This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1062
Commission Implementing Regulation (EU) No 1062/2013 of 30 October 2013 on the format of the European Technical Assessment for construction products
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2013 tat- 30 ta’ Ottubru 2013 dwar il-format tal-Valutazzjoni Teknika Ewropea għall-prodotti ta’ kostruzzjoni
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2013 tat- 30 ta’ Ottubru 2013 dwar il-format tal-Valutazzjoni Teknika Ewropea għall-prodotti ta’ kostruzzjoni
ĠU L 289, 31.10.2013, pp. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
31.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/42 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1062/2013
tat-30 ta’ Ottubru 2013
dwar il-format tal-Valutazzjoni Teknika Ewropea għall-prodotti ta’ kostruzzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,
Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti għall-Kostruzzjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Valutazzjoni Teknika Ewropea hija meħtieġa biex manifattur ta’ prodott ta’ kostruzzjoni ikun jista’ jfassal dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni għal prodott ta’ kostruzzjoni li ma jkunx kopert jew ma jkunx kompletament kopert minn standard armonizzat. |
|
(2) |
L-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kontenut tal-Valutazzjoni Teknika Ewropea. Peress li l-prinċipji għall-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika applikabbli għandhom ikunu stabbiliti fid-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni (EAD), il-Valutazzjoni Teknika Ewropea għandu jkun fiha biss dettalji tekniċi tali li jkunu meqjusa meħtieġa f’dawn il-prinċipji fi ħdan l-EAD li jridu jiġu definiti f’dak il-livell għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ valutazzjoni u verifika tal-konsistenza tal-prestazzjoni. |
|
(3) |
Il-preżentazzjoni tad-deskrizzjoni teknika tal-prodott ikkonċernat għandha tkun definita flessibilment biżżejjed fil-format tal-Valutazzjoni Teknika Ewropea, minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ prodotti ta’ kostruzzjoni kkonċernati. |
|
(4) |
Flessibilità suffiċenti għandha tkun permessa wkoll għall-preżentazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott fil-Valutazzjoni Teknika Ewropea, biex il-manifattur ikun jista’ jiddikjara dik il-prestazzjoni b’mod ċar u preċiż fid-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu li hija bbażata fuq dik il-valutazzjoni. |
|
(5) |
Sabiex titħares l-informazzjoni teknika tal-prodott, il-manifattur għandu jkun jista’ jindika lill-Korp tal-Valutazzjoni Teknika liema partijiet tad-deskrizzjoni tal-prodott huma kunfidenzjali u ma jistgħux jiġu żvelati flimkien mal-Valutazzjoni Teknika Ewropea. L-informazzjoni kunfidenzjali għandha tkun inkluża f’Annessi separati minn dawk tal-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej. |
|
(6) |
Sabiex tissaħħaħ l-effiċenza tas-Suq Intern u l-kompetittività tas-settur Ewropew tal-kostruzzjoni kollu kemm hu, il-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej għandhom ikunu jistgħu jinħarġu malajr kemm jista’ jkun għall-manifatturi li jitolbuhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-format tal-Valutazzjoni Teknika Ewropea huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
VALUTAZZJONI TEKNIKA EWROPEA
Nru … ta’ … [data]
Parti ġenerali
|
1. |
Korp tal-Valutazzjoni Teknika li joħroġ il-Valutazzjoni Teknika Ewropea:
… |
|
2. |
Isem kummerċjali tal-prodott ta’ -kostruzzjoni:
… |
|
3. |
Familja ta’ prodotti li l-prodott ta’ kostruzzjoni jifforma parti minnha:
… |
|
4. |
Manifattur:
… |
|
5. |
Impjant(i) tal-manifattura:
… |
|
6. |
Din il-Valutazzjoni Teknika Ewropea fiha … paġni inklużi … Anness(i) li jifformaw parti integrali minn din il-valutazzjoni.
L-Anness(i) … fih(om) informazzjoni kunfidenzjali u mhuwiex/mhumiex inkluż(i) fil-Valutazzjoni Teknika Ewropea meta dik il-valutazzjoni tiġi ppubblikata. |
|
7. |
Din il-Valutazzjoni Teknika Ewropea nħarġet skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, fuq il-bażi ta’ … |
Partijiet speċifiċi
|
8. |
Deskrizzjoni teknika tal-prodott:
… |
|
9. |
Speċifikazzjoni tal-użu/i maħsub(a) skont id-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni applikabbli (minn hawn ‘il quddiem EAD):
… |
|
10. |
Prestazzjoni tal-prodott u referenzi għall-metodi użati għall-valutazzjoni tiegħu:
… |
|
11. |
Valutazzjoni u verifika ta’ kostanza tas-sistema ta’ prestazzjoni applikata (minn hawn ‘il quddiem AVCP), b’referenza għall-bażi ġuridika tagħha:
… |
|
12. |
Dettalji tekniċi neċessarji għall-implimentazzjoni tas-sistema AVCP, kif stipulat fl-EAD applikabbli:
… |
Maħruġ fi … nhar …/… 20….
minn …
Anness(i)