This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0302
2012/302/EU: Commission Implementing Decision of 11 June 2012 amending Decision 2011/163/EU on the approval of plans submitted by third countries in accordance with Article 29 of Council Directive 96/23/EC (notified under document C(2012) 3723) Text with EEA relevance
2012/302/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3723) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2012/302/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3723) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 152, 13.6.2012, pp. 42–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2293
|
13.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/42 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Ġunju 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3723)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/302/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u gruppi ta’ residwi mniżżla fl-Anness I tagħha. Skont id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u l-permanenza fuq il-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva, huma soġġetti għas-sottomissjoni ta’ pjan mill-pajjiżi terzi kkonċernati li jistipula l-garanziji li huma joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta’ residwi u sustanzi elenkati f’dak l-Anness. Dawn il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati fuq talba tal-Kummissjoni, partikolarment meta ċerti verifiki jkunu jesiġu li jsir dan. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (“il-pjanijiet”) imressqa minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness tagħha għall-annimali u l-prodotti mill-annimali indikati f’dik il-lista. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-pjanijiet li tressqu reċentement minn ċerti pajjiżi terzi u t-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni, huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, kif inhu stipulat fid-Direttiva 96/23/KE u li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (“il-lista”). |
|
(4) |
Il-Beliże ressaq pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Annotazzjoni għall-Beliże għall-akkwakultura għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista. |
|
(5) |
Iċ-Ċili fil-preżent huwa inkluż fil-lista għall-ovini/kaprini iżda b’referenza għan-nota 3 ta’ qiegħ il-paġna fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. Din in-nota f’qiegħ il-paġna tirrestrinġi dawn l-importazzjonijiet miċ-Ċili għall-ovini biss. Iċ-Ċili ressaq pjan għal kaprini lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Ir-referenza għan-nota 3 ta’ qiegħ il-paġna għandha għalhekk titneħħa fil-lista għaċ-Ċili. |
|
(6) |
Curaçao fil-preżent huwa inkluż fil-lista għall-ħalib. Iżda, Curaçao ma pprovdiex pjan kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE. L-annotazzjoni għal Curaçao għandha għalhekk titneħħa mil-lista. |
|
(7) |
Ħong Kong fil-preżent huwa inkluż fil-lista għat-tjur u l-akkwakultura. Iżda, Ħong Kong ma pprovdiex pjan kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE. Ħong Kong għandu għalhekk jitneħħa mil-lista. |
|
(8) |
Il-Gambja ressqet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Annotazzjoni għall-Gambja għall-akkwakultura għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE (3) testendi d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għall-Islanda. L-annotazzjonijiet għall-Iżlanda għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista. |
|
(10) |
Il-Ġamajka fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-akkwakultura u l-għasel. Iżda, il-Ġamajka ma pprovdietx pjan għall-akkwakultura kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva96/23/KE. L-annotazzjoni għall-Ġamajka għall-akwakultura għandha għalhekk titneħħa mil-lista. |
|
(11) |
Il-Kenja ressqet pjan għall-ħalib tal-iġmla lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Annotazzjoni għall-Kenja għall-ħalib tal-iġmla għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista. |
|
(12) |
Il-Libanu ressaq pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Annotazzjoni għal-Libanu għall-għasel għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista. |
|
(13) |
In-Namibja fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-bovini, ovini/kaprini, il-kaċċa selvaġġa u l-kaċċa mrobbija. Iżda, in-Namibja ma pprovdietx pjan kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE għall-kaċċa mrobbija. L-annotazzjoni għan-Namibja għall-kaċċa mrobbija għandha għalhekk titneħħa mil-lista. |
|
(14) |
Il-Kaledonja Ġdida fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-bovini, l-akkwakultura, il-kaċċa selvaġġa, il-kaċċa mrobbija u l-għasel. Dan il-pajjiż terz għarraf lill-Kummissjoni li mhux aktar interessat li jesporta laħam frisk tal-bovini lejn l-Unjoni. Iżda, il-Kaledonja Ġdida pprovdiet l-garanziji mitluba li żżomm l-annotazzjoni għall-bovini fil-lista iżda bin-nota f’qiegħ il-paġna li tindika pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-importazzjonijiet ta’ din il-materja prima lejn l-Unjoni. Ir-referenza għan-nota f’qiegħ il-paġna xierqa għandha għalhekk tiżdied għall-annotazzjoni għall-Kaledonja Ġdida għall-bovini. |
|
(15) |
Sint Maarten fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-ħalib. Madankollu, Sint Maarten ma pprovdietx pjan kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE. Sint Maarten għandha għalhekk titneħħa mil-lista. |
|
(16) |
San Marino fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-bovini, l-porċini u l-għasel. Dan il-pajjiż terz għarraf lill-Kummissjoni li mhux aktar interessat li jesporta laħam tal-majjal lejn l-Unjoni. L-annotazzjoni għal San Marino għall-porċini għandha għalhekk titneħħa mil-lista. |
|
(17) |
Sabiex jiġi evitat kull tfixkil għall-kummerċ, għandu jiġi stabbilit perjodu tranżitorju biex ikopri konsenji rilevanti minn Curaçao, Ħong Kong, il-Ġamajka, in-Namibja u Sint Maarten, li ġew iċċertifikati u mibgħuta lejn l-Unjoni qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(18) |
Id-Deċiżjoni 2011/163/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
|
(19) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sal-15 ta’ Awwissu 2012, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw kunsinni ta’ ħalib minn Curaçao, tat-tjur u l-akkwakultura minn Ħong Kong, tal-akkwakultura mill-Ġamajka, ta’ kaċċa mrobbija min-Namibja u ta’ ħalib minn Sint Maarten kemm-il darba l-importatur ta’ dawn il-prodotti juri li dawn ġew iċċertifikati u mibgħuta lejn l-Unjoni qabel l-1 ta’ Lulju 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
ANNESS
“ANNESS
|
Kodiċi ISO2 |
Pajjiż |
Bovini |
Ovini/kaprini |
Porċini |
Ekwini |
Tjur |
Akkwakultura |
Ħalib |
Bajd |
Fniek |
Kaċċa selvaġġa |
Kaċċa mrobbija |
Għasel |
|
AD |
Andorra |
X |
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
|
|
|
|
|
X |
X (1) |
|
|
|
|
|
|
Al |
L-Albanija |
|
X |
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
AR |
L-Arġentina |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
AU |
L-Awstralja |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
BA |
Il-Bosnja-Ħerzegovina |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
BD |
Il-Bangladexx |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
BN |
Il-Brunej |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
BR |
Il-Brażil |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
X |
|
BW |
Il-Botswana |
X |
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
BY |
Il-Bjelorussja |
|
|
|
X (2) |
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
BZ |
Il-Beliże |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
CA |
Il-Kanada |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
CH |
L-Isvizzera |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
CL |
Iċ-Ċilì |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
|
|
X |
|
X |
|
CM |
Il-Kamerun |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
CN |
Iċ-Ċina |
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
X |
|
|
X |
|
CO |
Il-Kolombja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
CR |
Il-Kosta Rika |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
CU |
Kuba |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
EC |
L-Ekwador |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
ET |
L-Etjopja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
FK |
Il-Gżejjer Falkland |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
FO |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
GH |
Il-Gana |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
GM |
Il-Gambja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
GL |
Greenland |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
|
GT |
Il-Gwatemala |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
HN |
Il-Ħonduras |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
HR |
Il-Kroazja |
X |
X |
X |
X (2) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
ID |
L-Indoneżja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
IL |
L-Iżrael |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
|
IN |
L-Indja |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
|
IR |
L-Iran |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
JM |
Il-Ġamajka |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
JP |
Il-Ġappun |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
KE |
Il-Kenja |
|
|
|
|
|
|
X (1) |
|
|
|
|
|
|
KG |
Il-Kirgiżistan |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
KR |
Il-Korea t’Isfel |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
LB |
Il-Libanu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
LK |
Is-Sri Lanka |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
MA |
Il-Marokk |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
MD |
Il-Moldova |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
ME |
Il-Montenegro |
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
X |
|
|
|
X |
|
MG |
Il-Madagaskar |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
MK |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4) |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
|
MU |
Il-Mawrizju |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
MX |
Il-Messiku |
|
|
|
X |
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
|
MY |
Il-Malasja |
|
|
|
|
X (3) |
X |
|
|
|
|
|
|
|
MZ |
Il-Możambik |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
NA |
In-Namibja |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
NC |
Il-Kaledonja Ġdida |
X (3) |
|
|
|
|
X |
|
|
|
X |
X |
X |
|
NI |
In-Nikaragwa |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
NZ |
In-New Zealand |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
PA |
Il-Panama |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
PE |
Il-Perù |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
PF |
Il-Polineżja Franċiża |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
PH |
Il-Filippini |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
PN |
Il-Gżejjer Pitcairn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
PY |
Il-Paragwaj |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
RS |
Is-Serbja (5) |
X |
X |
X |
X (2) |
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
|
RU |
Ir-Russja |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X (6) |
X |
|
SA |
L-Arabja Sawdija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
SG |
Singapor |
X (3) |
X (3) |
X (3) |
|
X (3) |
X |
X (3) |
|
|
|
|
|
|
SM |
San Marino |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
SR |
Is-Surinam |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
SV |
El Salvador |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
SZ |
Is-Sważiland |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TH |
It-Tajlandja |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
X |
|
TN |
It-Tuneżija |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
X |
|
|
|
TR |
It-Turkija |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
|
TW |
It-Tajwan |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
TZ |
It-Tanzanija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
UA |
L-Ukraina |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
|
UG |
L-Uganda |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
US |
L-Istati Uniti |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
UY |
L-Urugwaj |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
|
X |
|
VE |
Il-Venezwela |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
VN |
Il-Vjetnam |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
YT |
Il-Majott |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
|
ZM |
Iż-Żambja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
ZW |
Iż-Żimbabwe |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
X |
|
(1) Ħalib tal-iġmla biss.
(2) Esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss).
(3) Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi stabbilita wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.
(4) Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkun approvati għall-importazzjonijiet ta’ materja prima bħal din lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.
(5) Mhux inkluż il-Kosovo (din l-indikazzjoni hija mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar d-Dikjarazzjoni ta’ Indipendenza tal-Kosovo).
(6) Għaċ-ċriev mir-reġjuni tal-Murmansk u Yamalo-Nenets biss.”