Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0145

2012/145/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Frar 2012 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

ĠU L 72, 10.3.2012, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/145(1)/oj

10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Frar 2012

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

(2012/145/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 241/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissaw (1).

(2)

L-Unjoni nnegozjat mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw Protokoll ġdid li joffri lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fihom il-Ginea Bissaw teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”).

(3)

B’riżultat tan-negozjati, il-Protokoll ġie inizjalat fil-15 ta’ Ġunju 2011.

(4)

Dan il-Protokoll ġie ffirmat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/885/UE (2) u għandu japplika provviżorjament mis-16 ta’ Ġunju 2011.

(5)

Dan il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet huwa approvat f’isem l-Unjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 14 tal-Protokoll, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 75, 18.3.2008, p. 49.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2011, p. 1.

(3)  Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 344, 28.12.2011, p. 1, mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll sejra tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top