This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0700
2013/700/EU: Commission Implementing Decision of 22 November 2013 on setting up the European Social Survey as a European Research Infrastructure Consortium (ESS ERIC)
2013/700/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Novembru 2013 dwar it-twaqqif ta’ Stħarriġ Soċjali Ewropew bħala Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta’ Riċerka (ESS ERIC)
2013/700/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Novembru 2013 dwar it-twaqqif ta’ Stħarriġ Soċjali Ewropew bħala Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta’ Riċerka (ESS ERIC)
ĠU L 320, 30.11.2013, pp. 44–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 320/44 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Novembru 2013
dwar it-twaqqif ta’ Stħarriġ Soċjali Ewropew bħala Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta’ Riċerka (ESS ERIC)
(2013/700/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq talbu l-Kummissjoni tistabbilixxi Stħarriġ Soċjali Ewropew bħala Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta’ Riċerka (ESS ERIC). Ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera se jipparteċipaw inizjalment fl-ESS ERIC bħala Osservaturi. |
|
(2) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq intgħażel mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja u tar-Renju tal-Isvezja bħala l-Istat Membru Ospitanti tal-ESS ERIC. |
|
(3) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta’ Riċerka għall-Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka dwar l-Istħarriġ Soċjali msemmi ESS ERIC huwa b’dan stabbilit.
2. L-Istatuti tal-ESS ERIC huma stabbiliti fl-Anness. Dawn l-Istatuti għandhom jinżammu aġġornati u jkunu disponibbli għall-pubbliku fuq il-websajt tal-ESS ERIC u fis-sede statutorja tiegħu.
3. L-elementi essenzjali tal-Istatuti ESS ERIC li għalihom l-emendi għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 huma previsti fl-Artikoli 1, 2, 20, 21, 22, 23, 24, u 25.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
STATUTI TAL-KONSORZJU GĦALL-INFRASTRUTTURA EWROPEA TAR-RIĊERKA — STĦARRIĠ SOĊJALI EWROPEW (“ESS ERIC”)
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Isem, sit, lokazzjoni, kwartieri ġenerali, twaqqif u lingwa li tintuża
1. Għandu jkun hemm Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka msejħa l-Istħarriġ Soċjali Ewropew, minn issa ’l quddiem imsejħa “ESS”.
2. L-isem tal-Konsorzju għall-Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERIC) — Stħarriġ Soċjali Ewropew għandu jkun ESS ERIC.
3. Is-sede statutorja tal-ESS ERIC għandha tkun fil-Pajjiż Ospitanti. Normalment is-sede statutorja għandha tkun ospitata fl-istituzzjoni ospitanti ġewwa dan il-pajjiż skont kif jistà jiġi ddeterminat mill-Assemblea Ġenerali meta jkun meħtieġ.
4. L-ewwel sede statutorja tal-ESS ERIC għandha tkun fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. L-ewwel pajjiż ospitanti għandu jkun r-Renju Unit. L-ewwel l-istituzzjoni ospitanti għandha tkun s-City University London. Is-sede statutorja, il-Pajjiż Ospitanti u l-Istituzzjoni Ospitanti għandhom jiġu riveduti mill-Assemblea Ġenerali kull erba’ snin.
5. L-ESS ERIC għandha tagħmel arranġament ma’ kull Istituzzjoni Ospitanti li jispeċifika t-termini li fuqhom l-Istituzzjoni Ospitanti tista’ tforni kull servizz jew prodott ta’ dan it-tip jew tqiegħed impjegati għad-disponibbiltà tal-ESS ERIC fil-kwartieri ġenerali tagħha (li għandhom ikunu l-uffiċċji ċentrali tal-ESS ERIC li fihom id-Direttur u Viċi Direttur wieħed għandhom ikunu ppustjati) (“Kwartieri Ġenerali”). F’każ li wara t-terminazzjoni ta’ Istituzzjoni Ospitanti li taġixxi bħala tali u wara li dik l-Istituzzjoni Ospitanti ġġarrab xi spejjeż, klejms jew obbligazzjonijiet oħra, l-ESS ERIC għandha tindennizza dik l-Istituzzjoni Ospitanti għal dawn l-ispejjeż, klejms jew obbligazzjonijiet (ħlief sa fejn ikunu kkawżati min-nuqqas ta’ ħlas tal-Istituzzjoni Ospitanti).
6. Il-Kwartieri Ġenerali għandhom normalment jiġu stabbiliti fl-Istituzzjoni Ospitanti. Sakemm ma jkunx determinat mod ieħor mill-Assemblea Ġenerali, l-ESS ERIC għandha normalment tidħol f’arranġamenti biex tipprovdi Kwartieri Ġenerali għal perjodi ta’ erba’ snin. Tnax-il xahar qabel id-data ta’ skadenza ta’ dan l-arranġament mal-Istituzzjoni Ospitanti fir-rigward tal-Kwartieri Ġenerali, l-Assemblea Ġenerali għandha jew iġġedded l-arranġament għal perjodu ieħor ta’ erba’ snin jew tistabbilixxi l-Kwartieri Ġenerali x’imkien ieħor permezz ta’ arranġament ma’ parti terza.
7. Il-Pajjiż Ospitanti għandu jsejjaħ l-ewwel laqgħa tal-Assemblea Ġenerali kemm jista’ jkun malajr iżda mhux aktar tard minn 45 jum kalendarju minn meta tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għat-twaqqif tal-ESS ERIC.
8. Il-Pajjiż Ospitanti għandu jinnotifika lill-Membri fundaturi b’kull azzjoni legali urġenti speċifika li teħtieġ li tittieħed f’isem l-ERIC qabel ma ssir il-laqgħa kostituzzjonali. Sakemm Membru fundatur ma joġġezzjonax fi żmien ħamest ijiem (5) tax-xogħol wara li jiġi nnotifikat, l-azzjoni legali għandha titwettaq minn persuna awtorizzata mill-Istat Ospitanti.
9. Il-lingwa ta’ użu tal-ESS ERIC għandha tkun l-Ingliż.
Artikolu 2
Kompiti u attivitajiet
1. L-għan prinċipali u l-kompitu tal-ESS ERIC għandu jkun li tistabbilixxi u topera infrastruttura ta’ riċerka bl-objettivi ewlenin li ġejjin:
|
(a) |
li tiġbor, tinterpreta u xxerred permezz tal-Istħarriġ Soċjali Ewropew jew inkella ta’ dejta daqstant rigoruża dwar il-kundizzjoni soċjali tal-Ewropa, inklużi t-tendenzi ta’ moviment, il-valuri, il-perċezzjonijiet u l-mudelli ta’ mġiba fost iċ-ċittadini f’pajjiżi differenti; |
|
(b) |
li tipprovdi aċċess liberu u f’waqtu għad-dejta akkumulata tagħha lill-utenti professjonali u l-membri tal-pubbliku; |
|
(c) |
li ġġib ’il quddiem l-avvanz ta’ metodi ta’ kejl soċjali kwantitattiv u l-analiżi tiegħu fl-Ewropa u lil hinn minnha. |
2. L-ESS ERIC għandha ssegwi l-għan u l-kompitu prinċipali tagħha fuq bażi mhux ekonomika. Madankollu, hija tista’ twettaq attivitajiet ekonomiċi limitati, bil-kundizzjoni li jkunu marbuta mill-qrib mal-kompitu prinċipali tagħha u li ma jippreġudikawx il-ksib tiegħu.
KAPITOLU 2
SĦUBIJA
Artikolu 3
Sħubija u entità rappreżentanti
1. L-entitajiet li ġejjin jistgħu jsiru Membri tal-ESS ERIC:
|
(a) |
L-Istati Membri; |
|
(b) |
Pajjiżi Assoċjati; |
|
(c) |
pajjiżi terzi oħra li mhumiex Pajjiżi Assoċjati; kif ukoll |
|
(d) |
organizzazzjonijiet intergovernattivi |
2. L-ESS ERIC għandu jkollha għall-inqas tliet Stati Membri bħala Membri.
3. L-Istati Membri (li jaġixxu permezz ta’ rappreżentanti nazzjonali) għandu jkollhom f’kull ħin b’mod konġunt il-maġġoranza tad-drittijiet ta’ votazzjoni fl-Assemblea Ġenerali. Jekk inqas minn nofs il-Membri kollha (li jaġixxu permezz tar-Rappreżentanti Nazzjonali) huma Stati Membri, l-Istati Membri għandu jkollhom flimkien 51 % tal-voti u kull Stat Membru (li jaġixxi permezz tar-Rappreżentanti Nazzjonali) għandu jkollu sehem ugwali ta’ dawn il-51 % tal-voti. Il-bilanċ tal-voti għandu jinqasam ugwalment bejn il-Membri l-oħra kollha. Għall-finijiet tal-Istatuti, “vot wieħed” għandha tirreferi, fejn ikun xieraq, għal sehem wieħed ta’ vot ta’ Membru aġġustat kif stabbilit f’dan l-Artikolu 3(3) kull meta inqas minn nofs il-Membri kollha jkunu Stati Membri.
4. Kull Membru jew Osservatur jista’ jkun irrappreżentat minn entità pubblika waħda jew entità privata waħda b’missjoni ta’ servizz pubbliku, li jagħżel huwa stess skont ir-regoli u l-proċeduri tiegħu.
Biex jiġi evitat id-dubju kull Membru għandu jkun intitolat li jbiddel ir-rappreżentant tiegħu u/jew li jkollu sa żewġ rappreżentanti iżda vot wieħed biss għal kull Membru.
5. Kull Membru għandu jaħtar (permezz tal-Ministeru rilevanti tiegħu, id-Dipartiment tal-Gvern jew l-entità ddelegata rispettiva tiegħu jew ir-rappreżentant skont l-Artikolu 3(4), u jinforma lill-Assemblea Ġenerali bil-miktub dwar din il-ħatra, persuna fiżika waħda biex tirrappreżenta dan il-Membru (“ir-Rappreżentant Nazzjonali”) fil-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali u f’kull ħidma tal-Assemblea Ġenerali jew inkella bejn il-Membru u l-ESS ERIC. Kull Membru għandu wkoll jaħtar, u jinforma lill-Assemblea Ġenerali bil-miktub dwar din il-ħatra, persuna fiżika waħda li taġixxi bħala s-supplent tar-Rappreżentant Nazzjonali jekk ir-Rappreżentant Nazzjonali ma jkunx disponibbli jew ma jkunx jista’ jwettaq dmirijietu.
6. Kull Membru għandu normalment jaħtar Rappreżentant Nazzjonali għal perjodu minimu taċ-ċiklu ta’ sentejn ta’ kull Stħarriġ Soċjali Ewropew (bl-ewwel perjodu għall-ESS ERIC skont kif jiġi stabbilit mid-Direttur bl-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali) (“Perjodu Biennali”). Kull Membru għandu wkoll jaħtar Rappreżentant Nazzjonali supplenti wieħed għall-istess Perjodu Biennali. Kull Membru jista’ jissostitwixxi r-Rappreżentant jew is-supplent Nazzjonali tiegħu f’kull ħin permezz ta’ avviż bil-miktub lill-Assemblea Ġenerali.
7. Il-Membri u l-Osservaturi attwali u l-entitajiet rappreżentanti tagħhom huma elenkati fl-Anness II. Il-Membri fil-ħin tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tal-ERIC għandhom ikunu msemmija bħala membri fundaturi.
Artikolu 4
Dħul tal-Membri u Osservaturi
1. Il-Membri l-Ġodda jridu jissodisfaw dawn l-kundizzjonijiet ta’ dħul:
|
(a) |
id-dħul ta’ Membri ġodda għandu jiġi approvat b’maġġoranza sempliċi tal-voti tal-Assemblea Ġenerali; |
|
(b) |
l-applikazzjonijiet kollha għas-sħubija għandhom ikunu bil-miktub indirizzata lill-President tal-Assemblea Ġenerali b’kopja lid-Direttur. |
|
(c) |
l-applikazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-applikant se jikkontribwixxi għall-objettivi u l-attivitajiet tal-ESS ERIC deskritti fl-Artikolu 2 u kif dan ser jissodisfa l-obbligi msemmija fl-Artikolu 3. B’mod partikolari, applikant irid ikun wera, għas-sodisfazzjon tal-Assemblea Ġenerali, li għandu l-mezzi u impenn sod li jagħmel dan li ġej:
|
2. Il-membri kollha, bħala kundizzjoni ta’ sħubija, għandhom jidħlu f’att ta’ adeżjoni sostanzjalment fil-forma kif approvata mill-Assemblea Ġenerali, meta jkun meħtieġ.
3. L-entitajiet elenkati fl-Artikolu 3(1) li għad mhumiex f’pożizzjoni li jissieħbu bħala Membri, jistgħu japplikaw għal status ta’ Osservatur. Dawn li ġejjin għandhom jiddaħħlu bħala osservaturi (kull wieħed bħala “Osservatur”):
|
(a) |
kull entità kapaċi li tkun osservatur skont id-definizzjoni tar-Regolament u ammessa mill-Assemblea Ġenerali bħala Osservatur, kemm-il darba dan jitqies mill-Assemblea Ġenerali bħala fl-aħjar interess tal-ESS ERIC u bi tkomplija tal-kompitu prinċipali u l-attivitajiet tagħha; |
|
(b) |
kull Membru li jkun tilef id-dritt għall-vot, temporanjament jew b’xi mod ieħor, skont l-Artikolu 5(4), bl-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali, għandu jingħata l-istatus ta’ Osservatur sakemm jerġa’ jingħata d-dritt tal-vot tiegħu jew sakemm tasal fi tmiem is-sħubija tiegħu. |
4. Il-kundizzjonijiet għad-dħul tal-Osservaturi huma dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-Osservaturi għandhom ikunu ammessi għal perjodu ta’ erba’ snin; wara dan iż-żmien, l-Osservatur għandu jippreżenta applikazzjoni lill-Assemblea Ġenerali għal estensjoni(jiet) tal-istatus ta’ Osservatur; |
|
(b) |
id-dħul u d-dħul mill-ġdid ta’ Osservaturi għandu jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali; |
|
(c) |
l-applikanti għandhom jippreżentaw applikazzjoni bil-miktub lis-sit irreġistrat tal-ESS ERIC; |
|
(d) |
jekk xi Membru jkun tilef id-dritt għall-vot, temporanjament jew b’xi mod ieħor, skont l-Artikolu 5(4), għandu jingħata l-istatus ta’ Osservatur bl-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali sakemm jerġa’ jingħata d-dritt tal-vot tiegħu jew sakemm tasal fi tmiem is-sħubija tiegħu. |
5. Kull Osservatur għandu jaħtar (permezz tal-Ministeru rilevanti tiegħu, id-Dipartiment tal-Gvern jew l-entità ddelegata rispettiva tiegħu), u jinforma lill-Assemblea Ġenerali bil-miktub dwar din il-ħatra, persuna fiżika waħda biex tirrappreżenta dan l-Osservatur (“ir-Rappreżentant Osservatur”) fil-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali u f’kull ħidma tal-Assemblea Ġenerali jew inkella bejn l-Osservatur u l-ESS ERIC.
L-Osservatur Rappreżentattiv ta’ Osservatur ammess bl-Artikolu 4(3) għandu jkun ir-Rappreżentant Nazzjonali maħtur minn din l-entità fil-kapaċità tagħha bħala Membru. Kull Osservatur għandu wkoll jaħtar, u jinforma lill-Assemblea Ġenerali bil-miktub dwar din il-ħatra, persuna fiżika waħda biex taġixxi bħala s-supplent tar-Rappreżentant Osservatur jekk ir-Rappreżentant Osservatur ma jkunx disponibbli jew ma jkunx jista’ jwettaq dmirijietu.
6. Il-persuni li ġejjin għandhom jiġu mistiedna jattendu ex officio dawk il-partijiet tal-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali li ma jkunux qegħdin jikkonsidraw Kwistjonijiet Riżervati, bid-dritt li jitkellmu iżda mhux tal-vot u d-dritt li jirċievu d-dokumenti rilevanti kollha:
|
(a) |
rappreżentant tal-Fondazzjoni Ewropea tax-Xjenza jew kwalunkwe korp suċċessur; |
|
(b) |
il-President tal-bord konsultattiv xjentifiku tal-Assemblea Ġenerali li jrid jitwaqqaf skont dawn l-Istatuti (“SAB”); |
|
(c) |
il-President tal-bord konsultattiv dwar il-metodi tal-Assemblea Ġenerali li jrid jitwaqqaf skont dawn l-Istatuti (“MAB”); |
|
(d) |
rappreżentant tal-Forum tal-Koordinaturi Nazzjonali kif deskritt fl-Artikolu 13 (“il-Forum NC”); |
|
(e) |
id-Direttur u l-Viċi Diretturi tal-ESS ERIC; |
|
(f) |
rappreżentant tal-Istituzzjoni Ospitanti; kif ukoll |
|
(g) |
rappreżentant nominat ta’ xi pajjiż ieħor mhux Membru li esprima intenzjoni li jieħu sehem fl-Istħarriġ Soċjali Ewropew u li jkun ġie approvat mill-Assemblea Ġenerali. |
Artikolu 5
Irtirar ta’ Membru jew Osservatur/Terminazzjoni ta’ sħubija jew ta’ status ta’ Osservatur
1. Entità għandha awtomatikament ma tibqax Membru jekk ma tibqax teżisti jew ma tibqax taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji stabbiliti skont l-Artikolu 3(1).
2. Membru jista’ jirtira mis-sħubija f’kull ħin, b’effett fit-tmiem ta’ kull Perjodu Biennali (ħlief fl-aħħar tal-ewwel Perjodu Biennali) billi jippreżenta lill-Assemblea Ġenerali mhux aktar tard minn 24 xahar notifika minn qabel bil-miktub (“il-Perjodu ta’ Notifika ta’ Ħruġ”).
3. Is-sħubija għandha tintemm ukoll jekk l-Assemblea Ġenerali, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti, tiddeċiedi li huwa fl-aħjar interessi tal-ESS ERIC li tali sħubija tintemm wara:
|
(a) |
ksur tal-kundizzjonijiet minn Membru stipulati f’dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
ksur serju minn Membru ta’ kull dispożizzjoni oħra tal-Istatuti. |
Il-Membru jew Osservatur għandu jingħata l-opportunità li jikkontesta d-deċiżjoni tat-terminazzjoni u jippreżenta d-difiża tiegħu lill-Assemblea Ġenerali.
4. Minkejja dak li hemm fl-Artikolu 5(3), l-Assemblea Ġenerali tista’ wkoll tiddeċiedi, b’vot ta’ maġġoranza sempliċi, fiċ-ċirkostanzi stabbiliti skont l-Artikolu 5(3), li ma titterminax is-sħubija ta’ Membru iżda li tissospendi jew tirtira d-dritt tal-vot tal-Membru għal ċertu perjodu ta’ żmien u suġġett għal kundizzjonijiet skont kif tista’ raġonevolment tiddeċiedi l-Assemblea Ġenerali. L-Assemblea Ġenerali tista’ tistabbilixxi mill-ġdid, b’vot ta’ maġġoranza sempliċi, id-dritt tal-vot tal-Membru f’kull ħin jekk it-tali Membru jkun irimedja għas-sodisfazzjon tal-Assemblea Ġenerali kull ksur skont kif stabbilit fl-Artikolu 5(3).
5. Is-sħubija ma għandhiex tkun trasferibbli.
KAPITOLU 3
DRITTIJIET U OBBLIGI TAL-MEMBRI U L-OSSERVATURI
Artikolu 6
Membri
1. Soġġett għall-Artikoli 3(5) u 5(4), kull Membru għandu jkollu vot wieħed. Fil-każ li Membru jkollu aktar minn rappreżentant wieħed skont l-Artikolu 3(4), allura ħlief bil-kunsens tal-Assemblea Ġenerali (u dan l-Artikolu), dan il-Membru għandu jkollu vot wieħed biss. Barra minn hekk, il-Membru għandu jindika lill-Assemblea Ġenerali l-proċedura dwar kif ir-rappreżentanti tiegħu se jużaw dan/dawn il-vot/i għal dan il-Membru.
2. Kull Membru għandu:
|
(a) |
jagħti kontribuzzjoni finanzjarja kif speċifikat fl-Artikoli 4(1)(c)(i) u 4(1)(c)(ii) u 4(1)(c)(iii); |
|
(b) |
jaħtar Rappreżentant Nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 3(5); kif ukoll |
|
(c) |
jagħti lir-Rappreżentant Nazzjonali tiegħu l-awtorità sħiħa biex jivvota dwar il-kwistjonijiet kollha mqajma waqt l-Assemblea Ġenerali u inklużi fl-aġenda; |
3. Minbarra l-kontribuzzjonijiet annwali lill-ESS ERIC, il-Membri jistgħu jagħtu kontribuzzjonijiet oħra b’mod individwali jew konġunt b’kooperazzjoni ma’ Membri, Osservaturi jew partijiet terzi.
Artikolu 7
Osservaturi
1. Id-Drittijiet tal-Osservaturi għandhom jinkludu li jirċievu l-avviż ta’ laqgħa tal-Assemblea Ġenerali, jattendu għaliha u (bl-approvazzjoni tal-President) jitkellmu, għajr li l-Assemblea Ġenerali tista’ teskludi l-Osservaturi minn partijiet ta’ dawn il-laqgħat li jikkunsidraw kwistjonijiet riżervati (skont kif deċiż mill-President jew b’vot tal-Assemblea Ġenerali meta jkun meħtieġ). Osservatur għandu jkun intitolat għall-istess dokumenti bħar-Rappreżentanti Nazzjonali ħlief fir-rigward ta’ xi dokumenti li jinvolvu kwistjonijiet riżervati (kif imsemmi hawn fuq). Osservatur ma għandux ikollu vot.
2. Kull Osservatur għandu jaħtar Osservatur Rappreżentant kif imsemmi fl-Artikolu 4(5).
KAPITOLU 4
IL-GOVERNANZA U TWETTIQ TA’ ATTIVITAJIET TAL-ERIC
Artikolu 8
Assemblea Ġenerali
1. L-Assemblea Ġenerali huwa l-korp li jirrappreżenta lill-Membri kollha tal-ESS ERIC. Kull Membru għandu jkun irrappreżentat mir-Rappreżentant Nazzjonali tiegħu (jew is-sostitut tiegħu) fil-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali.
2. L-Assemblea Ġenerali għandu jkollha setgħat sħaħ ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-operazzjonijiet u l-ġestjoni tal-ESS ERIC. L-Assemblea Ġenerali għandha tipproteġi u ġġib ’il quddiem l-interessi tal-ESS ERIC f’kull ħin.
3. L-Assemblea Ġenerali għandha tkun intitolata b’ordni permanenti li tiddelega lid-Direttur, meta jkun meħtieġ, ċertu kwistjonijiet skont kif jidrilha li huwa xieraq.
4. L-Assemblea Ġenerali għandu jkollha r-responsabbiltà ġenerali biex jiżgura l-vijabilità u s-sostenibbiltà tal-ESS ERIC. Ir-responsabbiltajiet tagħha għandhom ukoll jinkludu, mingħajr ma jkunu limitati għal dawn biss:
|
(a) |
li taħtar, tissostitwixxi jew tneħħi d-Direttur wara konsultazzjoni mat-Tim Xjentifiku Ewlieni kif deskritt fl-Artikolu 13 (“CST”) u tiddetermina it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg tad-Direttur. L-Assemblea Ġenerali għandha tiddetermina jekk kompetizzjoni miftuħa jew proċess ristrett ikunx xieraq fir-rigward tal-ħatra tad-Direttur u jekk kumitat li jaħtar għandux jiġi stabbilit biex jittratta din il-kwistjoni f’isem l-Assemblea Ġenerali; |
|
(b) |
li taħtar, tissostitwixxi jew tneħħi l-Istituzzjoni Ospitanti wara konsulazzjoni mas-CST. L-Assemblea Ġenerali għandha tiddetermina jekk kompetizzjoni miftuħa jew proċess ristrett ikunx xieraq fir-rigward tal-ħatra tal-Istituzzjoni Ospitanti u jekk kumitat li jaħtar għandux jiġi stabbilit biex jittratta din il-kwistjoni f’isem l-Assemblea Ġenerali; |
|
(c) |
li tirċievi rapporti minn żmien għal żmien mid-Direttur dwar l-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu/tagħha; |
|
(d) |
li tanalizza u tapprova kontijiet u programmi ta’ ħidma mibdija; |
|
(e) |
li taħtar, tissostitwixxi jew tneħħi l-membri tal-SAB; |
|
(f) |
li taħtar, tissostitwixxi jew tneħħi l-membri tal-MAB; |
|
(g) |
li taħtar, tissostitwixxi jew tneħħi l-membri tal-Kumitat Finanzjarju; |
|
(h) |
li jistabbilixxi kull korpi jew kumitat konsultattiv ieħor li l-Assemblea Ġenerali tista’ tikkunsidra meħtieġa jew xierqa meta jkun meħtieġ u tiddetermina s-sħubija u l-proċeduri ta’ dawn il-korpi; kif ukoll |
|
(i) |
li tissorvelja u tiżgura li l-Membri jissodisfaw l-obbligi tagħhom lejn l-ESS ERIC u, jekk ikun meħtieġ, tieħu azzjoni kontra l-Membri biex tinforza id-drittijiet tal-ESS ERIC kontra dawn il-Membri. |
L-Assemblea Ġenerali tista’ tikkummissjona u tirċievi reviżjonijiet jew eżerċizzji ta’ awditjar indipendenti minn żmien għal żmien tal-operazzjonijiet kollha jew parti minnhom tal-ESS ERIC. L-Assemblea Ġenerali għandu jkollu r-responsabbiltà għad-determinazzjoni tal-proċess u l-iskeda ta’ żmien għal kull reviżjoni jew eżerċizzju ta’ awditjar bħal dawn u għat-twaqqif tal-kriterji ta’ reviżjoni f’konsultazzjoni mad-Direttur, is-CST u kull korp konsultattiv li l-Assemblea Ġenerali tista’ tistabbilixxi, meta jkun meħtieġ.
Artikolu 9
President u Viċi President tal-Assemblea Ġenerali
1. L-Assemblea Ġenerali għandha taħtar b’vot ta’ maġġoranza sempliċi President indipendenti (il-“President”), li ma jridx ikun Rappreżentant Nazzjonali u li għandu jikkonforma mal-kriterji skont kif jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali, meta jkun meħtieġ.
Il-President jinħatar għal perjodu ta’ erba’ snin, li jista’ jiġġedded. Qabel ma taħtar il-President, l-Assemblea Ġenerali għandha tressaq bil-miktub in-nominazzjonijiet tal-kandidat(i) mill-inqas tliet ġimgħat qabel il-laqgħa li fiha jinħatar il-President. Il-President għandu jieħu l-ħatra l-aktar fis possibbli wara l-ħatra tiegħu/tagħha.
2. L-Assemblea Ġenerali għandha taħtar b’vot ta’ maġġoranza sempliċi Viċi President (il-“Viċi President”) minn fost ir-Rappreżentanti Nazzjonali. Il-Viċi President jinħatar għal perjodu ta’ erba’ snin, li jista’ jiġġedded. Qabel ma taħtar il-Viċi President, l-Assemblea Ġenerali għandha tressaq bil-miktub in-nominazzjonijiet tal-kandidat(i) mill-inqas tliet ġimgħat qabel il-laqgħa. Il-Viċi President għandu jieħu l-ħatra l-aktar fis possibbli wara l-ħatra tiegħu/tagħha. Il-Viċi President għandu jassumi l-irwoli kollha tal-President fin-nuqqas tiegħu/tagħha.
3. L-Assemblea Ġenerali għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex l-ewwel President u Viċi President ikunu jistgħu jinħatru fl-ewwel laqgħa tal-Assemblea Ġenerali.
Artikolu 10
Laqgħat tal-Assemblea Ġenerali
1. L-Assemblea Ġenerali għandha tiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena. Fuq talba tal-President jew id-Direttur jew mill-inqas terz tar-Rappreżentanti Nazzjonali jistgħu jissejħu laqgħat oħrajn. Il-Kwartieri Ġenerali tal-ESS ERIC għandhom jorganizzaw l-amministrazzjoni tal-laqgħat, inkluż it-teħid ta’ minuti.
2. Id-deċiżjonijiet kollha tal-Assemblea Ġenerali, għajr għall-Kwistjonijiet Riżervati, għandhom jiġu adottati b’maġġoranza sempliċi tal-voti tal-Membri preżenti permezz tar-Rappreżentanti Nazzjonali tagħhom, soġġett għall-Artikolu 3(5).
3. Soġġett għall-Artikolu 10(15), laqgħa tal-Assemblea Ġenerali għandha tissejjaħ b’avviż ta’ mhux anqas minn erbatax-il jum kalendarju. Soġġett għall-Artikolu 10(15), l-avviż għandu jispeċifika l-ħin u l-post tal-laqgħa u n-natura ġenerali tal-kwistjonijiet li jkunu se jiġu ttrattati.
4. Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Istatuti, l-avviż dwar laqgħat tal-Assemblea Ġenerali u komunikazzjonijiet oħrajn marbuta magħhom għandhom jingħataw lill-Membri kollha, lid-Direttur, lir-Rappreżentanti Nazzjonali, lill-Osservaturi u lil kull persuna oħra li l-President jista’ jixtieq jistieden għal-laqgħat.
5. Ommissjoni aċċidentali li jingħata avviż ta’ laqgħa, jew nuqqas ta’ wasla ta’ avviż ta’ laqgħa għand xi persuna intitolata li tirċievi l-avviż ma għandux jinvalida l-proċeduri f’dik il-laqgħa.
6. Kull avviż li jsejjaħ laqgħa tal-Assemblea Ġenerali għandu jingħata f’għamla stampata jew f’forma elettronika (kif iddefinit fit-taqsima 1168 tal-Att tal-Kumpaniji tar-Renju Unit 2006) u permezz ta’ websajt.
7. Ma għandu jsir l-ebda xogħol fi kwalunkwe laqgħa tal-Assemblea Ġenerali kemm-il darba ma jkunx hemm kworum ta’ Membri (permezz tar-Rappreżentanti Nazzjonali tagħhom). Jekk il-Membri preżenti jkollhom mill-inqas terz tal-voti eliġibbli fl-Assemblea Ġenerali u huma intitolati li jivvutaw fir-rigward tal-kwistjonijiet li jridu jiġu ttrattati, dan jissejjaħ kworum. Jekk fi żmien nofs siegħa mill-ħin magħżul għal-laqgħa ma hemmx il-preżenza ta’ kworum l-Assemblea Ġenerali għandha tiġi aġġornata għall-istess jum, fl-istess post, għaxar minuti aktar tard. Jekk fil-laqgħa tal-Assemblea Ġenerali li tkun ġiet aġġornata ma hemmx il-preżenza ta’ kworum, il-Membri rrappreżentati u intitolati li jivvutaw dwar il-kwistjonijiet li jridu jiġu ttrattati għandhom jikkostitwixxu kworum u għandu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu dwar kull kwistjoni li setgħet tinħeles fil-laqgħa li minnha jkun seħħ l-aġġornament, iżda kull deċiżjoni adottata f’dik il-laqgħa ma għandhiex tidħol fis-seħħ sakemm u sa meta jkunu ġew iċċirkolati l-minuti tal-laqgħa lill-Membri kollha u jkunu ġew approvati bil-miktub jew bil-posta elettronika minn maġġoranza sempliċi tal-Membri jew maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Membri għal kull Kwistjoni Riżervata. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-approvazzjoni ta’ Rappreżentant Nazzjonali għandha tiġi ttrattata bħala l-approvazzjoni minn Membru.
8. Il-President għandu jippresjedi f’kull laqgħa tal-Assemblea Ġenerali, jew jekk ma jkunx hemm President, jew jekk huwa jew hija ma jkunux preżenti waqt il-ħin magħżul biex issir il-laqgħa, jew huwa jew hija ma jridux jaġixxu, il-Viċi President għandu jippresjedi bħala President, jew jekk huwa jew hija ma jkunux preżenti jew mhumiex lesti li jaġixxu, ir-Rappreżentanti Nazzjonali preżenti għandhom jeleġġu wieħed minn fosthom sabiex ikun il-President tal-laqgħa.
9. Fi kwalunkwe laqgħa tal-Assemblea Ġenerali, riżoluzzjoni mressqa għall-vot tal-laqgħa għandha tiġi deċiża b’turija tal-idejn jew, fid-diskrezzjoni tal-President, il-vot jista’ jiġi deċiż b’votazzjoni.
10. Dikjarazzjoni mill-President li riżoluzzjoni ġiet approvata jew approvata b’mod unanimu, jew permezz ta’ maġġoranza partikolari, jew ma għaddietx, jew ma ġietx approvata minn maġġoranza partikolari u r-reġistrazzjoni fil-minuti tal-laqgħa tal-ESS ERIC għandhom ikunu evidenza konklużiva tal-fatt mingħajr prova tal-għadd jew il-proporzjon tal-voti rreġistrat favur jew kontra tali riżoluzzjoni.
11. Il-President ma għandux ikollu vot jew il-vot deċiżiv. Id-Deputat President jew kull Rappreżentant Nazzjonali ieħor elett biex jippresiedi laqgħa tal-Assemblea Ġenerali għandu jżomm il-vot tiegħu/tagħha bħala Rappreżentant Nazzjonali meta jkun qed jippresjedi/tkun qegħda tippresjedi laqgħa tal-Assemblea Ġenerali iżda ma għandux ikollu/ma għandhiex ikollha l-ebda vot addizzjonali meta jaġixxi/taġixxi bħala President.
12. L-Osservaturi għandu jkollhom id-dritt li jitkellmu u jinstemgħu fil-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali fid-diskrezzjoni tal-President, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot. Il-President jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu/tagħha, jitlob/titlob lill-Osservaturi biex jitilqu mill-kamra matul laqgħa sħiħa tal-Assemblea Ġenerali jew parti minnħa.
13. Il-kwistjonijiet li ġejjin (“Kwistjonijiet Riżervati”) jistgħu biss jiġu adottati mill-Assemblea Ġenerali b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Membri rappreżentati u li jivvotaw waqt il-laqgħa, sakemm il-laqgħa tkun issejħet b’avviż ta’ mill-inqas sitt ġimgħat u l-avviż ikun speċifika l-ħin u l-post tal-laqgħa u n-natura tal-Kwistjonijiet Riżervati li jridu jiġu ttrattati
|
(a) |
kull tibdil fl-arranġamenti ta’ governanza tal-ESS ERIC; |
|
(b) |
kull żieda proposta fil-baġit tal-ESS ERIC (kif stabbilit fl-Artikolu 17 ta’ dan); |
|
(c) |
kull tibdil propost fil-mudell ta’ finanzjament kif stabbilit fl-Artikolu 17 ta’ dan; |
|
(d) |
terminazzjoni proposta ta’ sħubija ta’ Membru; |
|
(e) |
tibdil propost ta’ Istituzzjoni Ospitanti; |
|
(f) |
terminazzjoni proposta tal-ħatra tal-President, tal-Viċi President, tad-Direttur qabel id-data preskritta; |
|
(g) |
kull bidla fil-kompożizzjoni jew struttura ta’ kull wieħed mill-korpi msemmija fl-Artikoli 11(3) jew 13(2); kif ukoll |
|
(h) |
bidliet proposti fl-Istatuti (inkluż kull tibdil kif speċifikat fl-Artikolu 28 ta’ dan). |
14. Riżoluzzjoni bil-miktub miftiehma minn tali numru ta’ Membri kif meħtieġ, li kieku ġiet proposta f’laqgħa tal-Assemblea Ġenerali, għandha tkun effettiva daqslikieku kienet għaddiet f’laqgħa tal-Assemblea Ġenerali msejjħa u mlaqqa’ kif xieraq u tista’ tikkonsisti minn għadd ta’ strumenti f’forma simili, kull waħda ffirmata f’isem Membru wieħed jew aktar. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-approvazzjoni ta’ Rappreżentant Nazzjonali għandha tiġi ttrattata bħala l-approvazzjoni minn Membru.
15. Il-Membri (li jaġixxu permezz tar-Rappreżentanti Nazzjonali maħtura kif xieraq) jitqiesu li ħadu sehem f’laqgħa, jew parti minn laqgħa, tal-Assemblea Ġenerali meta:
|
(a) |
il-laqgħa tissejjaħ u ssir f’konformità mal-Istatuti, u |
|
(b) |
kull wieħed minnhom jista’ jikkomunika lill-oħrajn kull informazzjoni jew opinjoni li jkollu fuq kwalunkwe punt partikolari tax-xogħol li jsir fil-laqgħa. |
Artikolu 11
Kumitati tal-Assemblea Ġenerali
1. Soġġett għall-Istatuti, l-Assemblea Ġenerali tista’ tistabbilixxi kull kumitat. Skont l-Istatuti, il-kostituzzjoni, is-sħubija u l-proċeduri ta’ kull kumitat għandhom jiġu stabbiliti mill-Assemblea Ġenerali. Is-sħubija ta’ kull kumitat tal-Assemblea Ġenerali tista’ tinkludi persuni li mhumiex Rappreżentanti Nazzjonali. L-Assemblea Ġenerali għandha taħtar il-membri fil-Kumitati tagħha wara konsultazzjoni mad-Direttur u ma’ kull bord speċjali bħal dawn li jaħtar skont kif tikkunsidra li huwa xieraq u meta meħtieġ l-Assemblea Ġenerali.
2. Id-Direttur (jew il-membru sostitut tiegħu/tagħha) għandu jkollu d-dritt li jattendi laqgħat tal-kumitati kollha tal-Assemblea Ġenerali u għandu jorganizza l-amministrazzjoni u ż-żamma tal-minuti tagħhom. L-Assemblea Ġenerali għandha tiddetermina l-għażliet ta’ tiġdid għall-Kumitati tagħha.
3. Dawn il-kumitati għandhom ikunu disponibbli l-ħin kollu:
|
(a) |
Il-Bord Xjentifiku Konsultattiv (jew SAB); |
|
(b) |
Il-Bord Konsultattiv dwar il-Metodi (jew MAB); kif ukoll |
|
(c) |
Il-Kumitat tal-Finanzi (jew FINCOM). |
4. L-SAB għandu normalment ikun magħmul minn tmien studjużi tax-xjenza soċjali għolja, magħżula mill-komunità internazzjonali tar-riċerka tax-xjenza soċjali, maħtura mill-Assemblea Ġenerali, wara n-nominazzjonijiet bil-miktub mill-Membri. Il-Membri tal-SAB għandhom jinħatru għal perjodu ta’ erba’ snin, li jiġġedded.
5. L-SAB għandu jipprovdi pariri u gwida lill-Assemblea Ġenerali, lid-Direttur u lis-CST dwar il-kopertura sostantiva tal-ESS ERIC. Ħlief kif ipprovdut fl-Artikolu 11(6), l-opinjoni tal-SAB ma għandhiex torbot lill-Assemblea Ġenerali, lid-Direttur jew lis-CST.
6. L-SAB għandu jkollu wkoll awtorità delegata mill-Assemblea Ġenerali biex jagħżel il-membri tat-tim tat-tfassil tal-kwestjonarju għall-moduli li jinbidlu ma’ kull Perjodu Biennali minn fost l-applikazzjonijiet li jaslu wara kompetizzjoni internazzjonali.
7. Il-laqgħat tal-SAB għandhom isiru tal-anqas darbtejn f’kull perjodu ta’ tnax-il xahar. L-SAB għandu jeleġġi l-President tiegħu stess u l-Viċi President b’vot ta’ maġġoranza sempliċi wara proċess xieraq ta’ nomina. Il-membri kollha tal-SAB għandu jkollhom vot wieħed. Il-President tal-SAB għandu jkollu vot deċiżiv fil-każ ta’ voti ndaqs.
8. Il-President tal-SAB jista’, fuq diskrezzjoni tiegħu/tagħha, jistieden persuni bħala osservaturi għal-laqgħat tal-SAB kif hu jew hi jikkonsidra/tikkunsidra xieraq, meta jkun meħtieġ.
9. L-MAB għandu normalment ikun magħmul minn sitt speċjalisti tal-metodu għolja, magħżula mill-komunità internazzjonali tar-riċerka tax-xjenza soċjali, maħtura mill-Assemblea Ġenerali, wara n-nominazzjonijiet bil-miktub mill-Membri. Il-Membri tal-MAB għandhom jinħatru għal perjodu ta’ erba’ snin, li jiġġedded.
10. L-MAB għandu jipprovdi pariri u gwida lill-Assemblea Ġenerali, lid-Direttur u lis-CST dwar il-metodoloġija. L-opinjoni tal-MAB ma għandhiex torbot lill-Assemblea Ġenerali, lid-Direttur jew lis-CST.
11. Il-laqgħat tal-MAB għandhom isiru tal-anqas darbtejn f’kull perjodu ta’ tnax-il xahar. L-MAB għandu jeleġġi l-President tiegħu stess u l-Viċi President b’vot ta’ maġġoranza sempliċi wara proċess xieraq ta’ nomina. Il-membri kollha tal-MAB għandu jkollhom vot wieħed. Il-President tal-MAB għandu jkollu vot deċiżiv fil-każ ta’ voti ndaqs.
12. Il-President tal-MAB jista’, fuq diskrezzjoni tiegħu/tagħha, jistieden persuni bħala osservaturi għal-laqgħat tal-MAB kif hu jew hi jikkonsidra/tikkunsidra xieraq, meta jkun meħtieġ.
13. Il-FINCOM għandu jkun magħmul minn erba’ speċjalisti fl-ibbaġitjar u l-kontroll finanzjarju, maħtura mill-Assemblea Ġenerali, wara n-nomini bil-miktub mill-Membri. Mill-inqas żewġ membri tal-FINCOM ma għandhomx ikunu Rappreżentanti Nazzjonali. Il-Membri tal-FINCOM għandhom jinħatru għal perjodu ta’ erba’ snin, li jiġġedded.
14. Il-FINCOM għandu jipprovdi gwida lill-Assemblea Ġenerali u lid-Direttur dwar is-saħħa finanzjarja tal-ESS ERIC, inkluż (mingħajr limitazzjoni) fir-rigward ta’ riżorsi u kwistjonijiet finanzjarji marbuta magħhom mill-ESS ERIC.
15. Il-laqgħat tal-FINCOM għandhom isiru tal-anqas darba f’kull perjodu ta’ tnax-il xahar. Il-membri tal-FINCOM għandhom jiddeterminaw il-proċeduri tal-laqgħat tagħhom stess u dawk ta’ bejn laqgħa u oħra iżda għandhom jinnominaw wieħed minn fosthom biex jirrappreżenta lill-FINCOM f’laqgħat tal-Assemblea Ġenerali biex jirrapporta l-valutazzjonijiet u l-pariri tal-FINCOM.
Artikolu 12
Direttur u Viċi Diretturi
1. L-Assemblea Ġenerali tista’ taħtar jew tissostitwixxi meta jkun meħtieġ lid-direttur tal-ESS ERIC (id-“Direttur”) li għandu jkun il-kap uffiċjal eżekuttiv, il-kap uffiċjal xjentifiku u skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ir-rappreżentant legali tal-ESS ERIC. Id-Direttur, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor minn l-Assemblea Ġenerali meta jkun meħtieġ, għandu jkollu awtorità sħiħa li jaġixxi f’isem l-ESS ERIC. L-ewwel Direttur tal-ESS ERIC għandu jkun l-Investigatur Ewlieni — Koordinatur tal-ESS ta’ dakinhar. Il-ħatra tad-Direttur għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali u għandha tkun għal erba’ snin u li tista’ tiġġedded, u inkella skont kundizzjonijiet approvati mill-Assemblea Ġenerali.
2. L-Assemblea Ġenerali għandha tiddelega din l-awtorità lid-Direttur kif jidhrilha xieraq meta jkun meħtieġ sabiex id-Direttur ikun jista’ jwettaq ir-responsabbiltajiet ta’ kuljum ta’ kap uffiċjal eżekuttiv, kap uffiċjal xjentifiku u rappreżentant legali tal-ESS ERIC.
3. Id-Direttur għandu jkun responsabbli biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali tal-ESS ERIC, jimplimenta l-baġit annwali, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u tal-programm ta’ ħidma. Id-Direttur għandu jirrapporta direttament lill-Assemblea Ġenerali, jew jekk l-Assemblea Ġenerali titolbu jagħmel dan, lill-kumitat tal-Assemblea Ġenerali. Id-Direttur għandu jkun responsabbli għall-għażla tal-istituzzjonijiet tas-CST (kif definit skont l-Artikolu 13.2(a), suġġett għar-ratifika mill-Assemblea Ġenerali. Id-Direttur għandu jkollu r-responsabbiltà ġenerali li jiżgura li l-ESS ERIC iżżomm l-impenji xjentifiċi, kuntrattwali, legali u baġitarji tagħha. Id-Direttur għandu jkollu l-appoġġ tal-persunal fil-Kwartieri Ġenerali, tas-CST u tax-xjenzati tar-riċerka assoċjati magħhom u tal-koordinaturi nazzjonali fil-pajjiżi parteċipanti kollha u għandu jikkoordinahom sabiex jimplimentaw il-programm ta’ ħidma tal-ESS ERIC skont l-istandard meħtieġ.
4. Id-Direttur għandu jaħtar deputat mill-Istituzzjoni Ospitanti u mill-inqas deputat wieħed ieħor minn fost l-istituzzjonijiet CST l-oħra biex jassistuh fil-kompiti tiegħu. Id-Direttur jista’ jalloka funzjonijiet speċifiċi lil kull wieħed mill-imsemmija deputati.
Artikolu 13
Il-Kumitati tad-Direttur
1. Id-Direttur jista’ jistabbilixxi kumitati li jassistuh fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltajiet u l-ħidmiet tad-Direttur. Il-kostituzzjoni, is-sħubija u l-proċeduri ta’ kull kumitat għandhom jiġu stabbiliti mid-Direttur. Is-sħubija ta’ kull kumitat tad-Direttur tista’ tinkludi persuni li mhumiex Rappreżentanti Nazzjonali jew Osservaturi.
2. Il-kumitati tad-Direttur li ġejjin għandhom ikunu disponibbli l-ħin kollu:
|
(a) |
Tim Xjentifiku Ewlieni (jew CST); kif ukoll |
|
(b) |
Forum tal-Koordinaturi Nazzjonali (jew Forum NC). |
Is-CST u l-Forum NC għandhom jassistu lid-Direttur fl-iżgurar li l-ESS ERIC iwettaq il-kompitu prinċipali tiegħu b’mod konsistenti u jżomm l-istandards ta’ kwalità stabbiliti mill-Assemblea Ġenerali fil-pajjiżi Membri kollha.
3. Is-CST għandu jinkludi dawk l-istituzzjonijiet (kull waħda minnhom “membru istituzzjonali”) skont kif jista’ jiddetermina d-Direttur u tapprova l-Assemblea Ġenerali meta jkun meħtieġ. Kull membru istituzzjonali għandu min-naħa tiegħu jaħtar ir-rappreżentant anzjan tiegħu stess u supplent b’ismu li f’kull każ irid jiġi approvat mid-Direttur biex jattendi l-laqgħat tas-CST. Il-mandat ta’ kull membru istituzzjonali għandu jkun ta’ erba’ snin, li jista’ jiġġedded. Membri oħra tal-persunal fuq livell istituzzjonali tal-membri għandhom ikunu mistiedna għal laqgħat biex jikkontribwixxu l-għarfien speċjalizzat tagħhom matul id-diskussjonijiet.
4. Is-CST għandu jagħti l-pariri u jaħdem mad-Direttur dwar l-aspetti kollha tat-tfassil, tad-direzzjoni xjentifika, il-metodi, l-implimentazzjoni, il-kontroll tal-kwalità, it-twettiq u t-tixrid tal-ħidma tal-ESS ERIC.
5. Il-laqgħat tas-CST għandhom isiru tal-anqas tliet darbiet f’kull perjodu ta’ tnax-il xahar. Il-laqgħat tas-CST għandhom ikunu ppreseduti mid-Direttur u, fin-nuqqas tiegħu/tagħha, minn Viċi Direttur. Għalkemm l-ESS ERIC tista’ meta jkun meħtieġ tagħti b’kuntratt kompiti speċjalizzati lil istituzzjonijiet oħra li mhumiex membri istituzzjonali tas-CST, dawn l-istituzzjonijiet ma għandhomx b’hekk isiru membri tas-CST.
6. Il-koordinaturi nazzjonali (li huma persuni maħtura bħala koordinaturi nazzjonali minn Membru skont dawn l-Istatuti) (“Koordinaturi Nazzjonali”) għandhom jintgħażlu fil-bidu ta’ kull rawnd ta’ stħarriġ minn kull awtorità eżekuttiva rilevanti tal-Membru skont deskrizzjoni ta’ rwol li ġie speċifikat mid-Direttur. Il-mandat ta’ kull Koordinatur Nazzjonali għandu jkun għal kull Perjodu Biennali (jew itwal skont id-diskrezzjoni ta’ kull Membru).
7. L-irwoli ewlenin tal-Koordinaturi Nazzjonali għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tal-ESS ERIC fuq livell nazzjonali u jiżguraw il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet maħruġa mid-Direttur meta jkun meħtieġ.
8. Il-Forum NC (li huwa l-Forum tal-Koordinaturi Nazzjonali stabbilit skont dawn l-Istatuti) għandu jinkludi l-Koordinaturi Nazzjonali ta’ kull Membru (bl-esklużjoni ta’ Membru li jkun organizzazzjoni intergovernattiva), id-Direttur u l-Viċi Diretturi. Il-laqgħat tal-Forum NC għandhom ikunu ppreseduti mid-Direttur u għalihom għandhom jattendu l-Membri CST rilevanti, skont l-aġenda. Għandu jiltaqa’ għallinqas tliet darbiet kull Perjodu Biennali u l-aġenda għal kull laqgħa għandha tkun iddeterminata mid-Direttur f’konsultazzjoni kemm mas-CST kif ukoll mal-Koordinaturi Nazzjonali. Il-Forum NC għandu jinnomina Koordinatur Nazzjonali wieħed minn fost il-membri tiegħu biex jattendu l-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali, u wieħed biex jattendi l-laqgħat tas-CST.
9. Il-Forum NC għandu jirċievi u jikkummentaw dwar l-speċifikazzjonijiet ewlenin li d-Direttur jista’ joħroġ meta jkun meħtieġ rigward l-attivitajiet tal-ESS ERIC fuq livell nazzjonali. Il-Forum NC għandu wkoll jagħti pariri lid-Direttur u lis-CST dwar aspetti oħra tat-tfassil u l-aġir tal-ESS ERIC.
10. Il-President tal-Forum NC jista’ jistieden speċjalisti barranin għal laqgħa tal-Forum NC.
Artikolu 14
Komposizzjoni u laqgħat ta’ korpi
1. Sabiex tkun żgurata l-inklużività u jiġu evitati kunflitti ta’ interess, l-ebda individwu (ħlief id-Direttur jew il-Viċi Diretturi) ma għandu jkun membru ta’ aktar minn korp wieħed jew kumitat tal-ESS ERIC, inkluż l-Assemblea Ġenerali, il-kumitati tal-Assemblea Ġenerali u l-kumitati tad-Direttur, ħlief għall-FINCOM, li fihom sa żewġ membri jistgħu jkunu rappreżentanti tal-Assemblea Ġenerali (skont Artikolu 11(13). Dan ir-rekwiżit jista’ jiġi sospiż f’ċirkostanzi eċċezzjonali mill-President tal-kumitat jew korp rilevanti inkluża l-Assemblea Ġenerali. Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jimpedixxi persuna milli tkun osservatur f’aktar minn korp wieħed tal-ESS ERIC.
2. Sakemm ma jkunx determinat mod ieħor mill-Assemblea Ġenerali, fid-determinazzjoni ta’ jekk persuna hiex se tipparteċipa f’laqgħa ta’ kwalunkwe korp jew kumitat tal-ESS ERIC (inkluż l-Assemblea Ġenerali, il-kumitati tal-Assemblea Ġenerali u l-kumitati konsultattivi tad-Direttur), huwa irrelevanti fejn tkun tinsab persuna jew kif tikkomunika mal-oħrajn. Jekk il-persuni kollha li jkunu qed jipparteċipaw f’laqgħa ma jinsabux fl-istess post, jistgħu jiddeċiedu li l-laqgħa għandha titqies bħala li qiegħda sseħħ f’xi post fejn jinsab wieħed minnhom.
3. Il-kompożizzjoni ta’ kwalunkwe korp jew kumitat tal-ESS ERIC għandha tirrefletti bilanċ xieraq bejn is-sessi u bilanċ ġenerali tal-ħiliet.
KAPITOLU 5
RAPPURTAR LILL-KUMMISSJONI
Artikolu 15
Rappurtar lill-Kummissjoni
1. Fit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, id-Direttur għandu jipproduċi rapport annwali tal-attività li jinkludi b’mod partikolari l-aspetti xjentifiċi, operattivi u finanzjarji tal-attivitajiet tiegħu msemmijin fl-Artikolu 2(1). Dan ir-rapport għandu jkun approvat mill-Assemblea Ġenerali b’maġġoranza sempliċi tal-voti u trasmess lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja korrispondenti. Dan ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-ESS ERIC.
2. L-ESS ERIC u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe ċirkustanza li thedded li tfixkel serjament it-twettiq tal-kompitu tal-ESS ERIC jew li jfixkel l-ESS ERIC milli tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Istatuti jew fir-Regolament.
3. Meta l-Kummissjoni Ewropea tikseb indikazzjonijiet li l-ESS ERIC tkun qiegħda taġixxi bi ksur serju tar-Regolament, tal-Istatuti, tad-deċiżjonjijiet adottati abbażi tiegħu jew ta’ xi liġi applikabbli oħra, hija għandha titlob spjegazzjonijiet mill-ESS ERIC u/jew mill-Membri tagħha.
KAPITOLU 6
FINANZI
Artikolu 16
Sena finanzjarja
Sakemm ma jkunx determinat mod ieħor mill-Assemblea Ġenerali, l-ESS ERIC għandu jkollha s-sena finanzjarja tagħha mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Mejju u għandha tħejji l-baġits ewlenin tagħha u l-pjanijiet tad-direzzjoni tan-negozju, u tlesti l-kontijiet tagħha u l-awditjar sa din id-data.
Artikolu 17
Baġit
1. Id-Direttur għandu jipprepara u jressaq quddiem il-FINCOM għall-approvazzjoni abbozz tas-sommarju tal-baġit u pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għal kull Perjodu Biennali filwaqt li jkopri dħul u kostijiet tal-ESS ERIC fuq bażi annwali (“il-Baġit”).
2. Il-Baġit għandu jkopri dawn il-kostijiet ewlenin, spejjeż u dħul:
|
(a) |
tfassil ewlieni, koordinazzjoni, kontroll tal-kwalità u t-tixrid mill-Kwartieri Ġenerali u l-istituzzjonijiet tas-CST; |
|
(b) |
is-segretarjat tal-ESS ERIC (inkluża l-ħidma tal-Assemblea Ġenerali u l-kumitati kollha l-oħra u l-korpi tal-ERIC meta meħtieġ); kif ukoll |
|
(c) |
flus imħallsa minn Membri u/jew partijiet terzi jew oħrajn permezz ta’ għotjiet jew pagamenti oħra. |
U sabiex, għall-fini li jiġi evitat id-dubju, kull Membru fl-Istħarriġ Soċjali Ewropew ikopri l-ispejjeż tiegħu stess ta’ fieldwork u koordinazzjoni nazzjonali u biex dawn l-ispejjeż ma jiffurmawx parti mill-Baġit.
3. Kull Baġit għandu jinkludi wkoll kwistjonijiet skont kif approvati mill-Assemblea Ġenerali meta jkun meħtieġ fuq il-parir tal-FINCOM f’Ordnijiet Permanenti.
4. Ladarba l-FINCOM japprova kull Baġit għandu jressqu quddiem l-Assemblea Ġenerali għall-approvazzjoni. Fil-każ li l-FINCOM ma japprovax il-Baġit għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu lill-Assemblea Ġenerali li għandha tieħu d-deċiżjoni finali dwar l-adozzjoni tiegħu.
5. Ladarba l-Baġit jiġi approvat, il-Membri (jew aġent bi ħlas f’isem Membru) għandhom jagħmlu kontribuzzjonijiet annwali kif muri fil-Baġit bil-kundizzjonijiet ta’ Ordnijiet Permanenti meta jkun meħtieġ kkalkulati kif ġej:
|
(a) |
l-ewwel, kontribuzzjoni ta’ bażi minn kull Membru ta’ ammont kif jista’ jiġi approvat mill-Assemblea Ġenerali meta jkun meħtieġ; |
|
(b) |
it-tieni, kontribuzzjoni mill-Pajjiż Ospitanti ta’ ammont maqbul meta jkun meħtieġ; kif ukoll |
|
(c) |
it-tielet, kontribuzzjoni minn kull Membru tal-bilanċ meħtieġ kkalkulat skont il-PGD relattiv tagħhom. Jekk dan il-kalkolu jwassal biex xi wħud (iżda mhux kollha) mill-Membri jħallsu ammont ieħor daqs jew inqas mill-ammont bażi msemmij fl-Artikolu 17(5)(a), kull wieħed minn dawn il-Membri ma għandux jiġi mitlub jagħmel xi kontribuzzjoni ulterjuri u d-differenza b’hekk ikkawżata għandha tinqasam fuq il-bażi relattiva tal-PGD fost dawk il-Membri mitluba jikkontribwixxu skont dan is-subartikolu. |
Kontribuzzjonijiet in natura mill-Membri għandhom ikunu aċċettabbli biss wara l-approvazzjoni mill-President tal-Assemblea Ġenerali li jkun irċieva il-parir mill-FINCOM.
Artikolu 18
Awditjar finanzjarju
L-ESS ERIC għandha tiżgura li l-kontijiet jiġu verifikati minn ditta tal-awditjar ikkwalifikata kif xieraq kull sena u li tali kontijiet awditjati jkunu ppreżentati kif meħtieġ u ppubblikati. Il-kontijiet awditjati għandhom ikunu approvati mill-Assemblea Ġenerali.
Artikolu 19
Kontabilità
L-ESS ERIC għandha żżomm rendikont separat tal-ispejjeż u d-dħul mill-attivitajiet ekonomiċi tagħha u għandha titlob prezzijiet tas-suq għalihom, jew, jekk dawn il-prezzijiet ma jkunux jistgħu jiġu determinati, abbażi tal-ispejjeż totali b’marġni raġonevoli.
KAPITOLU 7
STRATEĠIJI POLITIĊI
Artikolu 20
Akkwist Pubbliku u eżenzjonijiet mit-taxxa
1. L-ESS ERIC għandha tittratta lill-kandidati u l-persuni li jitfgħu offerta għall-akkwist pubbliku b’mod ugwali u mhux diskriminatorju, indipendentement jekk humiex ibbażati fl-Unjoni Ewropea jew le. Il-politika tal-akkwist pubbliku tal-ESS ERIC għandha tirrispetta l-prinċipji ta’ trasparenza, non-diskriminazzjoni u kompetizzjoni. L-Assemblea Ġenerali għandha tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri tal-akkwist u l-kriterji.
2. L-eżenzjonijiet mit-taxxa abbażi tal-Artikolu 143(1)(g) u l-Artikolu 151(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) u skont l-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 (2) għandhom japplikaw għal akkwisti ta’ oġġetti u servizzi mill-ERIC li jeċċedu l-valur ta’ EUR 250 li huma għall-użu uffiċjali mill-ESS ERIC u huma mħallsa bis-sħiħ u prokurati mill-ESS ERIC. L-akkwist li jsir mill-membri individwali ma għandux jibbenefika minn dawn l-eżenzjonijiet.
Artikolu 21
Responsabbiltà
1. L-ESS ERIC għandha tkun responsabbli għad-dejn tagħha.
2. L-obbligazzjoni finanzjarja massima tal-Membri għad-djun tal-ESS ERIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjoni annwali tagħhom, inklużi kontribuzzjonijiet li jkopru l-Perjodu ta’ Notifika ta’ Ħruġ.
3. L-Assemblea Ġenerali għandha tiżgura li l-ESS ERIC tkun koperta b’assikurazzjoni xierqa kontra kull riskju speċifiku għall-kostruzzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura tagħha, inklużi dispożizzjonijiet marbuta mal-istralċ tal-ERIC, f’każ li dan iseħħ. Barra minn hekk, tali assigurazzjoni tista’ tinkludi, mingħajr limitazzjoni, obbligazzjonijiet personali tad-Direttur, tal-Viċi Diretturi jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li twettaq xi funzjoni għall-ESS ERIC.
4. Ir-Rappreżentanti Nazzjonali, id-Direttur u l-Viċi Diretturi, l-Osservaturi u membri oħra tal-kumitati u korpi tal-ESS ERIC ma għandhomx ikunu responsabbli għal xi dejn tal-ESS ERIC.
5. L-attivitajiet kollha tal-ESS ERIC għandhom ikunu kkoordinati u jseħħu abbażi li l-ESS ERIC ma tkunx responsabbli għal attivitajiet imwettqa għaliha mill-Membri jew minn oħrajn kif stabbilit fl-Ordnijiet Permanenti meta jkun meħtieġ.
Artikolu 22
Evalwazzjoni Xjentifika u Politika ta’ Tixrid
1. L-ESS ERIC għandha tippermetti aċċess ħieles għad-dejta kollha tal-Istħarriġ Soċjali Ewropew għall-għanijiet ta’ evalwazzjoni xjentifika. Politika bħal din tista’ tkompli tiġi dettaljata permezz ta’ Ordnijiet Permanenti.
2. L-ESS ERIC għandha tfittex li tiżgura li r-riżultati tal-Istħarriġ Soċjali Ewropew ikunu disponibbli għal kulħadd. L-ESS ERIC għandha tiżviluppa u tippubblika l-istrateġija ta’ tixrid tagħha. Politika bħal din tista’ tkompli tiġi dettaljata permezz ta’ Ordnijiet Permanenti.
Artikolu 23
Il-Politika dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali u l-Politika dwar id-Dejta
1. L-ESS ERIC għandha fejn ikun prattikabbli tfittex li tkun is-sid tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali f’xogħlha. Hija għandha tagħti liċenzja mhux esklużiva ħielsa minn drittijiet ta’ proprjetà lil kwalunkwe persuna għal għanijiet mhux kummerċjali. Fir-rigward tal-użu tal-proprjetà intellettwali tal-ESS ERIC għal skopijiet kummerċjali dan għandu jkun ittrattat fuq bażi ta’ każ b’każ. Politika bħal din tista’ tkompli tiġi dettaljata permezz ta’ Ordnijiet Permanenti.
2. L-ESS ERIC għandha tippermetti aċċess ħieles għad-dejta kollha tal-Istħarriġ Soċjali Ewropew mill-komunità xjentifika. Ma għandu jkun hemm l-ebda drittijiet ta’ aċċess privileġġjat minn xi persuna għal dejta bħal din ħlief matul l-ipproċessar u t-tħejjija tagħha għall-użu mill-pubbliku. Politika bħal din tista’ tkompli tiġi dettaljata permezz ta’ Ordnijiet Permanenti.
3. L-ESS ERIC għandha tissottoskrivi d-Dikjarazzjoni dwar l-Etika tal-Istitut Internazzjonali tal-Istatistika.
4. L-ESS ERIC għandha tiżgura sa fejn ikun prattikabbli li d-dejta kollha tal-ESS ERIC tkun anonimizzata. Sal-punt li dan ma jkunx possibbli, il-prinċipji tal-Parlament Ewropew u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali dejta (3) għandha tiġi applikata.
5. Id-dejta kollha ġġenerata mill-ESS ERIC għandha tkun ittrattata f’kull pajjiż rilevanti skont il-liġijiet tal-protezzjoni tad-dejta ta’ dak il-pajjiż.
6. Politika bħal din dwar id-dejta tista’ tkompli tiġi dettaljata permezz ta’ Ordnijiet Permanenti.
Artikolu 24
Politika tal-Impjieg
L-ESS ERIC hija marbuta li jkun hemm ugwaljanza ta’ opportunità u mhux se tiddiskrimina kontra xi persuna fuq il-bażi ta’ razza, oriġini etnika, is-sess, it-twemmin, id-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali jew kull raġuni oħra li hi meqjusa bħala diskriminazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea meta jkun meħtieġ. Politika bħal din tista’ tkompli tiġi dettaljata permezz ta’ Ordnijiet Permanenti.
KAPITOLU 8
IT-TUL TA’ ŻMIEN U L-ISTRALĊ, IL-LIĠI APPLIKABBLI, IT-TILWIM
Artikolu 25
It-tul ta’ żmien u l-istralċ
1. L-ESS ERIC għandha tiġi stabbilita mid-data li fiha d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi l-ERIC tidħol fis-seħħ u tkompli jkollha personalità legali fuq bażi indefinita sakemm:
|
(a) |
l-ESS ERIC tgħaddi minn stralċ skont id-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-Istatuti; kif ukoll |
|
(b) |
il-Kummissjoni Ewropea tadotta deċiżjoni biex ittemm l-ESS ERIC. |
2. L-Assemblea Ġenerali tista’ tiddeċiedi b’maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-Membri preżenti u li jivvutaw favur l-istralċ tal-ESS ERIC. Jekk l-Assemblea Ġenerali tiddeċiedi favur l-istralċ tal-ESS ERIC, b’vot ta’ maġġoranza sempliċi, għandha tispeċifika l-proċedura tal-istralċ.
3. L-ESS ERIC għandha tinforma lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-deċiżjoni tal-istralċ tal-ESS ERIC skont ir-Regolament.
4. Fil-każ li japplikaw l-Artikoli 25(1) jew 25(2), id-Direttur għandu jiżgura sa fejn hu possibbli li d-dejta li hija proprjetà tal-ESS ERIC tiġi ddepożitata b’mod sigur ma’ parti terza xierqa jew partijiet sabiex din id-dejta tkun aċċessibbli u użabbli skont dawn l-Istatuti.
Artikolu 26
Liġi applikabbli
It-twaqqif u l-funzjonament intern tal-ERIC għandu jiġi rregolat:
|
(a) |
mil-liġi tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari r-Regolament u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex tistabbilixxi l-ESS ERIC skont dawn l-Istatuti; |
|
(b) |
mil-liġi tal-Istat fejn l-ESS ERIC għandha s-sede statutorja tagħha fil-każ ta’ kwistjonijiet li mhumiex, jew huma biss parzjalment, irregolati mill-atti msemmija fl-Artikolu 26(a), jiġifieri l-liġijiet tal-Ingilterra u Wales fid-data tat-twaqqif tal-ESS ERIC; |
|
(c) |
minn dawn l-Istatuti u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom. |
Artikolu 27
Tilwim
1. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fuq it-tilwim fost il-Membri fir-rigward tal-ESS ERIC, bejn il-Membri u l-ESS ERIC (inkluż xi likwidatur tal-ESS ERIC) u fuq kull tilwim li fih l-Unjoni Ewropea hija parti.
2. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-ġurisdizzjoni għandha tapplika għat-tilwim bejn l-ESS ERIC u partijiet terzi. F’każijiet mhux koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, il-liġi tal-Istat fejn l-ESS ERIC għandha s-sede statutorja tagħha (jiġifieri l-liġijiet tal-Ingilterra u Wales fid-data tat-twaqqif tal-ESS ERIC) għandha tiddetermina l-ġurisdizzjoni kompetenti għar-riżoluzzjoni ta’ dawn it-tilwimiet.
3. Il-Membri għandhom jaraw li, jekk xi liġijiet applikabbli jinbidlu sostanzjalment dawn l-Istatuti jinbidlu skont dan.
4. Jekk xi kundizzjoni ta’ dawn l-Istatuti tinstab minn xi qorti jew korp jew awtorità ta’ ġurisdizzjoni kompetenti li kienet illegali, mhux leġittima, bla effett jew mhux infurzabbli skont il-liġijiet ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni, din il-kundizzjoni għandha titqies maqtugħa minn dan il-Ftehim fir-rigward biss ta’ din il-ġurisdizzjoni u dan ma għandux jaffettwa:
|
(a) |
il-legalità, il-leġitimità jew l-infurzar ta’ din kundizzjoni skont il-liġijiet ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra jew: |
|
(b) |
il-bqija tal-Istatuti li għandhom jibqgħu fis-seħħ u b’effett fis-sħiħ. |
F’dan il-każ il-partijiet għandhom ifittxu li jaqblu skont l-Artikolu 28(2) dwar kundizzjoni valida u infurzabbli biex jissostitwixxu l-kundizzjoni maqtugħa għas-sodisfazzjon tal-Assemblea Ġenerali.
KAPITOLU 9
STATUTI U EMENDI
Artikolu 28
Statuti u Emendi
1. Dawn l-Istatuti għandhom jinżammu aġġornati u magħmula disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-ERIC u fis-sede statutorja tagħha.
2. Soġġett għall-Artikolu 28(4), kull emenda għal dawn l-Istatuti għandha tiġi approvata bħala Kwistjoni Riżervata mill-Assemblea Ġenerali. Kull emenda għal dawn l-Istatuti minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 28(6) għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni Ewropea mill-ESS ERIC fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tagħha mill-Assemblea Ġenerali.
3. Kwalunkwe emenda għall-Istatuti għandha tiġi indikata b’mod ċar b’nota li tispeċifika jekk l-emenda tikkonċernax element essenzjali jew element mhux essenzjali tal-Istatuti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 u l-proċedura segwita għall-adozzjoni tagħha.
4. Wara li jintbagħtu l-bidliet adottati lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 28(2), il-Kummissjoni Ewropea tista’ tqajjem oġġezzjoni għal tali emenda fi żmien sittin jum (60) minn meta tiġi ppreżentata billi tagħti r-raġunijiet għaliex l-emenda ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
5. L-emenda adottata skont l-Artikolu 28 ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel ma jkun skada l-perjodu ta’ oġġezzjoni msemmi fl-Artikolu 28 jew qabel din tiġi rinunċjata mill-Kummissjoni Ewropea jew qabel kull oġġezzjoni mqajma mill-Kummissjoni Ewropea tkun tneħħiet.
6. Kull emenda tal-Istatuti li tikkonċerna l-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikoli 1(2) (Isem), 1(4) (Sede Statutorja), 2 (Kompiti u Attivitajiet), 20 (Politika tal-Akkwist), 21 (Obbligazzjonijiet), 22 (Evalwazzjoni Xjentifika u Politika ta’ Tixrid), 23 (Politika dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali u Politika dwar id-Dejta), 24 (Politika tal-Impjieg), u 25 (Tul ta’ Żmien u Stralċ) li ġew approvati mill-Membri bħala Kwistjoni Riżervata se jidħlu fis-seħħ biss wara li l-Kummissjoni Ewropea tkun espressament approvat emenda bħal din u tkun daħlet fis-seħħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tagħti l-approvazzjoni tal-bidliet.
7. Meta tavviċina l-Kummissjoni Ewropea għall-approvazzjoni skont l-Artikoli 28(2) jew 28(6), l-ESS ERIC għandha tissottometti t-test tal-emenda proposta u l-verżjoni kkonsolidata emendata tal-Istatuti lill-Kummissjoni Ewropea.
ANNESS II
LISTA TA’ MEMBRI U OSSERVATURI
F’dan l-Anness hemm lista tal-Membri u l-Osservaturi u l-entitajiet li jirrappreżentawhom.
Membri
|
Isem il-Membru |
Isem ir-Rappreżentant Nazzjonali |
|
Ir-Repubblika tal-Awstrija |
Ministeru Federali għax-Xjenza u r-Riċerka |
|
Ir-Renju tal-Belġju |
Servizz Pubbliku tal-Ippjanar tal-Politika Xjentifika Belġjani |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Ministeru tal-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isports (MEYS) |
|
Ir-Repubblika tal-Estonja |
Ministeru tal-Affarijiet Soċjali |
|
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Ministeru tal-Edukazzjoni u r-Riċerka (Bundesministerium für Bildung und Forschung) |
|
L-Irlanda |
Kunsill tar-Riċerka tal-Irlanda (HEA) |
|
Ir-Repubblika tal-Litwanja |
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza |
|
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi |
Organizzazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi għar-Riċerka Xjentifika (NWO) |
|
Ir-Repubblika tal-Polonja |
Ministeru tax-Xjenza u l-Edukazzjoni Ogħla |
|
Ir-Repubblika Portugiża |
Fondazzjoni għax-Xjenza u t-Teknoloġija |
|
Ir-Repubblika tas-Slovenja |
Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Isport |
|
Ir-Renju tal-Isvezja |
Ministeru tal-Edukazzjoni, irrappreżentat mill-Kunsill Svediż għar-Riċerka |
|
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
Il-Kunsill għar-Riċerka Ekonomiku u Soċjali |
Osservaturi
|
Isem l-Osservatur |
Isem ir-Rappreżentant Osservatur |
|
Ir-Renju tan-Norveġja |
Il-Kunsill Norveġiż għar-Riċerka |
|
Il-Konfederazzjoni Svizzera |
FORS (Fondazzjoni Svizzera għar-Riċerka fix-Xjenzi Soċjali) |
ANNESS III
DEFINIZZJONIJIET U INTERPRETAZZJONI
|
1. |
F’dawn l-Istatuti, kemm-il darba l-kuntest ma jitlobx mod ieħor, “ESS ERIC” tfisser il-konsorzju għall-infrastruttura Ewropea tar-riċerka stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 723/2009 (ir-“Regolament”) u rregolat minn dawn l-Istatuti kif jistgħu jiġu emendati jew imtennija meta dan ikun meħtieġ f’konformità mar-Regolament (“l-Istatuti”);
“ESS” jew “Stħarriġ Soċjali Ewropew” tfisser l-Istħarriġ Soċjali Ewropew li beda fl-2001, huwa stħarriġ awtorevoli fit-tul imwettaq minn stħarriġiet nazzjonali simultanji fil-pajjiżi Ewropej. Hu jiġbor, jinterpreta u jxerred dejta rigoruża dwar l-attitudnijiet u l-valuri soċjali li qed jinbidlu madwar l-Ewropa; Il-“PDG” tfisser il-valur monetarju totali tal-oġġetti u s-servizzi prodotti fil-pajjiż minn pajjiż kif jiġi ddeterminat mill-figuri maħruġa mill-Bank Dinji għall-2009 jew għal xi sena sussegwenti kif tista’ tiġi approvata mill-Assemblea Ġenerali; “Membru” tfisser kwalunkwe persuna (li taġixxi permezz tar-Rappreżentant Nazzjonali) li ġiet ammessa fi sħubija tal-ESS ERIC meta jkun meħtieġ skont dawn l-Istatuti u r-Regolament; “Stat Membru” tfisser pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea; “Ordnijiet Permanenti” tfisser ordnijiet permanenti tal-ESS ERIC kif approvati mill-Assemblea Ġenerali meta jkun meħtieġ. |
|
2. |
Kemm-il darba ma jiġix stabbilit mod ieħor f’dawn l-Istatuti, it-termini definiti fir-Regolamenti għandhom l-istess tifsira hawnhekk; |
|
3. |
Ir-referenzi għall-Artikoli huma għall-Artikoli ta’ dawn l-Istatuti; |
|
4. |
L-intestaturi kollha huma biss biex ir-referenza tkun eħfef u ma għandhomx jaffettwaw il-kostruzzjoni jew l-interpretazzjoni tal-Istatuti, kemm-il darba l-kuntest ma jeħtieġx xort’oħra; |
|
5. |
Ir-referenzi għas-singular jinkludu l-plural u viċe versa, kif ukoll referenzi għal xi sess jinkludu kull sess; |
|
6. |
Ir-referenzi għal xi trattat, regolament, direttiva, statut jew disposizzjoni statutorja għandhom jinkludu kull leġiżlazzjoni subordinata magħmula taħtu/taħtha u għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal dan/din it-trattat, regolament, direttiva, statut, dispożizzjoni statutorja u/jew leġiżlazzjoni subordinata kif modifikati, emendati, estiżi, konsolidati, implimentati u/jew sostitwiti u fis-seħħ fid-data tal-Istatuti; |
|
7. |
Kwalunkwe kelma li tiġi wara l-kliem “jinkludi/u”, “tinkludi”, “inkluż”, “b’mod partikolari” jew xi kelmiet jew espressjonijiet simili għandhom jinftiehmu mingħajr limitazzjoni u għaldaqstant ma għandhomx jillimitaw it-tifsira tal-kliem ta’ qabilhom; |
|
8. |
Ir-referenzi għal “bil-miktub” jew “miktub/a” huma għall-komunikazzjoni effettwata bil-posta u faks u email jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ riproduzzjoni mhux tranżitorja tal-kliem b’mod li jinqara; |
|
9. |
Kull referenza għal kull terminu legali Ingliż għal kull azzjoni, rimedju, metodu ta’ proċediment ġudizzjarju, dokument legali, stat legali, qorti, uffiċjali, jew kull kunċett jew ħaġa legali għandha fir-rigward ta’ kull ġurisdizzjoni għajr dik tal-Ingilterra u Wales, titqies li tinkludi referenza għal dak li kważi l-iktar joqrob lejn it-terminu legali Ingliż f’dik il-ġuriżdizzjoni. |
ANNESS IV
KONTRIBUZZJONIJIET NAZZJONALI
KONTRIBUZZJONIJIET NAZZJONALI GĦALL-ESS ERIC (EUR)
Sena Finanzjarja ESS ERIC
|
SENA |
2013-2014 |
2014-2015 |
2015-2016 |
2016-2017 |
||
|
1 000 000 |
1 000 000 |
742 630 |
764 909 |
||
|
46 943 |
49 337 |
60 259 |
62 067 |
||
|
53 410 |
56 235 |
69 631 |
71 720 |
||
|
20 000 |
20 600 |
21 218 |
21 855 |
||
|
20 000 |
20 600 |
21 218 |
21 855 |
||
|
33 845 |
35 367 |
41 280 |
42 518 |
||
|
20 000 |
20 600 |
21 218 |
21 855 |
||
|
36 913 |
38 640 |
45 726 |
47 098 |
||
|
204 877 |
217 787 |
289 111 |
297 785 |
||
|
252 792 |
268 893 |
358 542 |
369 298 |
||
|
35 745 |
37 393 |
44 033 |
45 354 |
||
|
20 000 |
20 600 |
21 218 |
21 855 |
||
|
46 448 |
48 809 |
59 541 |
61 328 |
||
|
75 994 |
80 323 |
102 355 |
105 426 |
||
|
50 408 |
53 033 |
65 280 |
67 239 |
||
|
36 520 |
38 220 |
45 156 |
46 510 |
||
|
20 000 |
20 600 |
21 218 |
21 855 |
||
|
122 728 |
130 168 |
170 074 |
175 176 |
||
|
48 637 |
51 144 |
62 714 |
64 595 |
||
|
54 740 |
57 653 |
71 558 |
73 704 |
||
|
Total |
2 200 000 |
2 266 000 |
2 333 980 |
2 403 999 |
Nota ta’ spjegazzjoni dwar il-baġit u l-kontribuzzjonijiet annwali għas-snin finanzjarji ESS ERIC 2013 sal-2017
1.
Is-sena finanzjarja ESS ERIC għandha tibda fl-1 ta’ Ġunju u tispiċċa fil-31 ta’ Mejju.
2.
Il-baġit ippreżentat ġie stabbilit għall-ewwel erba’ snin tal-operat l-ESS ERIC. Il-Kumitat ta’ Tmexxija tal-ESS ERIC kellu u għandu l-għan li jipprovdi baġit ta’ EUR 2,3 miljun fis-sena għal Attivitajiet Xjentifiċi Ewlenin. Baġit iżgħar se tkun disponibbli jekk, sadanittant, mhux il-pajjiżi kollha li esprimew interess qawwi jistgħu jissieħbu fl-ERIC fil-ħin għall-bidu tal-operazzjonijiet f’Ġunju 2013. Żidiet annwali se jikkumpensaw għal inflazzjoni ta’ 3 % kull sena fuq il-baġit totali.
3.
Abbażi tan-numru mistenni ta’ firmatarji, huwa previst baġit ta’ EUR 2,2 miljuni fl-ewwel sena (li jitnaqqas jekk mhux il-pajjiżi kollha fil-lista jipprovdu l-firma meħtieġa biex jingħaqdu fl-ERIC). Jekk aktar pajjiżi jissieħbu, il-baġit se jiżdied sa EUR 2,3 miljuni bil-kontribuzzjonijiet tal-Membri eżistenti jibqgħu fissi (dawk li jissieħbu ġodda se jkollhom il-kontribuzzjoni kkalkulata flimkien ma’ dawk tal-Membri attwali, pajjiż wara pajjiż, biex tkun determinata l-kontribuzzjoni meħtieġa. L-ammont meħtieġ mill-Membri fundaturi se jibqa’ fiss). Ladarba tintlaħaq il-mira, ma kull pajjiżi addizjonali li jingħaqad se jonqsu l-kontribuzzjonijiet għall-Membri kollha u l-Osservaturi se jħallsu aktar mill-parteċipazzjoni bażika (sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-Assemblea Ġenerali).
4.
Il-kontribuzzjonijiet annwali ġew ikkalkulati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17 ta’ dawn l-Istatuti, bl-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:|
(a) |
Id-dritt ta’ parteċipazzjoni bażika ġie stabbilit għal EUR 20 000 fis-sena ta’ bidu u se jiġi aġġornat b’rata ta’ inflazzjoni ta’ 3 % għat-tliet snin sussegwenti; |
|
(b) |
Bħala l-pajjiż ospitanti, ir-Renju Unit se jħallas kontribuzzjoni msaħħa, li skont il-ftehim se tkun ta’ EUR 1 000 000 għall-ewwel sentejn, imbagħad terġa’ lura għall-impenn oriġinali ta’ EUR 700 000 fis-sena aġġustati għall-inflazzjoni; |
|
(c) |
Kontribuzzjoni mill-Membri tal-bilanċ meħtieġ kkalkulat skont il-PGD relattiv tagħhom, abbażi tad-dejta tal-Bank Dinji dwar il-PGD 2009. Dan japplika biss għal Membri li jkollhom jagħmlu kontribuzzjoni ta’ EUR 20 000 jew iktar (aġġustati lejn l-eqreb EUR 100); |
|
(d) |
Rata ta’ inflazzjoni ta’ 3 % kull sena (komposta) tapplika mit-tieni sena, ħlief għall-kontribuzzjonijiet imsaħħa tar-Renju Unit għall-ewwel sentejn (li jfisser li ż-żidiet għal pajjiżi oħra minbarra r-Renju Unit huma ftit iktar minn 3 %); |
|
(e) |
F’dan l-istadju, il-liġi Svizzera u dik Norveġiża ma jippermettulhomx li jingħaqdu fl-ERIC bi status ta’ Membri. Dawn iż-żewġ pajjiżi se jipparteċipaw bħala Osservaturi u se jikkonformaw mal-kontribuzzjoni annwali meħtieġa kif indikat f’din in-nota. |