This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0566
Commission Regulation (EU) No 566/2011 of 8 June 2011 amending Regulation (EC) No 715/2007 of the European Parliament and of the Council and Commission Regulation (EC) No 692/2008 as regards access to vehicle repair and maintenance information Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 566/2011 tat- 8 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 566/2011 tat- 8 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 158, 16.6.2011, p. 1–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
16.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 566/2011
tat-8 ta’ Ġunju 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(4), 5(3) u 8 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2), b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur (vetturi) u partijiet sostituti fir-rigward tal-emissjonijiet tagħhom u jistipula regoli għal konformità waqt is-servizz, durabbiltà tal-mezzi għall-kontroll tat-tniġġis, sistemi djanjostiċi abbord (OBD), kejl tal-konsum tal-fjuwil u aċċessibbiltà għal informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni tal-vettura. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (3) jeħtieġ li l-Kummissjoni tintroduċi proċeduri ġdida ta’ ttestjar għall-massa u numru ta’ partikuli emessi minn vetturi light duty. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (4) teħtieġ l-użu ta’ bozoz tas-sewqan binhar għal raġunijiet ta’ sigurtà. L-effett ta’ dawk il-mezzi, li huma mixgħula b’mod permanenti matul l-operazzjoni tal-vetturi, għandhom jiġu riflessi b’mod xieraq fil-pollutant imkejjel u fl-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2). |
(4) |
Ir-riskju ta’ tbagħbis ma’ u ta’ fallimenti totali tal-filtri tal-partikuli tad-diżil (DPFs) jeħtieġ il-monitoraġġ ta’ DPFs, irrispettivament mill-eċċedenza tal-limitu applikabbli tal-OBD. |
(5) |
Minħabba n-natura permanenti tiegħu, il-monitoraġġ taċ-ċirkwiti elettriċi għandu jkun eżenti mir-rappurtaġġ li jirriżulta mir-rekwiżiti tal-proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu tas-sistema tal-OBD. |
(6) |
Il-frekwenza limitata ta’ sitwazzjonijiet ta’ sewqan li matulhom jistgħu jitħaddmu l-moniters tas-sistema tal-kontroll taż-żieda fil-pressjoni jew moniters li jeħtieġu startjar kiesaħ teħtieġ rekwiżiti ta’ prestazzjoni speċjali għal dawn il-moniters. |
(7) |
Il-kundizzjonijiet statistiċi li taħthom tiġi vvalutata normalment il-konformità mar-rekwiżiti tal-proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu għandhom jiġu armonizzati. |
(8) |
Jekk jiġi identifikat tbagħbis tas-sistema ta’ Riduzzjoni Katalitika Selettiva (SCR) permezz tal-monitoraġġ dirett tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-kundizzjonijiet li taħthom tiġi attivata s-sistema tagħha ta’ inċentiv tas-sewwieq għandhom jiġu definiti aħjar. |
(9) |
Ir-reġistrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv tas-sewwieq għandha tkun kjarifikata fir-rigward tal-użu futur possibbli ta’ din l-informazzjoni waqt spezzjonijiet li jivvalutaw kemm vettura tkun tajba għat-triq. |
(10) |
Il-ħarsien tal-kompjuter għall-kontroll tal-emissjonijiet minn tbagħbis għandu jkun soġġett għal titjib tekniku dovut għall-innovazzjoni. |
(11) |
Ir-reġistrazzjoni u r-rappurtaġġ tad-dejta huma partijiet essenzjali ta’ moniter OBD mandatorju u m’għandhomx jitħallew barra minħabba defiċjenzi allegati, b’mod partikolari mhux b’mod sistematiku fejn il-manifattur jagħżel ċerti standards għall-komunikazzjoni abbord u mhux abbord. |
(12) |
Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni effettiva fis-suq għal servizzi ta’ informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni tal-vetturi, u sabiex jiġi kkjarfikat li l-informazzjoni kkonċernata tkopri wkoll l-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi pprovduta lil operaturi indipendenti oħra minbarra s-sewwejja, sabiex ikun żgurat li s-suq indipendenti tat-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi inġenerali jkun jista’ jikkompeti ma’ bejjiegħa awtorizzati, irrispettivament minn jekk il-manifattur tal-vettura jagħtix tali informazzjoni lill-bejjiegħa u s-sewwejja awtorizzati direttament, huma meħtieġa kjarifikazzjonijiet ulterjuri fir-rigward tad-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. |
(13) |
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, filwaqt li l-manifatturi tal-vetturi m’għandhomx ikunu mġiegħla jiġbru dejta dwar modifiki ta’ vetturi individwali minn partijiet terzi esklużivament għall-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u tal-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu, sabiex ikun żgurat suq kompetittiv tat-tiswija u l-manutenzjoni, l-operaturi indipendenti għandhom jirċievu aġġornamenti għal dejta dwar il-komponenti tal-vettura sakemm l-aġġornamenti jkunu disponibbli għall-bejjiegħa u sewwejja awtorizzati. |
(14) |
L-unitajiet ta’ ħidma huma informazzjoni teknika importanti għal tiswija u manutenzjoni għal operaturi indipendenti. Il-kjarifika li l-unitajiet ta’ ħidma huma koperti bl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 hija mistennija tipprovdi ċertezza kummerċjali għall-atturi fis-suq. |
(15) |
Fejn il-manifatturi tal-vetturi jiddeċiedu li r-rekords tat-tiswija u l-manutenzjoni ma jibqgħux jinżammu f’format fiżiku – li s-sidien tal-vetturi jistgħu jagħmlu wkoll aċċessibbli għal sewwejja indipendenti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jintroduċu dikjarazzjoni tax-xogħol ta’ tiswija u manutenzjoni mwettaq – fil-vettura, iżda jinżammu fil-bażi ta’ dejta ċentrali tal-manifatturi tal-vetturi, dawn ir-rekords għandhom, bil-kunsens tas-sidien tal-vetturi, ikunu aċċessibbli wkoll għas-sewwejja indipendenti sabiex ikunu jistgħu jkomplu jipproduċu tali rekord komplut tax-xogħol ta’ tiswija u manutenzjoni mwettaq u sabiex is-sidien tal-vetturi jkun jista’ jkollhom dokument wieħed li jagħti prova ta’ tali xogħlijiet. |
(16) |
Aktar flessibbiltà għandha tingħata għall-programazzjoni mill-ġdid tal-unitajiet tal-kontroll tal-vettura u l-iskambju ta’ dejta bejn il-manifatturi tal-vetturi u l-operaturi indipendenti sabiex jingħata spazju għall-innovazzjonijiet u jiġu ffrankati spejjeż. |
(17) |
Għandu jkun żgurat li l-vetturi approvati f’konformità mar-Regolament rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) ekwivalenti għar-rekwiżiti relatati mal-emissjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dawk ir-Regolamenti dwar l-aċċess għal informazzjoni jiġu approvati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 mingħajr piżijiet amministrattivi. |
(18) |
Minħabba li bħalissa m’hemm ebda proċess strutturat komuni għall-iskambju ta’ dejta dwar il-komponenti ta’ vettura bejn il-manifatturi tal-vetturi u operaturi indipendenti, huwa xieraq li jiġu żviluppati prinċipji għal tali skambju ta’ dejta. Proċess strutturat komuni futur dwar il-format standardizzat tad-dejta skambjata għandu jiġi żviluppat formalment mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), fejn il-mandat mogħti lil CEN ma jippredeterminax il-livell tad-dettall li dan l-istandard se jipprovdi. Il-ħidma ta’ CEN għandha, b’mod partikolari, tirrifletti l-interessi u l-ħtiġijiet kemm tal-manifatturi tal-vetturi kif ukoll ta’ operaturi indipendenti u għandha tinvestiga wkoll soluzzjonijiet bħal formati ta’ dejta miftuħa deskritti minn metadejta definita sew sabiex jiġu akkomodati l-infrastrutturi eżistenti tal-IT. |
(19) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 692/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(20) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli inklużi servizzi ta’ tranżazzjoni bħal programmar mill-ġdid jew assistenza teknika fuq bażi ta’ kull siegħa, kull jum, kull xahar u kull sena, u l-ħlasijiet mitluba għall-aċċess għal tali informazzjoni għandhom ivarjaw skont il-perjodi ta’ żmien rispettivi li għalihom jingħata l-aċċess. B’żieda mal-aċċess ibbażat fuq iż-żmien, il-manifatturi jistgħu joffru aċċess ibbażat fuq it-tranżazzjoni, li għalih jintalbu ħlasijiet għal kull tranżazzjoni u mhux ibbażati fuq iż-żmien li għalih jingħata l-aċċess. Meta l-manifatturi joffru ż-żewġ sistemi ta’ aċċess, is-sewwejja indipendenti għandhom jagħżlu sistema ta’ aċċess preferita, jew ibbażata fuq iż-żmien jew ibbażata fuq it-tranżazzjoni.” |
3. |
Fl-Anness I, in-noti 1 u 2 tat-Tabella 1 u n-noti 1, 2 u 5 tat-Tabella 2 jitħassru. |
Artikolu 2
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 2, għandu jiżdied il-punt 33 li ġej:
|
2. |
Fl-Artikolu 6(1), għandhom jiżdiedu r-raba u l-ħames subparagrafi li ġejjin: “Ir-rekwiżiti rilevanti għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
L-Artikolu 14 għandu japplika wkoll fil-każ imsemmi fir-raba’ subparagrafu.” |
3. |
Fl-Artikolu 10(1), għandhom jiżdiedu t-tielet u r-raba’ subparagrafi li ġejjin: “Ir-rekwiżiti rilevanti għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-Artikolu 14 għandu japplika wkoll fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu.” |
4. |
L-Artikolu 13(9) huwa sostitwit b’dan li ġej: “9. Il-Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vettura (‘il-Forum’) huwa b’dan stabbilit. Il-Forum għandu jqis jekk l-aċċess għall-informazzjoni jaffettwax l-avvanzi li saru biex jitnaqqas is-serq tal-vetturi u għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jittejbu r-rekwiżiti relatati mal-aċċess għall-informazzjon. B’mod partikolari, il-Forum għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni ta’ proċess għall-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ operaturi indipendenti minn organizzazzjonijiet akkreditati sabiex jaċċedu għal informazzjoni dwar is-sigurtà tal-vetturi. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li żżomm id-diskussjonijiet u s-sejbiet ta’ dan il-Forum kunfidenzjali.” |
5. |
L-Annessi I, III, IV, VIII, IX, XI, XII, XIV, XVI u XVIII huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
6. |
L-Anness II huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.
(2) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(3) ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.
(4) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 1.
ANNESS I
Emendi għal ċerti Annessi tar-Regolament (KE) Nru 692/2008
1. |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
3. |
Fl-Anness IV, il-punt 2.2 tal-Appendiċi 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
4. |
Fl-Anness VIII, il-punt 2.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
5. |
Fi tmiem l-Anness IX, Taqsima B, it-test “L-ispeċifikazzjoni tal-fjuwil ta’ referenza għandha tiġi żviluppata qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007” għandu jiġi sostitwit bit-tabella li ġejja:
|
6. |
L-Anness XI huwa emendat kif ġej:
|
7. |
L-Anness XII huwa emendat kif ġej:
|
8. |
L-Anness XIV huwa emendat kif ġej:
|
9. |
L-Anness XVI huwa emendat kif ġej:
|
10. |
Fl-Anness XVIII, il-punt 3.4.8. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(1) Fejn vettura li tieħu żewġ fjuwils tkun ikkombinata ma’ vettura li tieħu flex fuel, ikunu applikabbli ż-żewġ rekwiżiti tat-test.
(2) Din id-dispożizzjoni hija temporanja, rekwiżiti ulterjuri għall-bijodiżil u l-idroġenu għandhom jiġu proposti aktar 'il quddiem.
(3) It-test fuq petrol biss qabel id-dati stipulati fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. It-test għandu jitwettaq fuq iż-żewġ fjuwils wara dawn id-dati. Għandu jintuża l-fjuwil ta' referenza tat-test E75 speċifikat fl-Anness IX Taqsima B.”
(4) Il-valuri msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet huma ‘valuri veri’. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu, ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 Prodotti tal-petroleum — Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni b’relazzjoni għall-metodi tat-test. Fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R 'il fuq miż-żero. Fl-iffissar ta' valur massimu u minimu, id-differenza minima użata kienet ta’ 4R (R = riproduċibbiltà). Minkejja din il-proċedura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifatturi tal-fjuwil għandhom jimmiraw għal valur ta’ żero fejn il-valur massimu stipulat huwa ta’ 2R u għall-valur intermedju għal kwotazzjonijiet ta’ limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259.
(5) F’każi ta’ tilwim, għandhom jintużaw il-proċeduri biex tiġi solvuta t-tilwima u l-intepretazzjoni tar-riżultati bbażata fuq il-preċiżjoni tal-metodu tat-test, deskritti fl-EN ISO 4259.
(6) F’każi ta’ tilwima nazzjonali rigward il-kontenut tal-kubrit, għandu jsir użu jew mill-EN ISO 20846 jew mill-EN ISO 20884 b’mod simili għar-referenza fl-anness nazzjonali għall-EN 228.
(7) Għandu jiġi rapportat il-kontenut effettiv tal-kubrit tal-fjuwil li jintuża għat-test tat-Tip 6.
(8) Il-kontenut tal-petrol bla ċomb jista’ jiġi determinat bħala 100 mingħajr is-somma tal-kontenut f’perċentwali ta’ ilma u ta’ alkoħols.
(9) Ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza m’għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom il-fosfru, il-ħadid, il-manganiż, jew iċ-ċomb.
(10) L-etanol li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-EN 15376 huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiġi miżjud intenzjonalment ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza.”
ANNESS II
ANNESS II
IL-KONFORMITÀ WAQT IS-SERVIZZ
1. INTRODUZZJONI
1.1. Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-konformità waqt is-servizz tal-emissjonijiet mit-tailpipe u OBD (inkluż IUPRM) għal vetturi approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.
2. IL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ WAQT IS-SERVIZZ
2.1. Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz mill-awtorità tal-approvazzjoni għandha titwettaq fuq il-bażi ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollu l-manifattur, skont l-istess proċeduri bħal dawk għall-konformità tal-produzzjoni definiti fl-Artikolu 12(1) u (2) tad-Direttiva 2007/46/KE u fil-punti 1 u 2 tal-Anness X ta’ dik id-Direttiva. L-informazzjoni mill-ittestjar ta’ sorveljanza tal-awtorità tal-approvazzjoni u tal-Istat Membru tista’ tikkomplementa r-rapporti ta’ monitoraġġ waqt is-servizz ipprovduti mill-manifattur.
2.2. Il-figura li tissemma fil-punt 9 tal-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness u l-Figura 4/2 tal-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE (għal emissjonijiet mit-tailpipe biss) jispjegaw il-proċedura għalll-kontroll tal-konformità waqt is-servizz. Il-proċess għall-konformità waqt is-servizz huwa deskritt fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.
2.3. Bħala parti mill-informazzjoni pprovduta għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz, fuq it-talba tal-awtorità tal-approvazzjoni, il-manifattur għandu jirrapporta lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dwar talbiet għal garanzija, xogħlijiet ta’ tiswija bil-garanzija u ħsarat fl-OBD irreġistrati waqt is-servis, skont format miftiehem waqt l-approvazzjoni tat-tip. L-informazzjoni għandha tispjega fid-dettall il-frekwenza u s-sustanza tal-ħsarat għall-komponenti u għas-sistemi relatati mal-emissjonijiet. Ir-rapporti għandhom jiġu preżentati mill-inqas darba fis-sena għal kull mudell ta’ vettura sakemm idum il-perjodu definit fl-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament.
2.4. Il-parametri li jiddefinixxu l-familja ta’ waqt is-servizz tal-emissjonijiet mit-tailpipe
Il-familja ta’ waqt is-servizz tista’ tiġi definita permezz tal-parametri bażiċi tad-disinn li għandhom ikunu komuni għall-vetturi fi ħdan il-familja. Għaldaqstant, it-tipi ta’ vetturi jistgħu jitqiesu bħala li jappartjenu għall-istess familja ta’ waqt is-servizz jekk ikollhom komuni, jew fi ħdan it-tolleranzi dikjarati, il-parametri li ġejjin:
2.4.1. |
il-proċess kombustibbli (two stroke, four stroke, rotatorju); |
2.4.2. |
in-numru ta’ ċilindri; |
2.4.3. |
il-konfigurazzjoni tal-blokka taċ-ċilindru (allinjata, V, radjali, orizzontalment opposta, oħrajn. L-inklinazzjoni jew l-orjentazzjoni taċ-ċilindri mhix kriterju); |
2.4.4. |
il-metodu tal-alimentazzjoni tal-magna (eż. injezzjoni indiretta jew diretta); |
2.4.5. |
it-tip tas-sistema ta’ tkessiħ (arja, ilma, żejt); |
2.4.6. |
il-metodu tal-aspirazzjoni (aspirat naturalment, iċċarġjat bil-pressjoni); |
2.4.7. |
il-fjuwil li għalih hija ddiżinjata l-magna (petrol, diżil, NG, LPG, eċċ). Vetturi li jieħdu żewġ fjuwils jistgħu jiġu ggruppati mal-vetturi li jieħdu fjuwil speċifiku sakemm wieħed mill-fjuwils ikun komuni; |
2.4.8. |
it-tip ta’ konvertitur katalitiku (katalista three-way, nasba rqiqa għall-NOx, SCR, katalista rqiqa tal-NOx jew ieħor (oħrajn)); |
2.4.9. |
it-tip ta’ nasba għall-partikulati (biha jew mingħajrha); |
2.4.10. |
ir-riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (biha jew mingħajrha, imkessħa jew mhux imkessħa); u |
2.4.11. |
il-kapaċità taċ-ċilindri tal-magna tal-akbar magna fi ħdan il-familja neħħi 30 %. |
2.5. Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni
Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz se ssir mill-awtorità tal-approvazzjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-manifattur. Tali informazzjoni għandha tinkludi b’mod partikolari dan li ġej:
2.5.1. |
l-isem u l-indirizz tal-manifattur; |
2.5.2. |
l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-faks u l-indirizz elettroniku tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu fi ħdan l-oqsma koperti mill-informazzjoni tal-manifattur; |
2.5.3. |
l-isem/ismijiet tal-mudell(i) tal-vetturi inkluż(i) fl-informazzjoni tal-manifattur; |
2.5.4. |
fejn xieraq, il-lista tat-tipi ta’ vetturi koperti mill-informazzjoni tal-manifattur, jiġifieri għal emissjonijiet mit-tailpipe, il-grupp tal-familja ta’ waqt is-servizz skont il-punt 2.4, u għall-OBD u IUPRM, il-familja OBD skont l-Appendiċi 2 tal-Anness XI; |
2.5.5. |
il-kodiċijiet tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) applikabbli għal dawn it-tipi ta’ vetturi fi ħdan il-familja (il-prefiss tal-VIN); |
2.5.6. |
in-numri tal-approvazzjonijiet tat-tip applikabbli għal dawn it-tipi ta’ vetturi fi ħdan il-familja ta’ waqt is-servizz, inklużi, fejn applikabbli, in-numri tal-estensjonijiet kollha u tat-tiswijiet li jsiru fil-post/irtirar ta’ prodott difettuż (mudelli ġodda); |
2.5.7. |
id-dettalji tal-estensjonijiet, tat-tiswijiet fil-post/irtirar ta’ prodott difettuż għal dawk l-approvazzjonijiet tat-tip għall-vetturi koperti mill-informazzjoni tal-manifattur (jekk ikunu mitluba mill-awtorità tal-approvazzjoni); |
2.5.8. |
il-perjodu ta’ żmien li matulu nġabret l-informazzjoni tal-manifattur; |
2.5.9. |
il-perjodu tal-bini tal-vettura kopert mill-informazzjoni tal-manifattur (eż. il-vetturi manifatturati matul is-sena kalendarja 2007); |
2.5.10. |
il-proċedura tal-manifattur għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz, inklużi:
|
2.5.11. |
ir-riżultati mill-proċedura tal-manifattur għall-konformità waqt is-servizz, inklużi:
|
2.5.12. |
ir-rekords ta’ indikazzjoni mis-sistema OBD; |
2.5.13. |
għat-teħid ta’ kampjuni IUPRM, dan li ġej:
|
3. L-GĦAŻLA TAL-VETTURI GĦALL-KONFORMITÀ WAQT IS-SERVIZZ
3.1. L-informazzjoni miġbura mill-manifattur għandha tkun komprensiva biżżejjed biex tiżgura li r-rendiment waqt is-servizz tista’ tkun ivvalutata għall-kundizzjonijiet normali tal-użu. It-teħid tal-kampjuni tal-manifattur għandu jsir minn għallinqas żewġ Stati Membri b’kundizzjonijiet operattivi tal-vetturi li jkunu sostanzjalment differenti (sakemm mhux mibjugħa biss fi Stat Membru wieħed). Fl-għażla tal-Istati Membri għandhom jitqiesu fatturi bħad-differenzi fil-fjuwils, il-kundizzjonijiet ambjentali, il-veloċitajiet medji fit-triq, u l-qasma bejn is-sewqan urban/fl-awtostrada.
Għal ittestjar tal-OBD IUPRM għandhom jiġu inklużi fil-kampjun tat-test biss dawk il-vetturi li jissodisfaw il-kriterji tal-punt 2.2.1. tal-Appendiċi 1.
3.2. Fl-għażla tal-Istati Membri għat-teħid tal-kampjuni tal-vetturi, il-manifattur jista’ jagħżel vetturi minn Stat Membru li jitqies bħala partikolarment rappreżentattiv. F’dan il-każ, il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip li l-għażla hija rappreżentattiva (eż. billi s-suq ikollu l-akbar bejgħ annwali ta’ familja ta’ vetturi fl-Unjoni). Meta familja teħtieġ li aktar minn lott ta’ kampjun wieħed jiġi ttestjat, kif ġie definit fil-punt 3.5, il-vetturi fit-tieni u fit-tielet lottijiet tal-kampjun għandhom jirriflettu kundizzjonijiet operattivi tal-vetturi differenti minn dawk magħżula għall-ewwel kampjun.
3.3. L-ittestjar tal-emissjonijiet jista’ jsir f’faċilità tat-testijiet li tinsab f’suq jew f’reġjun differenti minn fejn intgħażlu l-vetturi.
3.4. It-testijiet ta’ konformità waqt is-servizz, tal-emissjonijiet mit-tailpipe, mill-manifattur għandhom jitwettqu b’mod kontinwu fejn jirriflettu ċ-ċiklu ta’ produzzjoni tat-tipi applikabbli tal-vetturi fi ħdan familja partikolari ta’ vetturi ta’ waqt is-servizz. Il-perjodu massimu ta’ żmien bejn il-bidu ta’ żewġ kontrolli ta’ konformità waqt is-servizz m’għandux jeċċedi t-18-il xahar. Fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi koperti minn estensjoni għall-approvazzjoni tat-tip li ma kinitx teħtieġ test tal-emissjonijiet, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż għal 24 xahar.
3.5. Daqs tal-kampjun
3.5.1. |
Meta tiġi applikata l-proċedura statistika definita fl-Appendiċi 2 (jiġifieri għal emissjonijiet mit-tailpipe), in-numru tal-lottijiet tal-kampjuni għandu jiddependi mill-volum ta’ bejgħ annwali ta’ familja ta’ waqt is-servizz fl-Unjoni, kif ġie definit fit-tabella li ġejja:
|
3.5.2. |
Għal IUPR, in-numru ta’ lottijiet tal-kampjun li għandu jittieħed huwa deskritt fit-tabella fil-punt 3.5.1 u huwa bbażat fuq in-numru ta’ vetturi ta’ familja OBD li huma approvati b’IUPR (suġġett għat-teħid tal-kampjuni). Għall-ewwel perjodu tat-teħid tal-kampjuni ta’ familja OBD, it-tipi kollha tal-vettura fil-familja li huma approvati b’IUPR għandhom jitqiesu bħala suġġetti għat-teħid tal-kampjuni. Għall-perjodi sussegwenti tat-teħid tal-kampjuni, huma biss it-tipi ta’ vetturi li ma kinux ġew ittestjati qabel jew li huma koperti minn approvazzjonijiet tal-emissjonijiet li ġew estiżi mill-perjodu tat-teħid tal-kampjuni preċedenti li għandhom jitqiesu bħala suġġetti għat-teħid tal-kampjuni. Għal familji magħmula minn inqas minn 5 000 reġistrazzjoni UE li huma suġġetti għat-teħid tal-kampjuni fil-perjodu tat-teħid tal-kampjuni n-numru minimu ta’ vetturi f’lott tal-kampjun huwa sitta. Għall-familji l-oħra kollha, in-numru minimu ta’ vetturi f’lott tal-kampjun huwa ħmistax. Kull lott tal-kampjun għandu jirrappreżenta adegwatament ix-xejra tal-bejgħ, jiġifieri għall-inqas tipi ta’ vetturi b’volum għoli (≥ 20 % tat-total tal-familja) għandhom jiġu rappreżentati. |
4. Fuq il-bażi tal-verifika msemmija fit-taqsima 2 l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tadotta waħda mid-deċiżjonijiet u mill-azzjonijiet li ġejjin:
(a) |
tiddeċiedi li l-konformità waqt is-servizz ta’ tip ta’ vettura, ta’ familja ta’ vetturi waqt is-servizz jew ta’ familja OBD ta’ vettura hija sodisfaċenti u li m’hemmx għalfejn tieħu azzjoni ulterjuri; |
(b) |
tiddeċiedi li d-dejta pprovduta mill-manifattur mhix biżżejjed biex tittieħed deċiżjoni u titlob informazzjoni jew dejta tat-testijiet addizzjonali mingħand il-manifattur; |
(c) |
tiddeċiedi li fuq il-bażi tad-dejta mill-programmi tal-ittestjar tas-sorveljanza tal-awtorità tal-approvazzjoni jew tal-Istat Membru, dik l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur mhix biżżejjed sabiex tittieħed deċiżjoni u tintalab informazzjoni jew dejta tat-test addizjonali mingħand il-manifattur; |
(d) |
tiddeċiedi li l-konformità waqt is-servizz ta’ tip ta’ vettura li hija parti minn familja ta’ waqt is-servizz, jew ta’ familja OBD, mhix sodisfaċenti u tipproċedi biex tali tip ta’ vettura jew familja OBD jiġi ttestjat skont l-Appendiċi 1. |
Jekk skont il-verifika tal-IUPRM il-kriterji tat-test tal-punt 6.1.2 (a) jew (b) tal-Appendiċi 1 jintlaħqu għal vetturi f’lott kampjun, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip trid tieħu l-azzjoni ulterjuri deskritta fil-punt (d) ta’ dan il-punt.
4.1. Fejn it-testijiet tat-tip 1 jitqies li huma meħtieġa biex tkun ikkontrollata l-konformità tat-tagħmir għall-kontroll tal-emissjonijiet għar-rendiment tagħhom waqt is-servizz, tali testijiet għandhom jitwettqu billi tintuża proċedura tat-test li tissodisfa l-kriterji statistiċi definiti fl-Appendiċi 2.
4.2. L-awtorità tal-approvazzjoni, b’kooperazzjoni mal-manifattur, għandha tagħżel kampjun ta’ vetturi li għamlu biżżejjed mili li l-użu tagħhom f’kundizzjonijiet normali jista’ jkun raġonevolment żgurat. Il-manifattur għandu jkun ikkonsultat dwar l-għażla tal-vetturi fil-kampjun u jitħalla jieħu sehem fil-kontrolli ta’ konferma fuq il-vetturi.
4.3. Il-manifattur għandu jkun awtorizzat, taħt is-superviżjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni, biex iwettaq kontrolli, anki ta’ natura qerrieda, fuq dawk il-vetturi b’livelli ta’ emissjonijiet li jeċċedu l-valuri ta’ limitu bil-għan li jistabbilixxi l-kawżi possibbli ta’ deterjorament li ma jistgħux ikunu attribwiti lill-manifattur (eż. l-użu ta’ petrol biċ-ċomb qabel id-dejta tat-test). Fejn ir-riżultati tal-kontrolli jikkonfermaw tali kawżi, dawk ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu esklużi mill-kontroll tal-konformità.
Appendiċi 1
Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz
1. INTRODUZZJONI
1.1. |
Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-kriterji li jissemmew fit-taqsima 4 rigward l-għażla ta’ vetturi biex jiġu ttestjati u l-proċeduri għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz. |
2. IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA
Il-kriterji biex tiġi aċċettata vettura magħżula huma definiti għal emissjonijiet mit-tailpipe fil-punti 2.1 sa 2.8 u għall-IUPRM fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.5.
2.1. |
Il-vettura għandha tappartjeni għal tip ta’ vettura li tkun approvata għat-tip skont dan ir-Regolament u li tkun koperta b’ċertifikat ta’ konformità skont id-Direttiva 2007/46/KE. Għall-kontroll tal-IUPRM, il-vettura għandha tkun approvata għall-istandards OBD Euro 5+, Euro 6- plus IUPR jew aktar tard. Għandha tkun irreġistrata u tkun ġiet użata fl-Unjoni. |
2.2. |
Il-vettura għandha tkun ilha taħdem għal mill-inqas 15 000 km jew 6 xhur, liema minnhom jiġi l-aktar tard, u għal mhux aktar minn 100 000 km jew 5 snin, liema minnhom jiġi l-ewwel. |
2.2.1. |
Għall-kontroll tal-IUPRM, il-kampjun tat-test għandu jinkludi biss vetturi li:
|
2.3. |
Għandu jkun hemm rekord ta’ manutenzjoni li juri li l-vettura inżammet sew (eż. sarilha s-servis skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur). |
2.4. |
Il-vettura m’għandha turi l-ebda indikazzjoni ta’ abbuż (eż. tlielaq, tagħbija żejda, alimentazzjoni bi fjuwil ħażin, jew użu ħażin ieħor), jew fatturi oħra (eż. tbagħbis) li jistgħu jaffettwaw ir-rendiment tal-emissjonijiet. Għandhom jitqiesu l-kodiċi tal-ħsara u l-informazzjoni dwar il-mili maħżuna fil-kompjuter. Vettura m’għandhiex tingħażel għall-ittestjar jekk l-informazzjoni maħżuna fil-kompjuter turi li l-vettura ħadmet wara li nħażen kodiċi tal-ħsara u ma saritx tiswija pjuttost fil-pront. |
2.5. |
M’għandha tkun saret l-ebda tiswija kbira mhux awtorizzata tal-magna jew l-ebda tiswija kbira tal-vettura. |
2.6. |
Il-kontenut taċ-ċomb u tal-kubrit ta’ kampjun tal-fjuwil meħud mit-tank tal-vettura għandu jissodisfa l-istandards applikabbli stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u m’għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta’ alimentazzjoni bi fjuwil ħażin. Jistgħu jsiru kontrolli fit-tailpipe. |
2.7. |
M’għandu jkun hemm l-ebda indikazzjoni ta’ kwalunkwe problema li tista’ tipperikola s-sikurezza tal-persunal tal-laboratorju. |
2.8. |
Il-komponenti kollha tas-sistema ta’ kontra t-tniġġis li hemm fuq il-vettura għandhom ikunu konformi mal-approvazzjoni tat-tip applikabbli. |
3. ID-DIJANJOSI U L-MANUTENZJONI
Id-dijanjosi u kwalunkwe manutenzjoni normali meħtieġa għandhom jitwettqu fuq vetturi aċċettati għall-ittestjar, qabel ma jitkejlu l-emissjonijiet mill-egżost, skont il-proċedura stabbilita fil-punti 3.1 sa 3.7.
3.1. |
Għandhom isiru l-kontrolli li ġejjin: kontrolli tal-filtru tal-arja, taċ-ċintorini tas-sewqan kollha, tal-livelli tal-fluwidi kollha, tat-tapp tar-radjatur, tal-pajpijiet tal-vakwu kollha u tal-wajers tad-dawl relatati mas-sistema ta’ kontra t-tniġġis kollha; kontrolli tal-ignixin, tal-kejl tal-fjuwil u tal-komponenti tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis. Id-diskrepanzi kollha għandhom jiġu reġistrati. |
3.2. |
Is-sistema OBD għandha tkun ikkontrollata sabiex ikun ivverifikat li qed taħdem sew. Kwalunkwe indikazzjoni ta’ ħsara għandha tiġi reġistrata fil-memorja tal-OBD u għandhom isiru t-tiswijiet meħtieġa. Jekk l-indikatur ta’ ħsara fl-OBD jindika ħsara waqt ċiklu tal-prekundizzjonament, il-ħsara tista’ tiġi identifikata u msewwija. It-test jista’ jerġa’ jsir u jintużaw ir-riżultati ta’ dik il-vettura msewwija. |
3.3. |
Is-sistema tal-ignixin għandha tiġi kontrollata u l-komponenti difettużi sostitwiti, pereżempju l-ispark plaggs, il-kejbils, eċċ. |
3.4. |
Il-kompressjoni għandha tiġi kontrollata. Jekk ir-riżultat ma jkunx sodisfaċenti, il-vettura għandha tiġi miċħuda. |
3.5. |
Il-parametri tal-magna għandhom jiġu kontrollati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u, jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu aġġustati. |
3.6. |
Jekk il-vettura jonqosha 800 km għal servis ta’ manutenzjoni skedat, dak is-servis għandu jitwettaq skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Irrispettivament mill-qari tal-odometru, il-filtri taż-żejt u tal-arja jistgħu jinbidlu fuq it-talba tal-manifattur. |
3.7. |
Kif tiġi aċċettata l-vettura, il-fjuwil għandu jiġi sostitwit bil-fjuwil ta’ referenza tat-test tal-emissjonijiet xieraq, sakemm il-manifattur ma jaċċettax li jintuża l-fjuwil tas-suq. |
4. L-ITTESTJAR WAQT IS-SERVIZZ
4.1. |
Meta jitqies li jkun meħtieġ kontroll fuq il-vetturi, għandhom jitwettqu t-testijiet tal-emissjonijiet skont l-Anness III fuq vetturi prekundizzjonati magħżula skont ir-rekwiżiti tat-Taqsimiet 2 u 3 ta’ dan l-Appendiċi. Dan it-test għandu jinkludi biss il-kejl tal-emissjonijiet tan-numru tal-partikuli għal vetturi approvati għall-istandards tal-emissjonijiet Euro 6 fil-kategoriji W, X u Y kif definiti fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 6 tal-Anness I. Ċikli prekundizzjonati addizzjonali għal dawk speċifikati fil-punt 5.3 tal-Anness 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE jiġu permessi biss jekk huma rappreżentattivi tas-sewqan normali. |
4.2. |
Vetturi mgħammra b’sistema OBD jistgħu jiġu kontrollati għall-funzjonalità xierqa waqt is-servizz tal-indikatur ta’ ħsara, eċċ., b’relazzjoni għal-livelli tal-emissjonijiet (eż. il-limiti tal-indikazzjoni tal-ħsara definiti fl-Anness XI) għall-ispeċifikazzjonijiet approvati għat-tip. |
4.3. |
Is-sistema OBD tista’ tiġi kontrollata, pereżempju, għal-livelli ta’ emissjonijiet ‘il fuq mill-valuri ta’ limitu applikabbli bl-ebda indikazzjoni ta’ ħsara, attivazzjoni sistematika żbaljata tal-indikazzjoni ta’ ħsara u komponenti difettużi jew deterjorati indikati fis-sistema OBD. |
4.4. |
Jekk komponent jew sistema taħdem b’mod mhux kopert mill-partikolaritajiet fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u/jew mill-pakkett ta’ informazzjoni għal tali tipi ta’ vetturi u tali devjazzjoni ma ġietx awtorizzata skont l-Artikolu 13(1) jew (2) tad-Direttiva 2007/46/KE, bl-ebda indikazzjoni tal-ħsara mill-OBD, il-komponent jew is-sistema m’għandux jiġi sostitwit qabel l-ittestjar tal-emissjonijiet, sakemm ma jkunx iddeterminat li l-komponent jew is-sistema ġie mbagħbas jew abbużat b’tali mod li l-OBD ma jiskoprix il-ħsara li rriżultat. |
5. L-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI TAT-TESTIJIET DWAR L-EMISSJONIJIET
5.1. |
Ir-riżultati tat-test għandhom jitressqu għall-proċedura ta’ evalwazzjoni skont l-Appendiċi 2. |
5.2. |
Ir-riżultati tat-test m’għandhomx jiġu multiplikati b’fatturi ta’ deterjorament. |
6. IL-PJAN TAL-MIŻURI RIMEDJALI
6.1. |
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-manifattur biex iressaq pjan ta’ miżuri rimedjali biex jirrimedja għan-nuqqas ta’ konformità meta:
|
6.2. |
Il-pjan tal-miżuri rimedjali għandu jiġi preżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni mhux aktar tard minn 60 jum ta’ xogħol mid-data tan-notifika msemmija fil-punt 6.1. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, fi żmien 30 jum ta’ xogħol, għandha tiddikjara l-approvazzjoni jew id-diżapprovazzjoni tagħha rigward il-pjan tal-miżuri rimedjali. Madankollu, tingħata estensjoni meta l-manifattur jista’ juri, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni kompetenti, li jinħtieġ aktar żmien biex jiġi investigat in-nuqqas ta’ konformità sabiex jitressaq pjan tal-miżuri rimedjali. |
6.3. |
Il-miżuri rimedjali għandhom japplikaw għall-vetturi kollha li probabbilment ikunu affetwati mill-istess difett. Għandha tkun ivvalutata l-ħtieġa li jiġu emendati d-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip. |
6.4. |
Il-manifattur għandu jipprovdi kopja tal-komunikazzjonijiet kollha relatati mal-pjan tal-miżuri rimedjali, u għandu wkoll iżomm rekord tal-kampanja ta’ rtirar ta’ prodott difettuż, eċċ., u jipprovdi rapporti ta’ status regolari lill-awtorità tal-approvazzjoni. |
6.5. |
Il-pjan tal-miżuri rimedjali għandu jinkludi r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 6.5.1 sa 6.5.11. Il-manifattur għandu jassenja isem jew numru ta’ identifikazzjoni uniku lill-pjan tal-miżuri rimedjali. |
6.5.1. |
Deskrizzjoni ta’ kull tip ta’ vettura inkluż fil-pjan tal-miżuri rimedjali. |
6.5.2. |
Deskrizzjoni tal-modifikazzjonijiet, tal-alterazzjonijiet, tat-tiswijiet, tal-korrezzjonijiet, tal-aġġustamenti, jew ta’ bidliet speċifiċi oħra li jridu jsiru biex il-vetturi jsiru konformi inkluż sommarju qasir tad-dejta u tal-istudji tekniċi li jappoġġjaw id-deċiżjoni tal-manifattur rigward il-miżuri partikolari li għandhom jittieħdu biex ikun korrett in-nuqqas ta’ konformità. |
6.5.3. |
Deskrizzjoni tal-metodu li permezz tiegħu l-manifattur jinforma lis-sidien tal-vetturi. |
6.5.4. |
Deskrizzjoni tal-manutenzjoni xierqa jew tal-użu xieraq, jekk ikun hemm, li l-manifattur jistipula bħala kundizzjoni ta’ eliġibbiltà għal tiswija skont il-pjan tal-miżuri rimedjali, u spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex il-manifattur impona kwalunkwe kundizzjoni bħal din. L-ebda kundizzjoni għall-manutenzjoni jew għall-użu ma tista’ tiġi imposta sakemm ma jkunx jista’ jintwera li hija marbuta man-nuqqas ta’ konformità u mal-miżuri rimedjali. |
6.5.5. |
Deskrizzjoni tal-proċedura li għandhom isegwu s-sidien tal-vetturi biex jiksbu korrezzjoni tan-nuqqas ta’ konformità. Din għandha tinkludi data li warajha jistgħu jittieħdu l-miżuri rimedjali, iż-żmien stmat biex il-ħanut tax-xogħol iwettaq it-tiswijiet u fejn jistgħu jsiru. It-tiswija għandha ssir b’mod xieraq, fi żmien raġonevoli wara l-konsenja tal-vettura. |
6.5.6. |
Kopja tal-informazzjoni trażmessa lil sid il-vettura. |
6.5.7. |
Deskrizzjoni qasira tas-sistema li l-manifattur juża biex jiżgura provvista adegwata ta’ komponenti jew ta’ sistemi biex iwettaq l-azzjoni rimedjali. Għandu jkun indikat meta se jkun hemm provvista adegwata ta’ komponenti jew sistemi biex tinbeda l-kampanja. |
6.5.8. |
Kopja tal-istruzzjonijiet kollha li għandhom jintbagħtu lil dawk il-persuni li se jwettqu t-tiswija. |
6.5.9. |
Deskrizzjoni tal-impatt tal-miżuri rimedjali proposti fuq l-emissjonijiet, il-konsum tal-fjuwil, il-kumdità fis-sewqan, u s-sikurezza ta’ kull tip ta’ vettura, koperta mill-pjan tal-miżuri rimedjali bid-dejta u bl-istudji tekniċi li jappoġġjaw dawn il-konklużjonijiet. |
6.5.10. |
Kwalunkwe informazzjoni, rapport jew dejta oħra li l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ raġonevolment tiddetermina li tkun meħtieġa biex jiġi evalwat il-pjan tal-miżuri rimedjali. |
6.5.11. |
Fejn il-pjan tal-miżuri rimedjali jinkludi rtirar ta’ prodott difettuż għandha titressaq deskrizzjoni tal-metodu għar-reġistrazzjoni tat-tiswija quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Jekk tintuża tikketta, għandu jitressaq eżempju tagħha. |
6.6. |
Il-manifattur jista’ jkun meħtieġ iwettaq testijiet raġonevolment iddisinjati u meħtieġa fuq komponenti u vetturi billi jinkorpora bidla, tiswija, jew modifikazzjoni proposta biex juri l-effikaċja tal-bidla, tat-tiswija, jew tal-modifikazzjoni. |
6.7. |
Il-manifattur huwa responsabbli miż-żamma ta’ rekord ta’ kull vettura rtirata minħabba difett, u msewwija, u tal-ħanut tax-xogħol li wettaq it-tiswija. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkollha aċċess għar-rekord meta titolbu għal perjodu ta’ 5 snin mill-implimentazzjoni tal-pjan tal-miżuri rimedjali. |
6.8. |
It-tiswija u l-modifikazzjoni jew iż-żieda ta’ tagħmir ġdid għandhom jiġu reġistrati f’ċertifikat ipprovdut mill-manifattur lil sid il-vettura. |
Appendiċi 2
Il-proċedura statistika għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz
1. |
Din il-proċedura għandha tintuża biex ikunu verifikati r-rekwiżiti tal-konformità waqt is-servizz għat-test tat-tip 1. Il-metodu statistiku applikabbli għandu jkun dak stabbilit fl-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE, bl-eċċezzjonijiet deskritti fit-Taqsimiet 2 sa 9 ta’ dan l-Appendiċi. |
2. |
In-nota 1 m’għandhiex tapplika. |
3. |
Il-punt 3.2 għandu jinftiehem kif ġej: Vettura tingħad li tkun tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost (outlying emitter) meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet mogħtija fil-punt 3.2.2. |
4. |
Il-punt 3.2.1 m’għandux japplika. |
5. |
Fil-punt 3.2.2, ir-referenza għar-ringiela B tat-tabella fil-punt 5.3.1.4 għandha tinftiehem bħala referenza għat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 5 u għat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 6. |
6. |
Fil-punti 3.2.3.2.1 u 3.2.4.2, ir-referenza għat-taqsima 6 tal-Appendiċi 3 għandha tinftiehem bħala referenza għat-taqsima 6 tal-Appendiċi 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
7. |
Fin-noti 2 u 3, ir-referenza għar-ringiela A tat-tabella fil-punt 5.3.1.4 għandha tinftiehem bħala referenza għat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 5 u għat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 6. |
8. |
Fil-punt 4.2, ir-referenza għall-punt 5.3.1.4 għandha tinftiehem bħala referenza għat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 5 u għat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 6. |
9. |
Il-figura 4/1 għandha tiġi sostitwita bil-figura li ġejja: ‘Figura 4/1 |
Appendiċi 3
Ir-responsabbiltajiet għall-konformità waqt is-servizz
1. |
Il-proċess biex jiġi kontrollat il-kontroll tal-konformità waqt is-servizz ġie spjegat fil-Figura 1 |
2. |
Il-manifattur għandu jikkompila l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. L-awtorità tal-approvazzjoni tista’ wkoll tqis informazzjoni mill-programmi ta’ sorveljanza. |
3. |
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha twettaq il-proċeduri u t-testijiet kollha meħtieġa sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti rigward il-konformità waqt is-servizz qed jiġu sodisfatti (il-Fażijiet 2 sa 4). |
4. |
Fil-każ ta’ diskrepanzi jew ta’ nuqqas ta’ qbil fil-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob kjarifika mingħand is-servizz tekniku li wettaq it-test tal-approvazzjoni tat-tip. |
5. |
Il-manifattur għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta’ miżuri rimedjali. Dan il-pjan għandu jkun approvat mill-awtorità tal-approvazzjoni qabel ma jkun implimentat (il-Fażi 5). |
Figura 1
Spjegazzjoni tal-proċess ta’ konformità waqt is-servizz