Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0463

2011/463/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Lulju 2011 rigward l-approvazzjoni tal-kontijiet ippreżentati mill-Bulgarija u r-Rumanija għan-nefqa ffinanzjata taħt il-programm speċjali tal-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (Sapard) fl-2008 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5183)

ĠU L 194, 26.7.2011, p. 36–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/463/oj

26.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/36


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Lulju 2011

rigward l-approvazzjoni tal-kontijiet ippreżentati mill-Bulgarija u r-Rumanija għan-nefqa ffinanzjata taħt il-programm speċjali tal-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (Sapard) fl-2008

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5183)

(It-test bil-Bulgaru u bir-Rumen biss huma awtentiċi)

(2011/463/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar l-għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta’ qabel l-Adeżjoni għal żvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant matul il-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2222/2000 tas-7 ta’ Ġunju 2000 li jniżżel regoli finanzjarji għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 dwar l-appoġġ tal-Komunità għal miżuri qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Finanzjament Multiannwali konkluż mal-Bulgarija fit-18 ta’ Diċembru 2000 u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tat-Taqsima A għall-Anness tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Finanzjament Multiannwali konkluż mar-Rumanija fit-2 ta’ Frar 2001 u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tat-Taqsima A għall-Anness tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 248/2007 tat-8 ta’ Marzu 2007 dwar miżuri li jikkonċernaw il-Ftehim ta’ Finanzjament Multiannwali u l-Ftehim ta’ Finanzjament Annwali li saru taħt il-programm Sapard u t-tranżizzjoni minn Sapard għall-iżvilupp rurali (3), flimkien mal-Ftehimiet ta’ Finanzjament Multiannwali kif imsemmi fl-Anness II, il-punt 1 ta’ dak ir-Regolament, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tat-Taqsima A għall-Anness tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ikkonkludiet ftehimiet ta’ finanzjament multiannwali (MAFAs) li jistipulaw il-qafas tekniku, legali u amministrattiv għall-eżekuzzjoni tal-Programm Speċjali tal-Adeżjoni għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali (Sapard) mal-Bulgarija u r-Rumanija.

(2)

L-Artikolu 11 tat-Taqsima A tal-Anness għall-MAFAs jipprovdi għall-adozzjoni ta’ Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet mill-Kummissjoni. Dik id-dispożizzjoni tibqa’ tapplika għall-Bulgarija u r-Rumanija, skont ir-Regolament (KE) Nru 248/2007.

(3)

Skadew il-limiti taż-żmien, għat-tressiq tad-dokumenti meħtieġa lill-Kummissjoni, mogħtija lill-pajjiżi li jirċievu l-finanzjament.

(4)

Fil-każ tal-Bulgarija, minħabba li l-kontijiet annwali tressqu tard skont l-Artikolu 5(2) tal-MAFA, u minbarra li ma kinux validati mill-Uffiċċjal Nazzjonali Awtorizzanti (NAO) minħabba nuqqassijiet sinifikanti identifikati fil-mekkaniżmi ta’ kontroll għall-miżuri pubbliċi, u minħabba x-xogħol addizzjonali pendenti li għadu mistenni mill-korp li jiċċertifika, u fil-każ tar-Rumanija, minħabba li għadda ż-żmien tal-iskadenza għat-tressiq tal-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali, u r-reviżjoni tal-informazzjoni supplimentari li ntalbet minn dan il-pajjiż, il-Kummissjoni ddeċidiet, permezz tad-Deċiżjoni tagħha C(2009) 7496 tat-30 ta’ Settembru 2009, li ma tapprovax il-kontijiet tal-Aġenziji Sapard li jinsabu fit-territorju tal-Bulgarija u r-Rumanija, li jikkonċernaw in-nefqa li saret fis-sena finanzjarja 2008.

(5)

L-informazzjoni mistennija mill-Bulgarija u r-Rumanija, fil-frattemp ġiet imressqa u għenet lill-Kummissjoni biex iġġib garanzija addizjonali. Abbażi tal-ispezzjonijiet addizzjonali li twettqu, il-Kummissjoni tinsab f’pożizzjoni li tieħu deċiżjoni dwar it-tlestija, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet imressqa mill-awtoritajiet Sapard rilevanti fil-Bulgarija u r-Rumanija.

(6)

Din id-Deċiżjoni hija adottata abbażi tat-tagħrif tal-kontabbiltà. Ma tippreġudikax il-possibbiltà li l-Kummissjoni sussegwentement tiddeċiedi li teskludi mill-finanzjamanet tal-UE nefqa mhux imġarrba skont ir-Regolament (KE) Nru 2222/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-Aġenziji Sapard, li jinsabu fit-territorju tal-Bulgarija u r-Rumanija, li jirrigwardaw nefqa ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-2008 huma b’hekk approvati.

Artikolu 2

In-nefqa u l-finanzjament riċevut mill-UE għas-sena finanzjarja 2008, kif iddikjarat fil-31 ta’ Diċembru 2008, u l-assi miżmuma minn dawn il-Pajjiżi Benefiċjarji f’isem l-UE fil-31 ta’ Diċembru 2008, li se jiġu approvati skont din id-Deċiżjoni, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija u lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 87.

(2)  ĠU L 253, 7.10.2000, p. 5.

(3)  ĠU L 69, 9.3.2007, p. 5.


ANNESS

Infiq u finanzjament riċevut mill-UE għas-sena finanzjarja 2008 (l-ammonti kollha f'euro) kif iddikjarat fil-31 ta' Diċembru 2008

Pajjiż Benefiċjarju

Dikjarazzjoni D2

Kontribuzjoni tal-UE

Sena finanzjarja 2008

Kontribuzjoni tal-UE approvata b'din id-deċiżjoi

Kontribuzjoni tal-UE diżassoċjata b'din id-deċiżjoi

Total b + c

Aġġustamenti

Finanzjament riċevut mill-UE (D1) (1)

Differenza li għandha tiġi rkuprata jew imħallsa

Sena finanzjarja 2008 (4)

 

a

b

c

d

e

f

g = d – e – f

Il-Bulgarija

37 922 598,86

37 922 598,86

0,00

37 922 598,86

–41 835,28  (2)

37 964 434,08

0,06

Ir-Rumanija

187 238 127,96

187 238 127,96

0,00

187 238 127,96

1 052 775,38  (3)

186 185 352,56

0,02


Assi miżmuma mill-Pajjiżi Benefiċjarji f'isem l-UE (l-ammonti kollha f'Euro) fil-31.12.2008

Pajjiż Benefiċjarju

KONT f'EURO bilanċ approvat b'din id-deċiżjoni

KONT f'EURO bilanċ diżassoċjat b'din id-deċiżjoni

DEBITURI bilanċ approvat b'din id-deċiżjoi (5)

DEBITURI bilanċ diżassoċjat b'din id-deċiżjoni

 

h

 

i

 

Il-Bulgarija

6 444,77

0,00

13 010 656,38

0,00

Ir-Rumanija

1 435 029,16

0,00

4 532 369,26

0,00


(1)  Rimborż li sar mill-KE matul l-2008 u l-2009, għan-nefqa ddikjarata fl-2008.

(2)  Nefqa mnaqqsa fuq inizjattiva tal-NAO Bulgara, mid-dikjarazzjoni D2 għall-2008 u d-dikjarazzjoni D1 38 għall-2009; din tikkorrispondi għal proġett segwit mill-OLAF li għalih kienet instabet irregolarità f'April tal-2009.

(3)  L-ammont ta' EUR 1 052 775,38 huwa magħmul minn EUR 1 049 233,75 li jirrappreżenta l-aġġustamenti li saru mill-KE abbażi tan-nefqa mhux eleġibbli iddikjarata mill-awtoritajiet Rumeni (D1 37) wara li saret verifika mill-ġdid fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni, u minn EUR 3 541,63 li jirrappreżenta l-korrezzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet Rumeni permezz tad-dikjarazzjonijiet D1 fl-2008 (D1 34 u D1 35).

(4)  Dawn id-diskrepanzi huma minħabba li ċ-ċifri kollha huma rrawndjati

(5)  l-ammonti ma jinkludux l-interessi akkumulati mid-djun.


Top