Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1287

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1287/2011 tad- 9 ta’ Diċembru 2011 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2014/2005 dwar il-liċenzji taħt l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-banana lejn il-Komunità fir-rigward tal-banana li tkun tqiegħdet f’ċirkulazzjoni ħielsa bir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni

    ĠU L 328, 10.12.2011, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1287/oj

    10.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 328/41


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1287/2011

    tad-9 ta’ Diċembru 2011

    li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2014/2005 dwar il-liċenzji taħt l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-banana lejn il-Komunità fir-rigward tal-banana li tkun tqiegħdet f’ċirkulazzjoni ħielsa bir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 tad-29 ta' Novembru 2005 dwar ir-rati ta' tariffa għall-banana (1), u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2014/2005 (2) stabbilixxa mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-importazzjonijiet tal-banana, ibbażat fuq il-liċenzji tal-importazzjoni.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni tiegħu 2011/194/UE (3), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela (il-“Ftehim ta' Ġinevra”) u tal-Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (il-“Ftehim tal-UE/l-Istati Uniti”). Il-ftehimiet issa qed jiġu ratifikati mill-partijiet firmatarji kollha. Wara l-konklużjonijiet ta’ dawk il-Ftehimiet, l-istruttura u t-tħaddim tal-iskema kummerċjali tal-Unjoni għall-banana bil-kodiċi tan-NM 0803 00 19 nbidlu.

    (3)

    Fid-dawl tat-tariffi l-ġodda tal-banana li għandhom jiġu applikati skont il-“Ftehim ta' Ġinevra”, ir-Regolament (UE) Nru 306/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ħassar ir-Regolament (KE) Nru 1964/2005 b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak il-Ftehim.

    (4)

    Fid-dawl tal-adozzjoni tal-ftehimiet imsemmija qabel, li ssetiljaw tilwima dwar il-banana li kienet ilha għaddejja għal żmien twil, l-użu tal-liċenzji tal-importazzjoni soġġetti għad-depożitu ta' garanzija, bħala għodda ta' statistika, ma għadux strument adegwat biex jimmonitorja s-swieq tal-banana.

    (5)

    Ġew żviluppati mezzi ġodda u iktar preċiżi tal-monitoraġġ fuq l-importazzjonijiet tal-banana, li huma inqas ikkumplikati minn liċenzji, li joħolqu piż amministrattiv u spejjeż għall-kumpaniji u l-amministrazzjonijiet nazzjonali.

    (6)

    Għalhekk, huwa xieraq li jitneħħa l-obbligu għall-kummerċjanti biex jinkisbu l-liċenzji tal-importazzjoni għall-importazzjoni tal-banana ta' kull oriġini. Ir-Regolament (KE) Nru 2014/2005 għandu għalhekk jitħassar. Minħabba li l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 2014/2005 jillimita l-validità tal-liċenzji għas-sena tal-ħruġ, huwa xieraq li mill-1 ta' Jannar 2012 jitħassar l-obbligu biex jinkisbu l-liċenzji tal-importazzjoni.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2014/2005 qiegħed hawnhekk jitħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 316, 2.12.2005, p. 1.

    (2)  ĠU L 324, 10.12.2005, p. 3.

    (3)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 66.

    (4)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 44.


    Top