbrika kollha, il-BAT għandu juża kombinazzjoni xierqa tal-metodi tekniċi speċifikati fil-BAT 13, fil-BAT 14, fil-BAT 15, fil-BAT 47, fil-BAT 48 u fil-BAT 49.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT

Ara t-Tabella 20 u t-Tabella 21.

Il-BAT-AELs fit-Tabella 20 u t-Tabella 21 japplikaw ukoll għall-proċess tal-produzzjoni tal-karta u l-kartun tal-fabbriki integrati tal-polpa u l-karta kraft, tas-sulfit, CTMP u CMP.

Il-fluss ta' ilma li jintrema ta' referenza għall-fabbriki mhux integrati tal-karta u l-kartun huwa stabbilit fil-BAT 5.

Tabella 20

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi minn fabbrika mhux integrata tal-karta u l-kartun (eskluża l-karta speċjali)

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/t

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

0,15 – 1,5 (52)

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,02 – 0,35

Nitroġenu totali

0,01 – 0,1

0,01 – 0,15 għall-karta tissue

Fosfru totali

0,003 – 0,012

Aloġeni marbuta b'mod organiku li jistgħu jiġu assorbiti (AOX)

0,05 għall-karta dekorattiva u ta' saħħa mxarrba

Il-konċentrazzjoni tal-BOD fl-effluwenti ttrattati hija mistennija li tkun baxxa (madwar 25 mg/l bħala kampjun kompost ta' 24 siegħa).

Tabella 21

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-iskariku dirett ta' ilma li jintrema fl-ilmijiet riċeventi minn fabbrika mhux integrata ta' karta speċjali

Parametru

Medja ta' kull sena

kg/t (53)

Domanda kimika ta' ossiġnu (COD)

0,3 – 5 (54)

Solidi sospiżi totali (TSS)

0,10 – 1

Nitroġenu totali

0,015 – 0,4

Fosfru totali

0,002 – 0,04

Aloġeni marbuta b'mod organiku li jistgħu jiġu assorbiti (AOX)

0,05 għall-karta dekorattiva u ta' saħħa mxarrba

1.6.2.   L-emissjonijiet fl-arja

BAT 51.

Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-VOC minn magni tal-kisi off-line jew on-line, il-BAT għandu jagħżel riċetti tal-kulur tal-kisi (kompożizzjonijiet) li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-VOC.

1.6.3.   Il-ġenerazzjoni tal-iskart

BAT 52.

Biex jitnaqqas l-ammont ta' skart li jrid jintrema, il-BAT għandu jevita l-ġenerazzjoni tal-iskart u jwettaq operazzjonijiet ta' riċiklaġġ billi juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt (ara l-BAT 20 ġenerali).

 

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a

Irkupru tal-fibri u tal-fillers u trattament tal-ilma abjad

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

Applikabbli b'mod ġenerali

b

Sistema ta' riċirkolazzjoni tal-broke

Il-broke minn postijiet/fażijiet differenti tal-proċess tal-produzzjoni tal-karta jiġi miġbur, magħmul polpa mill-ġdid u ritornat fl-alimentazzjoni tal-fibra

Applikabbli b'mod ġenerali

c

Irkupru tal-kuluri tal-kisi/riċiklaġġ tal-pigmenti

Ara t-Taqsima 1.7.2.1

 

d

Użu mill-ġdid tal-ħama tal-fibri mit-trattament primarju tal-ilma li jintrema

Il-ħama b'kontenut għoli ta' fibra mit-trattament primarju tal-ilma li jintrema jista' jerġa' jintuża fi proċess tal-produzzjoni

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mir-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodott

1.6.4.   Il-konsum u l-effiċjenza tal-enerġija

BAT 53.

Biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija termali u elettrika, il-BAT għandu juża kombinazzjoni tal-metodi tekniċi mogħtija hawn taħt.

 

Metodu tekniku

Applikabbiltà

a

Metodi tekniċi ta' skrining li jiffrankaw l-enerġija (disinn ottimizzat tar-rotors, skrins u tħaddim tal-iskrins)

Applikabbli għall-fabbriki ġodda jew rinnovamenti maġġuri

b

Irfinar tal-aħjar prattika b'irkupru tas-sħana mir-raffinaturi

c

Deidratazzjoni ottimizzata fit-taqsima tal-pressa tal-magna tal-karti/wide nip press

Mhux applikabbli għall-karta tissue u bosta gradi ta' karta speċjali

d

Irkupru tal-kondensat tal-fwar u użu ta' sistemi effiċjenti għall-irkupru tas-sħana mill-arja tal-egżost

Applikabbli b'mod ġenerali

e

Tnaqqis tal-użu dirett tal-fwar b'integrazzjoni attenta tal-proċess bl-użu pereżempju ta' pinch analysis

f

Raffinaturi effiċjenti ħafna

Applikabbli għall-impjanti ġodda

g

Ottimizzazzjoni tal-mod ta' ħidma fir-raffinaturi eżistenti (eż. tnaqqis tal-ħtiġijiet ta' enerġija mingħajr tagħbija)

Applikabbli b'mod ġenerali

h

Disinn ottimizzat tal-ippumpjar, kontroll b'veloċità varjabbli tad-drives għall-pompi, drives mingħajr gerijiet

i

Teknoloġiji avanzati tal-irfinar

j

Tisħin tal-kaxxa tal-fwar tax-xibka tal-karti biex jittejbu l-proprjetajiet ta' tbattil/kapaċità ta' deidratazzjoni

Mhux applikabbli għall-karta tissue u bosta gradi ta' karta speċjali

k

Sistema ottimizzata tal-vakwu (eż. fannijiet turbo minflok water ring pumps)

Applikabbli b'mod ġenerali

l

Ottimizzazzjoni tal-ġenerazzjoni u manutenzjoni tan-netwerk tad-distribuzzjoni

m

Ottimizzazzjoni tal-irkupru tas-sħana, tas-sistema tal-arja, tal-iżolament

n

Użu ta' muturi ta' effiċjenza kbira (EFF1)

o

Tisħin minn qabel tal-ilma tal-bexx bi skambjatur tas-sħana

p

Użu tas-sħana li jintremaja għat-tnixxif tal-ħama jew għat-titjib tal-bijomassa deidrata

q

Irkupru tas-sħana mill-axial blowers (jekk jintużaw) għall-arja ta' provvista tal-hood tat-tnixxif

r

Irkupru tas-sħana tal-arja tal-egżost mill-Yankee hood bi trickling tower

s

Irkupru tas-sħana mill-arja sħuna infraħamra tal-egżost

1.7.   DESKRIZZJONI TAL-METODI TEKNIĊI

1.7.1.   Deskrizzjoni tal-metodi tekniċi għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-emissjonijiet fl-arja

1.7.1.1.   Trab

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Il-preċipitaturi elettrostatiċi joperaw b'mod li l-partikuli jiġu ċċarġjati u separati taħt l-influwenza ta' kamp elettriku. Huma kapaċi joperaw f'firxa wiesgħa ta' kundizzjonijiet.

Scrubber tal-alkalina

Ara t-Taqsima 1.7.1.3 (scrubber imxarrab).

1.7.1.2.   NOx

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Tnaqqis tal-proporzjon arja/fjuwil

Il-metodu tekniku huwa bbażat prinċipalment fuq il-karatteristiċi li ġejjin:

kontroll attent tal-arja użata għall-kombustjoni (livell baxx ta' ossiġnu żejjed),

minimizzazzjoni tat-tnixxijiet tal-arja fil-forn,

disinn modifikat tal-kompartiment ta' kombustjoni tal-forn.

Kombustjoni u kontroll tal-kombustjoni ottimizzati

Dan il-metodu tekniku, li huwa bbażat fuq monitoraġġ permanenti tal-parametri xierqa ta' kombustjoni (eż. kontenut ta' O2, CO, proporzjon fjuwil/arja, komponenti mhux maħruqa, juża teknoloġija ta' kontroll biex jinkisbu l-aħjar kundizzjonijiet ta' kombustjoni.

Il-formazzjoni u l-emissjonijiet tal-NOx jistgħu jitnaqqsu billi jiġu aġġustati l-parametri tat-tħaddim, id-distribuzzjoni tal-arja, l-ossiġnu żejjed, l-iffurmar tal-fjamma u l-profil tat-temperatura.

Inċinerazzjoni fi stadji

L-inċinerazzjoni fi stadji hija bbażata fuq l-użu ta' żewġ żoni ta' ħruq, bi proporzjonijiet tal-arja u temperaturi kkontrollati fl-ewwel kompartiment. L-ewwel żona ta' ħruq topera f'kundizzjonijiet substojkjometriċi biex taqleb il-komposti tal-ammonja f'nitroġenu elementari f'temperatura għolja. Fit-tieni żona, l-alimentazzjoni addizzjonali tal-arja tkompli l-kombustjoni f'temperatura aktar baxxa. Wara l-inċinerazzjoni f'żewġ stadji, il-gass mit-tromba taċ-ċumnija jgħaddi għat-tieni kompartiment biex tiġi rkuprata s-sħana mill-gassijiet, li jipproduċi l-fwar għall-proċess.

Għażla tal-fjuwil/fjuwil b'N baxx

L-użu ta' fjuwils b'kontenut baxx ta' nitroġenu jnaqqas l-ammont ta' emissjonijiet tal-NOx mill-ossidazzjoni tan-nitroġenu li fih il-fjuwil waqt il-kombustjoni.

Il-kombustjoni tas-CNCG jew ta' fjuwils ibbażati fuq il-bijomassa żżid l-emissjonijiet tal-NOx meta mqabbel maż-żejt u l-gass naturali, billi s-CNCG u l-fjuwils kollha derivati mill-injam fihom aktar nitroġenu miż-żejt u l-gass naturali.

Minħabba t-temperaturi ogħla tal-kombustjoni, it-tħaddim bil-gass iwassal għal livelli ogħla ta' NOx mit-tħaddim biż-żejt.

Berner b'emissjonijiet baxxi ta' NOX

Il-berners b'emissjonijiet baxxi ta' NOx huma bbażati fuq il-prinċipji tat-tnaqqis tat-temperaturi massimi tal-fjamma, l-ittardjar iżda t-tlestija tal-kombustjoni u ż-żieda tat-trasferiment tas-sħana (żieda fl-emissività tal-fjamma). Dan jista' jkun assoċjat ma' disinn modifikat tal-kompartiment tal-kombustjoni tal-forn.

Injezzjoni fi stadji tal-likur mitfi

L-injezzjoni ta' likur mitfi tas-sulfit fil-bojler f'diversi livelli vertikali tipprevjeni l-formazzjoni tal-NOx, u tipprovdi għal kombustjoni sħiħa.

Tnaqqis mhux katalittiku selettiv (SNCR)

Il-metodu tekniku huwa bbażat fuq it-tnaqqis tal-NOx għan-nitroġenu permezz ta' reazzjoni mal-ammonijaka jew l-urea f'temperatura għolja. L-ilma tal-ammonijaka (sa 25 % NH3), il-komposti prekursuri tal-ammonijaka jew is-soluzzjoni tal-urea jiġu injettati fil-gass tal-kombustjoni biex inaqqsu l-NO għal N2. Ir-reazzjoni għandha effett ottimali f'medda ta' temperaturi ta' madwar 830 °C sa 1 050  °C, u jrid jiġi pprovdut ħin ta' żamma suffiċjenti biex l-aġenti injettati jirreaġixxu mal-NO. Ir-rati ta' dożaġġ tal-ammonijaka jew tal-urea jridu jiġu kkontrollati biex il-ħruġ tal-NH3 jinżamm f'livelli baxxi.

1.7.1.3.   Prevenzjoni u kontroll tal-emissjonijiet tal-SO2/TRS

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Likur iswed b'kontenut solidu xott għoli

B'kontenut solidu xott ogħla tal-likur iswed, it-temperatura tal-kombustjoni tiżdied. Dan jivvaporizza aktar sodju (Na), li jista' jintrabat mal-SO2 biex jifforma Na2SO4 u b'hekk inaqqas l-emissjonijiet tal-SO2 mill-bojler ta' rkupru. Żvantaġġ tat-temperatura ogħla huwa li l-emissjonijiet tal-NOx jistgħu jiżdiedu

Għażla tal-fjuwil/fjuwil b'S baxx

L-użu ta' fjuwils b'kontenut baxx ta' kubrit, b'kontenut ta' kubrit ta' madwar 0,02 — 0,05 % skont il-piż (eż. bijomassa tal-foresta, qoxra, żejt b'kontenut baxx ta' kubrit, gass) inaqqas l-emissjonijiet tal-SO2 iġġenerati mill-ossidazzjoni tal-kubrit fil-fjuwil waqt il-kombustjoni

Ħruq ottimizzat

Metodi tekniċi bħal sistema ta' kontroll effiċjenti tar-rata ta' ħruq (arja-fjuwil, temperatura, ħin ta' residenza), kontroll tal-ossiġnu żejjed jew taħlit tajjeb tal-arja u l-fjuwil

Kontroll tal-kontenut ta' Na2S fl-alimentazzjoni tal-ħama tal-ġir

Il-ħasil u l-filtrazzjoni effiċjenti tal-ħama tal-ġir inaqqsu l-konċentrazzjoni tal-Na2S, u b'hekk inaqqsu l-formazzjoni tas-sulfid tal-idroġenu fil-kalkara waqt il-proċess tal-ħruq mill-ġdid

Ġbir u rkupru tal-emissjonijiet tal-SO2

Jinġabru flussi konċentrati ħafna ta' gass SO2 mill-produzzjoni tal-likur bl-aċidu, id-diġesturi, id-diffużuri jew il-blow tanks. L-SO2 jiġi rkuprat f'tankijiet tal-assorbiment b'livelli ta' pressjoni differenti, għal raġunijiet kemm ekonomiċi kif ukoll ambjentali

Inċinerazzjoni ta' gassijiet bir-riħa u TRS

Il-gassijiet qawwija li jinġabru jistgħu jiġu meqruda billi jinħarqu fil-bojler ta' rkupru, fil-berners iddedikati tat-TRS, jew fil-kalkara tal-ġir. Il-gassijiet dgħajfa li jinġabru huma adatti għal ħruq fil-bojler ta' rkupru, fil-kalkara tal-ġir, fil-bojler tal-enerġija jew fil-berner tat-TRS. Il-gassijiet tal-fetħiet tat-tankijiet tat-tidwib jistgħu jinħarqu f'bojlers ta' rkupru moderni

Ġbir u inċinerazzjoni ta' gassijiet dgħajfa f'bojler ta' rkupru

Kombustjoni tal-gassijiet dgħajfa (volum kbir, konċentrazzjoni baxxa ta' SO2) flimkien ma' sistema ta' riserva.

Il-gassijiet dgħajfa u komponenti oħra bir-riħa jinġabru fl-istess ħin biex jinħarqu fil-bojler ta' rkupru. Mill-gass tal-egżost tal-bojler ta' rkupru, id-dijossidu tal-kubrit imbagħad jiġi rkuprat bi scrubbers b'ħafna stadji kontra l-kurrent u jerġa' jintuża bħala kimika tat-tisjir. Bħala sistema ta' riserva, jintużaw l-iscrubbers.

Scrubber imxarrab

Il-komposti gassużi jiġu mdewba f'likwidu xieraq (ilma jew soluzzjoni tal-alkalina). Tista' tinkiseb it-tneħħija simultanja ta' komposti solidi u gassużi. 'L isfel mill-iscrubber imxarrab, il-gassijiet taċ-ċumnija jiġu saturati bl-ilma u hija meħtieġa separazzjoni tal-qtajriet qabel l-iskariku tal-gassijiet taċ-ċumnija. Il-likwidu li jirriżulta jrid jiġi ttrattat bi proċess tal-ilma li jintrema u l-materja mhux solubbli tiġi miġbura permezz ta' sedimentazzjoni jew filtrazzjoni

ESP jew multiċikluni bi scrubbers b'venturi ta' ħafna stadji jew scrubbers downstream ta' 'ħafna stadji bi dħul doppju

Is-separazzjoni tat-trab titwettaq fi preċipitatur elettrostatiku jew ċiklun f'ħafna stadji. Għall-proċess tas-sulfit tal-manjeżju, it-trab li jinżamm fl-ESP jikkonsisti prinċipalment minn MgO iżda wkoll xi ftit jew wisq, minn K, Na jew komposti tas-Ca. L-irmied irkuprat tal-MgO jiġi sospiż bl-ilma u mnaddaf permezz ta' ħasil u taħlit tal-ġir mal-ilma biex jifforma Mg(OH)2 li mbagħad jintuża bħala soluzzjoni tal-iscrubbing bl-alkalina fl-iscrubbers ta' ħafna stadji biex jiġi rkuprat il-komponent tal-kubrit tal-kimiċi tat-tisjir. Għall-proċess tas-sulfit tal-ammonju, il-bażi tal-ammonijaka (NH3) ma tiġix irkuprata, billi fil-proċess tal-kombustjoni din tiġi dekomposta fin-nitroġenu. Wara t-tneħħija tat-trab, il-gass mit-tromba taċ-ċumnija jiġi mkessaħ billi jgħaddi minn scrubber tat-tkessiħ imħaddem bl-ilma u mbagħad jidħol fi scrubber tal-gass taċ-ċumnija bi tliet stadji jew aktar fejn l-emissjonijiet tal-SO2 jitgħerku (scrubbed) bis-soluzzjoni tal-alkalina Mg(OH)2 fil-każ tal-proċess tas-sulfit tal-manjeżju, u b'soluzzjoni ta' NH3 100 % ġdida fil-każ tal-proċess tas-sulfit tal-ammonju.

1.7.2.   Deskrizzjoni tal-metodi tekniċi biex jitnaqqas l-użu tal-ilma ħelu/il-fluss tal-ilma li jintrema u t-tagħbija tat-tniġġis fl-ilma li jintrema

1.7.2.1.   Metodi tekniċi integrati tal-proċess

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Tneħħija xotta tal-qoxra

It-tneħħija xotta tal-qoxra taz-zkuk tal-injam f'tumbling drums xotti (l-ilma jintuża biss fil-ħasil taz-zkuk, u mbagħad jiġi riċiklat b'tisfija mimima biss għall-impjant tat-trattament tal-ilma li jintrema)

Ibbliċjar kompletament mingħajr kloru (TCF)

Fl-ibbliċjar TCF, l-użu ta' kimiċi tal-ibbliċjar li fihom il-kloru huwa evitat kompletament u b'hekk jiġu evitati wkoll l-emissjonijiet ta' sustanzi organiċi u organoklorinati mill-ibbliċjar

Ibbliċjar modern mingħajr kloru elementali (ECF)

L-ibbliċjar modern ECF jimminimizza l-konsum tad-dijossidu tal-kloru billi jintuża stadju wieħed jew kombinazzjoni tal-istadji tal-ibbliċjar li ġejjin: ossiġnu, stadju ta' idrolisi b'aċidu sħun, stadju tal-ożonu b'konsistenza medja u ħoxna, stadji bil-perossidu tal-idroġenu atmosferiku u l-perossidu tal-idroġenu taħt pressjoni jew l-użu ta' stadju bid-dijossidu tal-kloru sħun

Tneħħija estiża tal-lignin

It-tneħħija estiża tal-lignin permezz ta' (a) tisjir modifikat jew (b) tneħħija tal-lignin bl-ossiġnu, iżżid il-grad ta' tneħħija tal-lignin tal-polpa (u hekk tbaxxi n-numru kappa) qabel l-ibbliċjar u b'hekk tnaqqas l-użu tal-kimiċi tal-ibbliċjar u t-tagħbija tal-COD fl-ilma li jintrema. It-tnaqqis tan-numru kappa b'unità waħda qabel l-ibbliċjar jista' jnaqqas il-COD merħi fl-impjant tal-ibbliċjar b'madwar 2 kg COD/ADt. Il-lignin imneħħi jista' jiġi rkuprat u jintbagħat fis-sistema tal-irkupru tal-kimiċi u l-enerġija

(a)

Tisjir modifikat estiż

It-tisjir estiż (sistemi bil-lott jew kontinwi) jinkludi perjodi itwal ta' tisjir f'kundizzjonijiet ottimizzati (eż. il-konċentrazzjoni tal-alkali fil-likur tat-tisjir tiġi aġġustata biex tkun aktar baxxa fil-bidu u aktar għolja fit-tmiem tal-proċess tat-tisjir), biex jinħareġ ammont massimu ta' lignin qabel l-ibbliċjar, mingħajr degradazzjoni bla bżonn tal-karboidrati jew telf eċċessiv tas-saħħa tal-polpa. B'hekk l-użu tal-kimiċi fl-istadju sussegwenti tal-ibbliċjar u t-tagħbija organika tal-ilma li jintrema mill-impjant tal-ibbliċjar jistgħu jitnaqqsu

(b)

Tneħħija tal-lignin bl-ossiġnu

It-tneħħija tal-lignin bl-ossiġnu hija alternattiva biex titneħħa frazzjoni sostanzjali tal-lignin li jifdal wara t-tisjir, f'każ li l-impjant tat-tisjir ikun irid jitħaddem b'numri kappa ogħla. Il-polpa tirreaġixxi taħt kundizzjonijiet tal-alkalina mal-ossiġnu biex tneħħi xi ftit mil-lignin residwu

Skrining u ħasil magħluq u effiċjenti tal-brown stock

L-iskrining tal-brown stock jitwettaq bi skrins tal-pressjoni bl-islots f'ċiklu magħluq b'ħafna stadji. L-impuritajiet u s-soddieda mbagħad jitneħħew fi stadju bikri tal-proċess.

Il-ħasil tal-brown stock jissepara l-kimiċi organiċi u inorganiċi maħlula mill-fibri tal-polpa. Il-polpa tal-brown stock l-ewwel tista' tinħasel fid-diġestur, imbagħad f'ħassiela ta' effiċjenza kbira qabel u wara t-tneħħija tal-lignin bl-ossiġnu, jiġifieri qabel l-ibbliċjar. It-trasferiment, il-konsum tal-kimiċi fl-ibbliċjar, u t-tagħbija tal-emissjonijiet fl-ilma li jintrema kollha jitnaqqsu. Barra minn hekk, huwa jippermetti l-irkupru tal-kimiċi tat-tisjir mill-ilma tal-ħasil. Il-ħasil effiċjenti jitwettaq permezz ta' ħasil f'ħafna stadji kontra l-kurrenti, bl-użu ta' filters u preses. Is-sistema tal-ilma fl-impjant tal-iskrining tal-brown stock hija magħluqa għal kollox

Riċiklaġġ parzjali tal-ilma tal-proċess fl-impjant tal-ibbliċjar

Il-filtrati tal-aċidu u tal-alkalina jiġu riċiklati fl-impjant tal-ibbliċjar b'mod kontrokurrent għall-fluss tal-polpa. L-ilma jiġi msaffi jew għall-impjant tat-trattament tal-ilma li jintrema jew, fi ftit każijiet, għall-ħasil ta' wara l-ossiġnu.

Il-ħassiela effiċjenti fl-istadji intermedji tal-ħasil huma rekwiżit għall-emissjonijiet baxxi. F'fabbriki effiċjenti (Kraft) jinkiseb fluss tal-effluwent minn impjant tal-ibbliċjar ta' 12 — 25 m3/ADt

Monitoraġġ u kontroll tat-tixrid, anki b'irkupru tal-kimiċi u l-enerġija

Sistema effettiva ta' kontroll, qbid u rkupru tat-tixrid li tipprevjeni l-ħruġ aċċidentali ta' tagħbijiet organiċi, u xi kultant tossiċi, kbar jew b'valuri massimi tal-pH (għall-impjant sekondarju tat-trattament tal-ilma li jintrema) tinkludi:

monitoraġġ tal-konduttività jew tal-pH f'postijiet strateġiċi biex jiġi identifikat telf u tixrid;

ġbir tal-likur iddevjat jew imxerred bl-ogħla konċentrazzjoni possibbli ta' solidi fil-likur;

ritorn tal-likur u l-fibra miġbura għall-proċess f'postijiet xierqa;

prevenzjoni tat-tixrid ta' flussi kkonċentrati jew li jagħmlu ħsara minn żoni kritiċi tal-proċess (inkluż it-tall oil u t-terpentina) milli jidħlu fit-trattament bijoloġiku tal-effluwent;

tankijiet ta' lqugħ ta' daqs xieraq għall-ġbir u l-ħażna ta' likuri tossiċi jew konċentrati sħan

Żamma ta' evaporazzjoni tal-likur iswed u kapaċità tal-bojler ta' rkupru suffiċjenti biex tlaħħaq mat-tagħbijiet massimi

Biżżejjed kapaċità fl-impjant tal-evaporazzjoni tal-likur iswed u fil-bojler ta' rkupru tassigura li l-likur u s-solidi xotti addizzjonali li jirriżultaw mill-ġbir tat-tixrid jew tal-effluwenti tal-impjant tal-ibbliċjar ikunu jistgħu jiġi ttrattati. Dan inaqqas it-telf ta' likur iswed dgħajjef, effluwenti kkonċentrati oħra tal-proċess u potenzjalment il-filtrati tal-impjant tal-ibbliċjar.

L-evaporatur b'ħafna effetti jikkonċentra l-likur iswed dgħajjef mill-ħasil tal-brown stock u, f'xi każijiet, anki l-bijomassa mill-impjant tat-trattament tal-effluwent u/jew il-kejk tal-melħ mill-impjant tas-ClO2. Kapaċità ta' evaporazzjoni addizzjonali 'l fuq mill-ħidma normali tagħti biżżejjed kontinġenza biex jiġi rkuprat it-tixrid u biex jiġu ttrattati flussi ta' riċiklaġġ potenzjali tal-filtrat tal-ibbliċjar

Tneħħija tal-kondensati kontaminati (maħmuġin) u użu mill-ġdid tal-kondensati fil-proċess

It-tneħħija tal-kondensati kkontaminati (maħmuġin) u l-użu mill-ġdid tal-kondensati fil-proċess inaqqas l-ammont ta' ilma ħelu li tieħu fabbrika u t-tagħbija organika għall-impjant tat-trattament tal-ilma li jintrema.

F'kolonna tat-tneħħija, il-fwar jitmexxa kontra l-kurrent minn ġol-kondensati ffiltrati qabel tal-proċess li fihom komposti mnaqqsa ta' kubrit, terpenes, metanol u komposti organiċi oħra. Is-sustanzi volatili tal-kondensat jakkumulaw fil-fwar ta' fuq bħala gassijiet mhux kondensabbli u metanol u jitneħħew mis-sistema. Il-kondensati ppurifikati jistgħu jerġgħu jintużaw fil-proċess, eż. għall-ħasil fl-impjant tal-ibbliċjar, fil-ħasil tal-brown stock, fiż-żona tal-kawstiċizzjoni (ħasil u dilwizzjoni tal-ħama, bexxiexa tal-filters tal-ħama), bħala likur tal-iscrubbing tat-TRS għall-kalkari tal-ġir, jew bħala ilma li jifforma l-likur abjad.

Il-gassijiet mhux kondensabbli li jitneħħew mill-aktar kondensati kkonċentrati jiġu alimentati fis-sistema tal-ġbir ta' gassijiet bir-riħa qawwija u jinħarqu. Il-gassijiet imneħħija minn kondensati moderatament ikkontaminati jinġabru fis-sistema tal-gass ta' konċentrazzjoni għolja b'volum baxx (LVHC) u jinħarqu

Evaporazzjoni u inċinerazzjoni tal-effluwenti mill-istadju tal-estrazzjoni tal-alkalina bis-sħana

L-effluwenti l-ewwel jiġu kkonċentrati permezz tal-evaporazzjoni u mbagħad jinħarqu bħala bijokarburant f'bojler ta' rkupru. Il-karbonat tas-sodju li fih it-trab u l-materjal maħlul mill-qiegħ tal-forn jiġu maħlula biex tiġi rkuprata s-soluzzjoni tas-soda

Riċirkolazzjoni tal-likwidi tal-ħasil mill-ibbliċjar minn qabel għall-ħasil tal-brown stock u l-evaporazzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-ibbliċjar minn qabel ibbażat fuq l-MgO

Rekwiżiti għall-użu ta' dan il-metodu tekniku huma numru kappa relattivament baxx wara t-tisjir (eż. 14 — 16), biżżejjed kapaċità fit-tankijiet, fl-evaporaturi u fil-bojler ta' rkupru biex ilaħħqu mal-flussi addizzjonali, il-possibbiltà li t-tagħmir tal-ħasil jitnaddaf mid-depożiti, u livell moderat ta' tleqqija tal-polpa (≤ 87 % ISO) billi f'xi każijiet dan il-metodu tekniku jista' jwassal għal telf żgħir tat-tleqqija.

Għall-produtturi ta' polpa tal-karta kummerċjali jew oħrajn li jridu jilħqu livelli għoljin ħafna ta' tleqqija, jista' jkun diffiċli li jiġi applikat ibbliċjar minn qabel ibbażat fuq l-MgO

Fluss kontra l-kurrent tal-ilma tal-proċess

F'fabbriki integrati, l-ilma ħelu jiddaħħal prinċipalment permezz tal-bexxiexa tal-magna tal-karti minn fejn jiġi alimentat 'il fuq lejn id-dipartiment tal-produzzjoni tal-polpa

Separazzjoni tas-sistemi tal-ilma

Is-sistemi tal-ilma ta' unitajiet differenti tal-proċess (eż. l-unità tal-produzzjoni tal-polpa, il-magna tal-ibbliċjar u tal-karti) jiġu separati permezz ta' ħasil u deidratazzjoni tal-polpa (eż. permezz ta' preses tal-ħasil). Din is-separazzjoni tipprevjeni t-trasferiment ta' inkwinanti għall-passi suċċessivi tal-proċess u tippermetti t-tneħħija ta' sustanzi ta' disturb minn volum iżgħar

Ibbliċjar ta' konsistenza għolja bil-(perossidu)

Għal ibbliċjar ta' konsistenza ħoxna, il-polpa tiġi deidrata eż. permezz ta' twin wire jew pressa oħra qabel ma jiżdiedu l-kimiċi tal-ibbliċjar. Dan jippermetti użu aktar effiċjenti tal-kimiċi tal-ibbliċjar u jrendi polpa aktar nadifa, ikun hemm anqas trasferiment ta' sustanzi ħżiena għall-magna tal-karti, u jiġġenera anqas COD. Il-perossidu residwu jista' jiġi riċirkolat u jerġa' jintuża

Irkupru tal-fibri u l-fillers u trattament tal-ilma abjad

L-ilma abjad mill-magna tal-karti jista' jiġi ttrattat bil-metodi tekniċi li ġejjin:

(a)

Apparat li 'ma jarmi xejn' (ġeneralment filtru tanbur jew filtru forma ta' diska jew unitajiet ta' dissolved air flotation, eċċ.) li jisseparaw is-solidi (fibri u fillers) mill-ilma tal-proċess. Id-dissolved air flotation fiċ-ċirkwiti tal-ilma abjad tittrasforma s-solidi sospiżi, it-trab fin, il-materjal kollojdali ta' daqs żgħir u s-sustanzi anjoniċi f'mases ta' partikoli żgħar qishom trofof tas-suf li mbagħad jitneħħew. Il-fibri u l-fillers jiġu riċirkolati fil-proċess. L-ilma abjad ċar jista' jerġa' jintuża f'bexxiexa b'rekwiżiti anqas stretti għall-kwalità tal-ilma.

(b)

L-ultrafiltrazzjoni addizzjonali tal-ilma abjad iffiltrat minn qabel twassal għal filtrat ċar ħafna ta' kwalità tajba biżżejjed biex jintuża bħala ilma tal-bexxiexa bi pressjoni għolja, bħala ilma tal-issiġillar u għad-dilwizzjoni tal-addittivi kimiċi

Iċċarar tal-ilma abjad

Is-sistemi tal-iċċarar tal-ilma li jintużaw kważi esklussivament fl-industrija tal-karti huma bbażati fuq is-sedimentazzjoni, fuq il-filtrazzjoni (filtru diska) u l-flotation. L-aktar metodu tekniku użat huwa d-dissolved air flotation. L-iskart anjoniku u t-trab fin jiġu agglomerati f'mases ta' partikoli żgħar qishom trofof tas-suf li jistgħu jiġu ttrattati fiżikament bl-użu ta' addittivi. Polimeri jew elettroliti inorganiċi molekulari għolja u solubbli fl-ilma jintużaw bħala flokkulanti. L-agglomerati ġġenerati (mases ta' partikoli żgħar qishom trofof tas-suf) imbagħad jiġu misjuqa f'wiċċ l-ilma fil-baċir tal-iċċarar. Fid-dissolved air flotation (DAF), il-materjal solidu sospiż jeħel mal-bżieżaq tal-arja

Riċirkolazzjoni tal-ilma

L-ilma ċċarat jiġi riċirkolat bħala ilma tal-proċess fi ħdan unità jew f'fabbriki integrati minn magna tal-karti għall-fabbrika tal-polpa u mill-produzzjoni tal-polpa għall-impjant tat-tneħħija tal-qoxra. L-effluwent jiġi skarikat prinċipalment mill-punti bl-ogħla tagħbija ta' tniġġis (eż. filtrat ċar tal-filtru diska fil-produzzjoni tal-polpa, tneħħija tal-qoxra)

Tfassil u kostruzzjoni ottimali tat-tankijiet u tal-kaxxi (produzzjoni tal-karta)

It-tankijiet taż-żamma għall-istokk u l-ħażna tal-ilma abjad huma mfassla b'mod li jkunu jistgħu jlaħħqu mal-varjazzjonijiet fil-proċess u l-flussi varjabbli anki waqt it-tqabbid u t-tifi

Stadju tal-ħasil qabel l-irfinar tal-polpa mekkanika mill-injam artab

Xi fabbriki jittrattaw minn qabel il-laqx tal-injam artab billi jgħaqqdu t-tisħin minn qabel taħt pressjoni, kompressjoni għolja u mili biex itejbu l-proprjetajiet tal-polpa. Stadju tal-ħasil qabel l-irfinar u l-ibbliċjar inaqqas b'mod sinifikanti s-COD billi jneħħi fluss żgħir iżda kkonċentrat ħafna ta' effluwent li jista' jiġi ttrattat separatament

Sostituzzjoni tal-NaOH bis-Ca(OH)2 jew l-Mg (OH)2 bħala alkali fl-ibbliċjar bil-perossidu

L-użu tas-Ca(OH)2 bħala alkali jwassal għal tnaqqis ta' madwar 30 % fit-tagħbija tal-emissjonijiet ta' COD; filwaqt li jżomm livelli għoljin ta' tleqqija. Anki l-Mg(OH)2 jintuża biex jissostitwixxi l-NaOH

Ibbliċjar b'ċirkwit magħluq

Fil-fabbriki tal-polpa bis-sulfit li jużaw is-sodju bħala bażi tat-tisjir, l-effluwent tal-impjant tal-ibbliċjar jista' jiġi ttrattat, eż. permezz ta' ultrafiltrazzjoni, flotation u separazzjoni tar-reżina u l-aċidi grassi li jippermetti bbliċjar biċ-ċirkwit magħluq. Il-filtrati mill-ibbliċjar u l-ħasil jerġgħu jintużaw fl-ewwel stadju tal-ħasil wara t-tisjir u fl-aħħar nett jiġu riċiklati lejn l-unitajiet tal-irkupru kimiku

Aġġustament tal-pH tal-likur dgħajjef qabel/ġewwa l-impjant tal-evaporazzjoni

In-newtralizzazzjoni ssir qabel l-evaporazzjoni jew wara l-ewwel stadju tal-evaporazzjoni, biex iżżomm l-aċidi organiċi maħlula fil-konċentrat, biex jintbagħtu mal-likur mitfi lejn il-bojler ta' rkupru

Trattament anerobiku tal-kondensati mill-evaporaturi

Ara t-Taqsima 1.7.2.2 (trattament anerobiku/aerobiku kkombinat)

Tneħħija u rkupru tal-SO2 mill-kondensati tal-evaporaturi

L-SO2 jitneħħa mill-konċentrati; il-konċentrati jiġu ttrattati b'mod bijoloġiku, filwaqt li l-SO2 li jitneħħa jintbagħat għall-irkupru bħala kimika tat-tisjir.

Monitoraġġ u kontroll kontinwu tal-kwalità tal-ilma tal-proċess

Hija meħtieġa ottimizzazzjoni tas-'sistema tal-fibra-ilma-kimika-addittivi-enerġija' sħiħa għal sistemi tal-ilma magħluqa avvanzati. Din teħtieġ monitoraġġ kontinwu tal-kwalità tal-ilma u motivazzjoni tal-persunal, għarfien u azzjoni relatati mal-miżuri meħtieġa biex jassiguraw il-kwalità tal-ilma meħtieġa

Prevenzjoni u eliminazzjoni tal-bijoriti permezz ta' metodi li jimminimizzaw l-emissjonijiet tal-bijoċidi

Input kontinwu ta' mikroorganiżmi mill-ilma u l-fibri jwassal għal ekwilibriju mikrobijoloġiku speċifiku f'kull impjant tal-karti. Biex jiġi evitat ħafna tkabbir tal-mikroorganiżmi, id-depożiti ta' bijomassa agglomerata jew bijoriti fiċ-ċirkwiti tal-ilma u t-tagħmir, ħafna drabi jintużaw bijodispersanti jew bijoċidi. Meta tintuża diżinfezzjoni katalittika bil-perossidu tal-idroġenu, il-bijoriti u l-mikrobi liberi fl-ilma tal-proċess u l-materjal insolubbli tal-karta jiġu eliminati mingħajr l-użu ta' bijoċidi

Tneħħija tal-kalċju mill-ilma tal-proċess permezz ta' preċipitazzjoni kkontrollata tal-karbonat tal-kalċju

It-tnaqqis tal-konċentrazzjoni tal-kalċju permezz ta' tneħħija kkontrollata tal-karbonat tal-kalċju (eż. f'ċellula ta' dissolved air flotation) inaqqas ir-riskju ta' preċipitazzjoni mhux mixtieqa ta' karbonat tal-kalċju jew ta' akkumulazzjoni tal-ġebla fis-sistemi tal-ilma u fit-tagħmir, eż. fir-rombli tas-sezzjoni, fil-wajers, fil-feltri u fiż-żennuni tal-bexxiexa, fil-pajpijiet jew fl-impjanti bijoloġiċi tat-trattament tal-ilma li jintrema

Ottimizzazzjoni tal-bexxiexa fil-magna tal-karti

L-ottimizzazzjoni tal-bexxiexa tinvolvi: a) l-użu mill-ġdid tal-ilma tal-proċess (eż. ilma abjad iċċarat) biex jitnaqqas l-użu tal-ilma ħelu, u b) l-applikazzjoni ta' żennuni ta' tifsila speċjali għall-bexxiexa

1.7.2.2.   It-trattament tal-ilma li jintrema

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Trattament primarju

Trattament fiżiku-kimiku, bħal ekwalizzazzjoni, newtralizzazzjoni jew sedimentazzjoni.

L-ekwalizzazzjoni (eż. f'baċiri tal-ekwalizzazzjoni) tintuża biex tipprevjeni varjazzjonijiet kbar fir-rata tal-fluss, fit-temperatura u fil-konċentrazzjonijiet ta' inkwinanti u b'hekk tevita t-tagħbija eċċessiva tas-sistema tat-trattament tal-ilma li jintrema

Trattament (bijoloġiku) sekondarju

Għat-trattament tal-ilma li jintrema permezz ta' mikroorganiżmi, il-proċessi disponibbli huma trattament aerobiku u anerobiku. F'pass ta' kjarifika sekondarju, is-solidi u l-bijomassa jiġu separati mill-effluwenti permezz ta' sedimentazzjoni, xi drabi kombinata ma' flokkulazzjoni

(a)

Trattament aerobiku

Fit-trattament bijoloġiku aerobiku tal-ilma li jintrema, il-materjal bijodegradabbli maħlul u kollojdali fl-ilma jiġi ttrasformat bil-preżenza tal-arja, permezz ta' mikroorganiżmi, parzjalment f'sustanza solida taċ-ċelloli (bijomassa) u parzjalment f'dijossidu tal-karbonju u ilma. Il-proċessi użati huma:

ħama attivat fi stadju wieħed jew f'żewġ stadji;

proċessi tar-reattur tal-bijorita;

bijorita/ħama attivat (impjant kompatt tat-trattament bijoloġiku). Dan il-metodu tekniku jikkonsisti fil-kombinazzjoni tal-moving bed carriers (trasportaturi b'sodda mobbli) mal-ħama attivat (BAS).

Il-bijomassa ġġenerata (ħama żejjed) tiġi sseparata mill-effluwent qabel l-iskariku tal-ilma.

(b)

Trattament anerobiku/aerobiku kombinat

It-trattament anerobiku tal-ilma li jintrema jaqleb il-kontenut organiku tal-iskart permezz ta' mikroorganiżmi bil-preżenza tal-arja, f'metanu, dijossidu tal-karbonju, sulfid, eċċ. Il-proċess jitwettaq f'reattur b'tank ermetiku. Il-mikroorganiżmi jinżammu fit-tank bħala bijomassa (ħama). Il-bijogass iffurmat b'dan il-proċess bijoloġiku jikkonsisti minn metanu, dijossidu tal-karbonju u gassijiet oħra bħall-idroġenu u s-sulfid tal-idroġenu u huwa tajjeb għall-ġenerazzjoni tal-enerġija.

It-trattament anerobiku għandu jitqies bħala pretrattament qabel it-trattament aerobiku, minħabba t-tagħbijiet li jifdal ta' COD. It-trattament minn qabel anerobiku jnaqqas l-ammont ta' ħama ġġenerat mit-trattament bijoloġiku

Trattament terzjarju

Trattament avvanzat jinkludi metodi tekniċi, bħal filtrazzjoni għal aktar tneħħija ta' solidi, nitrifikazzjoni u denitrifikazzjoni għat-tneħħija tan-nitroġenu jew għall-flokkulazzjoni/preċipitazzjoni segwita minn filtrazzjoni għat-tneħħija tal-fosfru. It-trattament terzjarju normalment jintuża f'każijiet fejn it-trattament primarju u t-trattament bijoloġiku ma jkunux suffiċjenti biex jinkisbu livelli baxxi ta' TSS, ta' nitroġenu jew ta' fosfru, li jistgħu jkunu meħtieġa pereżempju minħabba l-kundizzjonijiet lokali

Impjant tat-trattament bijoloġiku mfassal u mħaddem sewwa

Impjant tat-trattament bijoloġiku mfassal u mħaddem sewwa jinkludi t-tfassil u d-dimensjonament xierqa tat-tankijiet/baċiri tat-trattament (eż. it-tankijiet tas-sedimentazzjoni) skont it-tagħbijiet idrawliċi u tal-inkwinanti. Emissjonijiet baxxi tat-TSS jinkisbu billi tkun assigurata il-preċipitazzjoni tajba tal-bijomassa attiva. Rivalutazzjonijiet perjodiċi tad-disinn, id-dimensjonament u tat-tħaddim tal-impjant tat-trattament tal-ilma li jintrema jiffaċilitaw il-kisba ta' dawn l-għanijiet

1.7.3.   Deskrizzjoni tal-metodi tekniċi għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart u l-immaniġġjar tal-iskart

Metodu tekniku

Deskrizzjoni

Sistema ta' valutazzjoni tal-iskart u ta' mmaniġġjar tal-iskart

Is-sistemi ta' valutazzjoni tal-iskart u ta' mmaniġġjar tal-iskart jintużaw biex jiġu identifikati alternattivi fattibbli għall-ottimizzazzjoni tal-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid, l-irkupru, ir-riċiklaġġ u r-rimi finali tal-iskart. L-inventarji tal-iskart jippermettu l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tat-tip, tal-karatteristiċi, tal-ammont u tal-oriġini ta' kull frazzjon tal-iskart

Ġbir separat ta' frazzjonijiet partijiet differenti tal-iskart

Il-ġbir separat ta' frazzjonijiet differenti tal-iskart fil-punti tal-oriġini u, jekk ikun xieraq, il-ħażna intermedja, jistgħu jtejbu l-alternattivi għall-użu mill-ġdid jew għar-riċirkolazzjoni. Il-ġbir separat jinkludi wkoll is-segregazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' frazzjonijiet ta' skart perikoluż (eż. residwi ta' żejt u griż, żjut idrawliċi u tat-transformers, skart ta' batteriji, ruttam ta' apparat elettriku, solventi, żebgħa, bijoċidi jew residwi kimiċi)

Amalgamazzjoni ta' frazzjonijiet xierqa tar-residwi

Amalgamazzjoni ta' frazzjonijiet xierqa tar-residwi skont l-alternattivi preferuti għall-użu mill-ġdid/riċiklaġġ, trattament ulterjuri u rimi

Trattament minn qabel tar-residwi tal-proċess qabel l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ

It-trattament minn qabel jinkludi metodi tekniċi bħal:

deidratazzjoni pereżempju tal-ħama, tal-qoxra jew tar-rifjuti u f'xi każijiet it-tnixxif biex tiżdied il-kapaċità ta' użu mill-ġdid qabel l-użu (eż. żieda tal-valur kalorifiku qabel l-inċinerazzjoni); jew

deidratazzjoni biex jitnaqqsu l-piż u l-volum għat-trasport. Għad-deidratazzjoni jintużaw preses biċ-ċinturin, preses bil-vit, ċentrifugi decanter jew preses tal-filters tal-kompartiment;

tifrik/tqattigħ tar-rifjuti, eż. mill-proċessi RCF u tneħħija tal-partijiet metalliċi, biex jittejbu l-karatteristiċi tal-kombustjoni qabel l-inċinerazzjoni;

stabbilizzazzjoni bijoloġika qabel id-deidratazzjoni, jekk ikun previst użu agrikolu

Irkupru tal-materjali u riċiklaġġ tar-residwi tal-proċess fil-post

Il-proċessi għall-irkupru tal-materjali jinkludu metodi tekniċi bħal:

separazzjoni tal-fibri mill-flussi tal-ilma u riċirkolazzjoni fil-materjal tal-alimentazzjoni;

irkupru ta' addittivi kimiċi, pigmenti tal-kisi, eċċ.;

irkupru ta' kimiċi tat-tisjir permezz ta' bojlers ta' rkupru, kawstiċizzjoni, eċċ.

Irkupru tal-enerġija fuq jew 'il barra mis-sit minn skart b'ħafna kontenut organiku

Ir-residwi mit-tneħħija tal-qoxra, it-tlaqqix, l-iskrining, eċċ. bħall-qoxra tas-siġra, il-ħama tal-fibri jew residwi oħra prinċipalment organiċi jinħarqu minħabba l-valur kalorifiku tagħhom f'inċineraturi jew f'impjanti tal-enerġija mill-bijomassa għall-irkupru tal-enerġija

Użu estern tal-materjal

Jista' jsir użu tal-materjal ta' skart xieraq mill-produzzjoni tal-polpa u l-karta f'setturi industrijali oħra, pereżempju permezz ta':

ħruq fil-kalkari jew taħlit mal-materjal tal-alimentazzjoni fil-produzzjoni tas-siment, taċ-ċeramika jew tal-briks (jinkludi wkoll l-irkupru tal-enerġija);

bdil f'kompost tal-ħama tal-karti jew frazzjonijiet ta' skart xierqa li jixterdu fl-art fl-agrikoltura;

użu ta' frazzjonijiet ta' skart inorganiku (ramel, ġebel, frak taż-żrar, irmied, ġir) għall-kostruzzjoni, bħall-pavimentar, toroq, saffi tal-kisi, eċċ.

L-idoneità tal-frazzjonijiet tal-iskart għall-użu 'l barra mis-sit hija ddeterminata mill-kompożizzjoni tal-iskart (eż. kontenut inorganiku/minerali) u l-evidenza li l-operazzjoni prevista tar-riċiklaġġ ma tikkawżax ħsara lill-ambjent jew lis-saħħa

Trattament minn qabel ta' frazzjoni tal-iskart qabel ir-rimi

It-trattament minn qabel tal-iskart qabel ir-rimi jinkludi miżuri (deidratazzjoni, tnixxif, eċċ.) li jnaqqsu l-piż u l-volum għat-trasport u r-rimi


(1)  F'każijiet speċjali, jista' jkun meħtieġ li tiġi applikata proċedura ta' kampjunar differenti (eż. kampjunar f'ħin speċifiku)

(2)  Hemm tendenza li s-COD jiġi sostitwit bit-TOC għal raġunijiet ekonomiċi u ambjentali. Jekk it-TOC diġà jitkejjel bħala parametru ewlieni tal-proċess, ma jkunx meħtieġ li jitkejjel is-COD; madankollu, għandha tiġi stabbilita korrelazzjoni bejn iż-żewġ parametri għas-sors speċifiku tal-emissjonijiet u l-pass tat-trattament tal-ilma li jintrema.

(3)  Jistgħu jintużaw ukoll metodi rapidi ta' ttestjar. Ir-riżultati tat-testijiet rapidi għandhom jiġu ċċekkjati regolarment (eż. kull xahar) mal-istandards EN jew, jekk ma jkunux disponibbli standards EN, ma' standards ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħra li jassiguraw il-forniment ta' dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

(4)  Għal fabbriki li jaħdmu anqas minn sebat ijiem fil-ġimgħa, il-frekwenza tal-monitoraġġ għas-COD u t-TSS tista' titnaqqas biex tkopri l-ġranet li fihom il-fabbrika tkun operattiva jew biex testendi l-perjodu tat-teħid tal-kampjuni għal 48 jew 72 siegħa.

(5)  Applikabbli fejn jintużaw EDTA jew DTPA (aġenti kelanti) fil-proċess.

(6)  Mhux applikabbli għal impjanti li jipprovdu evidenza li ma jiġi ġġenerat jew miżjud l-ebda AOX permezz ta' addittivi kimiċi jew materja prima.

(7)  Mhux applikabbli għal impjanti fejn it-tagħbija bijoloġika tal-ilma li jintrema wara t-trattament primarju tkun baxxa ħafna, eż. xi fabbriki tal-karta li jipproduċu karta speċjali.

(8)  Il-meded tal-BAT-AEL jirreferu għall-produzzjoni ta' polpa kummerċjali u l-parti tal-produzzjoni tal-polpa tal-fabbriki integrati (l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-karta mhumiex inklużi).

(9)  Impjant bijoloġiku kompatt għat-trattament tal-ilma li jintrema jista' jwassal għal livelli ta' emissjonijiet daqsxejn ogħla.

(10)  It-tarf ta' fuq tal-medda jirreferi għall-fabbriki li jużaw ewkaliptu minn reġjuni b'livelli ogħla ta' fosfru (eż. l-ewkaliptu Iberjan).

(11)  Applikabbli għall-fabbriki li jużaw kimiċi tal-ibbliċjar li fihom il-kloru.

(12)  Għall-fabbriki li jipproduċu polpa bi proprjetajiet ta' saħħa, ebusija u purità għoljin (eż. Għall-kartun tal-imballaġġ tal-likwidi u LWC), jista' jseħħ livell ta' emissjonijiet ta' AOX sa 0,25 kg/ADt.

(13)  Il-meded tal-BAT-AEL jirreferu għall-produzzjoni ta' polpa kummerċjali u l-parti tal-produzzjoni tal-polpa tal-fabbriki integrati (l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-karta mhumiex inklużi).

(14)  Impjant bijoloġiku kompatt għat-trattament tal-ilma li jintrema jista' jwassal għal livelli ta' emissjonijiet daqsxejn ogħla.

(15)  Il-livelli ta' emissjonijiet tal-SOx tal-kalkara tal-ġir jiżdiedu b'mod sinifikanti meta jiddaħħlu gassijiet qawwija mhux kondensabbli (NCG) fil-kalkara u ma jintuża l-ebda scrubber tal-alkalina.

(16)  Applikabbli għat-trattament ta' gassijiet bir-riħa dgħajfin.

(17)  Applikabbli għat-trattament ta' gassijiet bir-riħa qawwija.

(18)  Iż-żieda fil-kontenut ta' DS tal-likur iswed twassal għal emissjonijiet aktar baxxi ta' SO2 u emissjonijiet aktar għoljin ta' NOx. Minħabba f'hekk, bojler ta' rkupru b'livelli baxxi ta' emissjonijiet ta' SO2, jista' jkun fit-tarf ta' fuq tal-medda għall-NOx u viċi versa.

(19)  Il-BAT-AELs ma jkoprux perjodi li matulhom il-bojler ta' rkupru jitħaddem fuq kontenut ta' DS ferm aktar baxx mill-kontenut normali ta' DS minħabba t-tifi jew manutenzjoni tal-impjant ta' konċentrazzjoni tal-likur iswed.

(20)  Kieku bojler ta' rkupru kellu jaħraq likur iswed b'DS ta' > 83 %, f'dak il-każ il-livelli tal-emissjonijiet ta' SO2 u ta' S gassuż iridu jitqiesu mill-ġdid fuq bażi ta' każ b'każ.

(21)  Il-medda hija applikabbli mingħajr l-inċinerazzjoni ta' gassijiet bir-riħa qawwija.

DS = kontenut solidu xott tal-likur iswed.

(22)  Iż-żieda fil-kontenut ta' DS tal-likur iswed twassal għal emissjonijiet aktar baxxi ta' SO2 u emissjonijiet aktar għoljin ta' NOx. Minħabba f'hekk, bojler ta' rkupru b'livelli baxxi ta' emissjonijiet għas-SO2, jista' jkun fit-tarf ta' fuq tal-medda għall-NOx u viċi versa.

(23)  Il-livell attwali tal-emissjonijiet ta' NOx ta' bojler ta' rkupru jiddependi fuq il-kontenut ta' DS u l-kontenut ta' nitroġenu tal-likur iswed, u l-ammont u l-kombinazzjoni ta' NCG u flussi oħra li fihom in-nitroġenu (eż. gass tal-fetħiet tat-tank tat-tidwib, metanol separat mill-kondensat, ħama bijoloġika) maħruqa. Aktar ma jkun għoli l-kontenut tad-DS il-kontenut tan-nitroġenu fil-likur iswed, u l-ammont ta' NCG u flussi oħra li fihom in-nitroġenu maħruqa, l-emissjonijiet ikunu aktar qrib it-tarf ta' fuq tal-medda tal-BAT-AEL.

(24)  Kieku bojler ta' rkupru kellu jaħraq likur iswed b'DS ta' > 83 %, f'dak il-każ il-livelli tal-emissjonijiet tan-NOx iridu jitqiesu mill-ġdid fuq bażi ta' każ b'każ.

DS = kontenut solidu xott tal-likur iswed.

(25)  Għal bojler ta' rkupru eżistenti mgħammar b'ESP li jkun riesaq lejn it-tmiem tal-ħajja operattiva tiegħu, il-livelli tal-emissjonijiet jistgħu jiżdiedu maż-żmien sa 50 mg/Nm3 (li jikkorrispondu għal 0,4 kg/ADt).

(26)  “gassijiet qawwija” jinkludu l-metanol u t-terpentina

(27)  Għall-kalkari tal-ġir li jaħarqu gassijiet qawwija (inklużi l-metanol u t-terpentina), it-tarf ta' fuq tal-medda tal-AEL jista' jkun sa 40 mg/Nm3.

(28)  Meta jintużaw fjuwils likwidi li joriġinaw minn materja veġetali (eż. terpentina, metanol, tall-oil), inklużi dawk miksuba bħala prodotti sekondarji tal-proċess tal-produzzjoni tal-polpa, jistgħu jseħħu livelli ta' emissjonijiet sa 350 mg/Nm3 (li jikkorrispondu għal 0,35 kg NOx/ADt).

(29)  Meta jintużaw fjuwils gassużi li joriġinaw minn materja veġetali (eż. gassijiet mhux kondensabbli), inklużi dawk miksuba bħala prodotti sekondarji tal-proċess tal-produzzjoni tal-polpa, jistgħu jseħħu livelli ta' emissjonijiet sa 450 mg/Nm3 (li jikkorrispondu għal 0,45 kg NOx/ADt).

(30)  Għal kalkara tal-ġir eżistenti mgħammra b'ESP li jkun riesaq lejn it-tmiem tal-ħajja operattiva tiegħu, il-livelli tal-emissjonijiet jistgħu jiżdiedu maż-żmien sa 50 mg/Nm3 (li jikkorrispondu għal 0,05 kg/ADt).

(31)  Dan il-BAT-AEL huwa bbażat fuq fluss ta' gass fil-medda ta' 100-200 Nm3/ADt.

(32)  Meta fl-impjanti eżistenti ma tkunx fattibbli bidla għall-inċinerazzjoni fi stadji, jistgħu jseħħu livelli ta' emissjonijiet sa 1 000 mg/Nm3 (li jikkorrispondu għal 0,2 kg/ADt).

(33)  Il-meded tal-BAT-AEL jirreferu għall-produzzjoni ta' polpa kummerċjali u l-parti tal-produzzjoni tal-polpa tal-fabbriki integrati (l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-karta mhumiex inklużi).

(34)  Il-BAT-AELs ma japplikawx għall-fabbriki tal-polpa naturali bi protezzjoni kontra l-griż).

(35)  Il-BAT-AEL għas-COD u l-fosfru totali ma japplikawx għall-polpa kummerċjali bbażata fuq l-ewkaliptu

(36)  Il-fabbriki tal-polpa kummerċjali bis-sulfit jistgħu japplikaw stadju ta' bbliċjar ħafif bis-ClO2 biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-prodott, u b'hekk iwasslu għal emissjonijiet ta' AOX.

(37)  Mhux applikabbli għall-fabbriki TCF.

(38)  Il-meded tal-BAT-AEL jirreferu għall-produzzjoni ta' polpa kummerċjali u l-parti tal-produzzjoni tal-polpa tal-fabbriki integrati (l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-karta mhumiex inklużi).

(39)  Minħabba l-emissjonijiet aktar għoljin speċifiċi għall-proċess, il-BAT-AEL għan-nitroġenu totali ma japplikax għall-produzzjoni tal-polpa NSSC ibbażata fuq l-ammonju.

(40)  Għall-fabbriki bbażati fuq l-ammonju, jistgħu jseħħu livelli għolja ta' emissjonijiet ta' NOx: sa 580 mg/Nm3 bħala medja ta' kuljum u sa 450 mg/Nm3 bħala medja ta' kull sena.

(41)  Għall-bojlers ta' rkupru mħaddma f'fabbriki li jużaw aktar minn 25 % ta' njam iebes (rikk fil-potassju) f'materja prima, jistgħu jseħħu livelli ogħla ta' emissjonijiet tat-trab sa 30 mg/Nm3.

(42)  Il-BAT-AEL għat-trab ma japplikax għall-fabbriki bbażati fuq l-ammonju.

(43)  Minħabba l-emissjonijiet ogħla speċifiċi għall-proċess, il-BAT-AEL għall-SO2 ma japplikax għal bojlers ta' rkupru mħaddma b'mod permanenti taħt kundizzjonijiet 'aċidużi', jiġifieri billi jintuża l-likur tas-sulfit bħala mezz ta' ħasil ta' scrubber imxarrab bħala parti mill-proċess ta' rkupru tas-sulfit.

(44)  Fil-każ ta' scrubbers eżistenti b'venturi ta' ħafna stadji, jistgħu jseħħu livelli ogħla ta' emissjonijiet ta' SO2 sa 400 mg/Nm3 bħala valur medju ta' kuljum u sa 350 mg/Nm3 bħala medja ta' kull sena.

(45)  Mhux applikabbli waqt 'operazzjoni bl-aċidu', jiġifieri perjodi li fihom isiru tlaħliħ u tindif tal-inkrustazzjoni fl-iscrubbers. Matul dawn il-perjodi l-emissjonijiet jistgħu jkunu sa 300 – 500 mg SO2/Nm3 (f'livell ta' 5 % O2) għat-tindif ta' wieħed mill-iscrubbers u sa 1 200 mg SO2/Nm3 (valuri medji ta' kull nofs siegħa, f'livell ta' 5 % O2) meta jitnaddaf il-ħassiel finali.

(46)  Fil-każ ta' polpa mekkanika bbliċjata ħafna (70-100 % ta' fibra fil-karta finali), jistgħu jseħħu livelli ta' emissjonijiet ta' 8 kg/t.

(47)  Meta ma jkunux jistgħu jintużaw aġenti bijodegradabbli jew aġenti kelanti eliminabbli minħabba r-rekwiżiti tal-kwalità tal-polpa (eż. tleqqija għolja), l-emissjonijiet tan-nitroġenu totali jistgħu jkunu ogħla minn dan il-BAT-AEL u għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta' każ b'każ.

(48)  Meta ma jkunux jistgħu jintużaw aġenti bijodegradabbli jew aġenti kelanti eliminabbli minħabba r-rekwiżiti tal-kwalità tal-polpa (eż. tleqqija għolja), l-emissjonijiet tan-nitroġenu totali jistgħu jkunu ogħla minn dan il-BAT-AEL u għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta' każ b'każ.

(49)  Għall-fabbriki b'ċirkwiti tal-ilma kompletament magħluqa, ma hemmx emissjonijiet ta' COD.

(50)  Għall-impjanti eżistenti, jistgħu jseħħu livelli sa 0,45 kg/t, minħabba t-tnaqqis kontinwu tal-kwalità tal-karta għar-riċiklaġġ u d-diffikultà tat-titjib kontinwu tal-impjant tal-effluwent.

(51)  Għall-fabriki b'kanal għall-ilma li jintrema ta' bejn 5 u 10 m3/t, l-ogħla punt tal-medda huwa ta' 0,008 kg/t.

(52)  Għall-fabbriki tal-karta grafika, it-tarf ta' fuq tal-medda jirreferi għal fabbriki li jimmanifatturaw il-karta li jużaw il-lamtu għall-proċess tal-kisi.

(53)  Fabbriki li jkollhom karatteristiċi speċjali, bħal numru għoli ta' bidliet fil-grad (eż. ta' ≥ 5 kuljum bħala medja ta' kull sena) jew li jipproduċu karti speċjali ħfief ħafna (≤ 30 g/m2 bħala medja ta' kull sena) jista' jkollhom emissjonijiet ogħla mit-tarf ta' fuq tal-medda.

(54)  It-tarf ta' fuq tal-medda tal-BAT-AEL jirreferi għall-fabbriki li jipproduċu karta mitħuna ħafna li teħtieġ irfinar intensiv u għall-fabbriki li jkollhom bidliet frekwenti fil-gradi tal-karta (eż. ≥ 1 – 2 bidliet fil-jum bħala medja ta' kull sena).


Top