This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0562
Commission Implementing Regulation (EU) No 562/2012 of 27 June 2012 amending Commission Regulation (EU) No 234/2011 with regard to specific data required for risk assessment of food enzymes Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 562/2012 tas- 27 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2011 fir-rigward tad-dejta speċifika meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju tal-enżimi tal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 562/2012 tas- 27 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2011 fir-rigward tad-dejta speċifika meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju tal-enżimi tal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 168, 28.6.2012, pp. 21–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
28.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/21 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 562/2012
tas-27 ta’ Ġunju 2012
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2011 fir-rigward tad-dejta speċifika meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju tal-enżimi tal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2011 tal-10 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), il-fajl tal-applikazzjoni għandu jinkludi d-dejta disponibbli kollha rilevanti għall-iskopijiet tal-valutazzjoni tar-riskju. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 234/2011 rigward id-dejta speċifika meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju tal-enżimi tal-ikel, għandha tingħata informazzjoni fuq dejta bijoloġika u tossikoloġika. |
|
(3) |
Għadd ta’ enżimi tal-ikel attwalment imqiegħda fis-suq tal-Unjoni ġew evalwati u awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali fi Franza u fid-Danimarka skont il-linji gwida għall-preżentazzjoni tad-dejta dwar l-enżimi tal-ikel tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (“SCF”) stabbilit fl-opinjoni espressa fil-11 ta' April 1991 (ippubblikata fl-1992) (3). Ftit enżimi tal-ikel (eż. kimożina, invertażi u ureażi) ukoll ġew evalwati mill-SCF (4). |
|
(4) |
Fir-rigward tal-proprjetajiet tossikoloġiċi tat-tħejjijiet tal-enżimi, il-linji gwida tal-SCF indikaw li l-enżimi tal-ikel derivati minn partijiet li jittieklu ta' pjanti u annimali (li mhumiex ġenetikament modifikati) huma ġeneralment meqjusa li ma joħolqu l-ebda problemi għas-saħħa. Skont il-linji gwida ma hemmx il-ħtieġa li tiġi fornuta xi dokumentazzjoni speċjali għas-sigurtà sakemm il-konsum potenzjali taħt użu normali ma jwassalx għal inġestjoni ta' kwalunkwe komponenti li hija akbar minn dik mistennija minn konsum normali tas-sors bħala tali, u sakemm jistgħu jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet kimiċi u mikrobijoloġiċi sodisfaċenti. |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fil-linji gwida tagħha dwar ir-rekwiżiti tad-dejta għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-enzima tal-ikel (5), indikat ukoll li l-ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta' forniment ta' dejta tossikoloġika għal enżimi tal-ikel minn partijiet li jittieklu tal-animali u pjanti li mhumiex ġenetikament modifikati jistgħu jinkludu storja dokumentata dwar is-sigurtà tas-sors tal-enżimi tal-ikel, il-kompożizzjoni u l-proprjetajiet tal-enzima tal-ikel kif ukoll l-użu tagħhom fl-ikel li ma juri ebda effetti negattivi għas-saħħa tal-bniedem meta jiġu kkunsmati b’mod simili, u dan għandu jkun sostnut bi kwalunkwe studji tossikoloġiċi eżistenti. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-enżima għall-enżimi tal-ikel minn tali sorsi li jittieklu ma għandhiex tkun meħtieġa li tinkludi dejta tossikoloġika. |
|
(6) |
Il-kunċett ta' Preżunzjoni ta’ Sikurezza Kwalifikata (Qualified Presumption of Safety minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “QPS”) (6) ġie stabbilit mill-Awtorità bħala għodda għall-valutazzjoni tas-sikurezza ta' mikro-organiżmi introdotti fil-katina alimentari jew direttament jew bħala sors ta’ addittivi jew enżimi tal-ikel. Dan il-kunċett ifisser li, fejn razza ta’ mikro-organiżmu tiġi assenjata lil grupp ta' QPS u tissodisfa l-kwalifiki speċifiċi, l-Awtorità ma għandhiex għalfejn twettaq aktar valutazzjoni dwar is-sigurtà tar-razza tal-produzzjoni. Għalhekk, jekk il-mikro-organiżmu użat fil-produzzjoni ta' enżima tal-ikel għandu status ta' QPS skont il-lista l-aktar riċenti ta' aġenti bijoloġiċi rrakkomandati mill-QPS u adottati mill-Awtorità, l-applikazzjoni tal-enzima ma għandhiex tkun meħtieġa li tinkludi dejta tossikoloġika. Madankollu, jekk ir-residwi, l-impuritajiet, il-prodotti tad-degradazzjoni marbuta mal-proċess tal-produzzjoni totali tal-enżimi (il-produzzjoni, l-irkupru u l-ippurifikazzjoni) jistgħu jagħtu lok għal tħassib, l-Awtorità, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, tista’ titlob dejta addizzjonali għall-valutazzjoni tar-riskju, inkluż dejta tossikoloġika. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 6(a) tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel (7), enżima tal-ikel tista' tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni biss jekk ma toħloqx tħassib għas-sigurtà tas-saħħa tal-konsumatur fuq il-livell tal-użu propost, u dan abbażi tal-evidenza xjentifika disponibbli. It-tnaqqis tad-dejta meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju f'relazzjoni mal-enżimi tal-ikel miksuba minn partijiet li jittieklu ta' annimali u pjanti mhux ġenetikament modifikati, u minn mikro-organiżmi li għandhom status ta' QPS ma għandux impatt negattiv fuq il-kwalità tal-valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq l-SCF u l-gwida tal-Awtorità. |
|
(8) |
Fir-rigward tat-tpoġġija fi gruppi speċifiċi ta’ enżimi tal-ikel f’applikazzjoni waħda, l-Awtorità diġà indikat fil-gwida tagħha dwar ir-rekwiżiti tad-dejta għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-enżimi tal-ikel li enżimi tal-ikel speċifiċi bl-istess attività katalitika, prodotti mill-istess razza ta' mikro-organiżmi u b’sostanzjalment l-istess proċess ta' manifattura jistgħu jinġabru f’applikazzjoni waħda, anke jekk bħala regola kull enżima tal-ikel individwali għandha tiġi vvalutata. |
|
(9) |
Huwa xieraq li l-enżimi tal-ikel miksuba minn partijiet li jittieklu ta' pjanti jew annimali li jkollhom l-istess attività katalitika u li huma pproċessati mill-istess sors (eż. fil-livell ta' speċi) u b’sostanzjalment l-istess proċess tal-produzzjoni jistgħu jinġabru taħt applikazzjoni waħda. |
|
(10) |
Huwa xieraq ukoll li l-enżimi tal-ikel miksuba minn mikro-organiżmi li jkollhom status ta' QPS jew minn mikro-organiżmi li ntużaw fil-produzzjoni ta’ enżimi tal-ikel li ġew evalwati u awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti fi Franza jew fid-Danimarka bi qbil mal-linji gwida tal-SCF tal-1992 jistgħu jinġabru taħt applikazzjoni waħda taħt l-istess kundizzjonijiet. |
|
(11) |
Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, matul il-valutazzjoni tar-riskju l-Awtorità tista’ titlob informazzjoni addizzjonali f’każi ġustifikati. |
|
(12) |
Il-formolazzjoni tal-lista tal-Unjoni tal-enżimi tal-ikel għandha ssir bla xkiel u ma għandhiex tfixkel is-suq eżistenti tal-enżimi tal-ikel. Id-deroga mill-preżentazzjoni tad-dejta tossikoloġika u l-possibbiltà ta’ ġbir ta' fajls fi gruppi se jnaqqsu l-piż fuq l-applikanti u b'mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. |
|
(13) |
Id-deroga mill-preżentazzjoni tad-dejta tossikoloġika u l-possibbiltà ta’ ġbir ta' fajls fi gruppi ma għandhomx japplikaw għal enżimi tal-ikel li huma prodotti minn pjanti jew annimali ġenetikament modifikati kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (8) u lanqas għal enżimi tal-ikel li huma prodotti minn mikro-organiżmi ġenetikament modifikati jew prodotti b'dawn il-mikro-organiżmi kif definit fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-użu konfinat ta' mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (9). Madankollu, fir-rigward ta' enżimi tal-ikel miksuba minn mikro-organiżmi ġenetikament modifikati bl-użu tat-tekniki elenkati fl-Anness II, il-Parti A, il-punt 4 tad-Direttiva 2009/41/KE, id-deroga mill-preżentazzjoni tad-dejta tossikoloġika għandha tapplika jekk ir-razzez parentali tal-mikro-organiżmi jkollhom status ta' QPS (10). |
|
(14) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 234/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(15) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 234/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 1a kif ġej: “Artikolu 1a Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(11) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_27.pdf” " |
|
(2) |
Fl-Artikolu 8, jiżdiedu l-paragrafi 3, 4, 5, u 6 li ġejjin: “3. B'deroga mill-punt (l) tal-paragrafu 1 il-fajl ippreżentat biex jappoġġa applikazzjoni għall-evalwazzjoni tas-sigurtà ta’ enzima tal-ikel ma għandux għalfejn jinkludi dejta tossikoloġika jekk l-enżima tal-ikel inkwistjoni hija miksuba minn:
4. Il-paragrafu 3 ma għandux japplika fejn il-pjanti jew l-annimali kkonċernati huma organiżmi ġenetikament modifikati kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jew fejn il-mikro-organiżmu kkonċernat huwa mikro-organiżmu ġenetikament modifikat kif definit fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2009/41/KE (12). Madankollu, il-paragrafu 3, il-punt (b) għandu japplika għal mikro-organiżmi fejn il-modifikazzjoni ġenetika tinkiseb permezz tal-użu ta’ tekniki/metodi elenkati fl-Anness II, il-Parti A, il-punt 4 tad-Direttiva 2009/41/KE. 5. L-enżimi tal-ikel jistgħu jinġabru taħt applikazzjoni waħda sakemm ikollhom l-istess attività katalitika, huma pproċessati mill-istess materjal tas-sors (eż. fil-livell ta' speċi) u b’sostanzjalment l-istess proċess ta' produzzjoni, u nkisbu minn:
6. Il-paragrafu 5 ma għandux japplika fejn il-pjanti jew l-annimali kkonċernati huma organiżmi ġenetikament modifikati kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jew fejn il-mikro-organiżmu kkonċernat huwa mikro-organiżmu ġenetikament modifikat kif definit fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2009/41/KE. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 64, 11.3.2011, p. 15.
(3) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_27.pdf
(4) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports_en.html
(5) http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/1305.htm
(6) http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/587.pdf
(7) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7.
(8) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1
(9) ĠU L 125, 21.5.2009, p. 75.
(10) http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/587.pdf. Ara l-paġna 13