This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0224
2012/224/EU: Council Implementing Decision of 29 March 2012 amending Implementing Decision 2011/344/EU on granting Union financial assistance to Portugal
2012/224/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tad- 29 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall
2012/224/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tad- 29 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall
ĠU L 115, 27.4.2012, pp. 21–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
27.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/21 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ Marzu 2012
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall
(2012/224/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 3(9) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE (2), il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali u f'kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew, wettqet it-tielet analiżi tal-progress tal-awtoritajiet Portugiżi dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma taħt il-programm ta' aġġustament ekonomiku u finanzjarju (Programm) kif ukoll dwar l-effettività u l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom. |
|
(2) |
Permezz tal-analiżi nstab li l-konformità tal-Portugall mal-kundizzjonalità għar-raba' kwart tas-sena 2011 kienet waħda sodisfaċenti. Fl-2011, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika niżel għal taħt il-mira ta' 5,9 % tal-PDG u bħalissa huwa stmat li hu madwar 4 % tal-PDG, anke jekk dan huwa r-riżultat tat-trasferiment eċċezzjonali ta' madwar EUR 6 biljun (madwar 3,5 % tal-PDG) tal-fondi tal-pensjonijiet tal-bank fis-sistema ta' sigurtà soċjali tal-Istat. Il-baġit tal-2012 huwa konsistenti mal-issodisfar tal-mira tad-defiċit ta' 4,5 % tal-PDG, f'konformità mal-Programm. Jissoktaw l-isforzi tal-politika sabiex tkun appoġġjata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Il-banek Portugiżi qed jaħdmu sabiex jilħqu r-rekwiżiti kapitali ogħla kif meħtieġ mill-Programm, filwaqt li jikkunsidraw l-implikazzjonijiet tar-rekwiżit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għal buffer kapitali temporanju ġdid għall-espożizzjonijiet sovrani, il-programm speċjali ta’ spezzjoni fuq il-post u t-trasferiment tal-fondi tal-pensjonijiet tal-banek fis-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat. Ir-riformi tas-suq tax-xogħol u tal-prodotti mixjin ukoll 'il quddiem: intlaħaq ftehim mal-imsieħba soċjali dwar riforma wiesgħa u ambizzjuża tas-suq tax-xogħol filwaqt li tressqet quddiem il-Parlament reviżjoni sinifikanti tal-qafas legali dwar il-kompetizzjoni li se toħloq il-kundizzjonijiet għal sistema effettiva ta' infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni. Il-programm ta’ privatizzazzjoni qed jiġi implimentat fil-kuntest ta' liġi qafas ġdida. Il-kumpanija tal-enerġija EDP u l-kumpanija tan-netwerk tal-enerġija REN inbiegħhu. Ġiet stabbilita strateġija għar-ristrutturar tal-impriżi tal-Istat (SOEs). Il-qafas legali li jikkonċerna l-akkwist pubbliku qed jitjieb u qed isir proċess ta' modernizzazzjoni tal-qafas legali tas-suq tad-djar. Ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja qed tagħmel progress tajjeb. |
|
(3) |
Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE għandha tiġi emendata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE huwa b'dan emendat kif ġej:
|
(1) |
il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej: "6. Il-Portugall għandu jadotta l-miżuri li ġejjin matul l-2012, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet fil-Memorandum ta’ Qbil:
|
|
(2) |
il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN