EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1087

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1087/2013 tal- 4 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rappurtar dwar il-bromur tal-metil

ĠU L 293, 5.11.2013, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/03/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R0590

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1087/oj

5.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1087/2013

tal-4 ta’ Novembru 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rappurtar dwar il-bromur tal-metil

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 26(1)(a), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull sena dwar il-kwantitajiet ta’ bromur tal-metil awtorizzat għall-kwarantina u qabel it-trasbord skont l-Artikolu 12(2), kif ukoll dwar il-kwantitajiet ta’ bromur tal-metil awtorizzat f’każ ta’ emerġenza skont l-Artikolu 12(3).

(2)

L-iskadenza tat-18 ta’ Marzu 2010 li tinsab fl-Artikolu 12(1) inqabżet u l-bromur tal-metil ma jistax jibqa’ jitqiegħed fis-suq u jintuża għall-kwarantina u għal applikazzjonijiet ta’ qabel it-trasbord. Għalhekk, ma hemm l-ebda bżonn li l-Istati Membri jibqgħu jiġu mitluba biex jagħmlu rapport kull sena dwar il-bromur tal-metil awtorizzat għall-kwarantina u qabel it-trasbord skont l-Artikolu 12(2).

(3)

L-awtorizzazzjoni temporanja ta’ bromur tal-metil f’każijiet ta’ emerġenza skont l-Artikolu 12(3) tirrikjedi deċiżjoni speċifika tal-Kummissjoni għal kull każ. Għalhekk, ma hemm l-ebda bżonn li l-Istati Membri jibqgħu jiġu mitluba biex jagħmlu rapport kull sena, minħabba li l-obbligu ta’ rappurtar jista’ jiġi inkluż direttament f’kull deċiżjoni speċifika.

(4)

Għalhekk, l-Artikolu 26(1)(a) għandu jitħassar.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għandu jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.


Top