This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0303
2012/303/EU: Commission Implementing Decision of 11 June 2012 amending Decision 2003/467/EC as regards the declaration of Lithuania as officially enzootic-bovine-leukosis-free Member State (notified under document C(2012) 3729) Text with EEA relevance
2012/303/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Litwanja bħala Stat Membru ħieles mil-lewkosi bovina enzootika (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3729) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2012/303/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Litwanja bħala Stat Membru ħieles mil-lewkosi bovina enzootika (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3729) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 152, 13.6.2012, pp. 48–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620
|
13.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/48 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Ġunju 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Litwanja bħala Stat Membru ħieles mil-lewkosi bovina enzootika
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3729)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/303/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Anness D(I)(E) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini u suwini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jew reġjun tiegħu jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mil-lewkosi bovina enzootika fir-rigward tal-merħliet bovini. |
|
(2) |
L-Annessi III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2) telenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma ddikjarati uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika. |
|
(3) |
Il-Litwanja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għat-territorju sħiħ tagħha. |
|
(4) |
Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mil-Litwanja, dak l-Istat Membru għandu jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment ħieles mil-lewkosi bovina enzootika. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, il-Kapitolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ KAPITOLU 1
Stati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika
|
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
|
BE |
Il-Belġju |
|
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
|
DK |
Id-Danimarka |
|
DE |
Il-Ġermanja |
|
IE |
L-Irlanda |
|
ES |
Spanja |
|
FR |
Franza |
|
CY |
Ċipru |
|
LT |
Il-Litwanja |
|
LU |
Il-Lussemburgu |
|
NL |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|
AT |
L-Awstrija |
|
SI |
Is-Slovenja |
|
SK |
Is-Slovakkja |
|
FI |
Il-Finlandja |
|
SE |
L-Isvezja |
|
UK |
Ir-Renju Unit” |