Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0023

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/23/PESK tal- 20 ta' Jannar 2014 li tħassar id-Deċiżjoni 2013/350/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani

    ĠU L 16, 21.1.2014, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/23/oj

    21.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 16/31


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/23/PESK

    tal-20 ta' Jannar 2014

    li tħassar id-Deċiżjoni 2013/350/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-23 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/33/PESK (1) li taħtar lis-Sur Andreas REINICKE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani.

    (2)

    Fit-2 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/350/PESK (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sat-30 ta' Ġunju 2014 u li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013.

    (3)

    Fis-27 ta' Novembru 2013, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrikonoxxa t-triq 'il quddiem proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà bl-intendiment li l-kompiti tar-RSUE ser jittieħdu għalissa mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). Barra minn hekk, ser jiġu żgurati rappurtar regolari lill-Istati Membri kif ukoll kuntatti ta' livell għoli.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 2013/350/PESK għandha għalhekk titħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2014,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Tħassir

    Id-Deċiżjoni 2013/350/PESK hija mħassra.

    Artikolu 2

    Rieżami

    Ir-rappreżentanza futura tal-UE fir-rigward tal-proċess ta' paċi tal-Lvant Nofsani għandha tiġi rieżaminata qabel Mejju 2004.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/33/PESK tat-23 ta’ Jannar 2012 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani (ĠU L 19, 24.1.2012, p. 17).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/350/PESK tat-2 ta’ Lulju 2013 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 3).


    Top