This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1291
Commission Implementing Regulation (EU) No 1291/2011 of 9 December 2011 determining the extent to which the import licence applications submitted in November 2011 for certain milk products under certain tariff quotas opened by Regulation (EC) No 2535/2001 can be accepted
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2011 tad- 9 ta’ Diċembru 2011 li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul ix-xahar ta' Novembru 2011 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2011 tad- 9 ta’ Diċembru 2011 li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul ix-xahar ta' Novembru 2011 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001
ĠU L 328, 10.12.2011, p. 47–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/47 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1291/2011
tad-9 ta’ Diċembru 2011
li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul ix-xahar ta' Novembru 2011 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa bejn l-20 u t-30 ta' Novembru 2011 għal ċerti kwoti tariffarji msemmija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (3), jirrigwardaw kwantitajiet ogħla minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat kemm jistgħu jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġu ffissati l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-kwoti tariffarji msemmija fit-taqsimiet I.A, I.F, I.H, I.I, u I.J tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2353/2001, imressqa matul il-perjodu bejn l-20 u t-30 ta' Novembru 2011 jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba, bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni ffissati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Diċembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.
ANNESS
I.A
Numru tal-kwota tariffarja |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni |
09.4590 |
100 % |
09.4599 |
100 % |
09.4591 |
— |
09.4592 |
— |
09.4593 |
— |
09.4594 |
— |
09.4595 |
3,660488 % |
09.4596 |
100 % |
“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja. |
I.F
Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera
Numru tal-kwota tariffarja |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni |
09.4155 |
9,520183 % |
I.H
Prodotti li joriġinaw min-Norveġja
Numru tal-kwota tariffarja |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni |
09.4179 |
100 % |
I.I
Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda
Numru tal-kwota tariffarja |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni |
09.4205 |
100 % |
09.4206 |
100 % |
I.J
Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova
Numru tal-kwota tariffarja |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni |
09.4210 |
— |
“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja. |