Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0458

2011/458/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta’ Lulju 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta’ emenda għall-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 194, 26.7.2011, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/458/oj

26.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Lulju 2011

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta’ emenda għall-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

(2011/458/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100(2) u 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Anness XIII għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1) (“il-Ftehim taż-ŻEE”) fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi fir-rigward tat-trasport.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 ħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar liċenzjar ta’ air carriers (3), (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (4) u (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar nolijiet u rati għal servizzi tal-ajru (5), li bħalissa huma inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE.

(4)

L-Anness XIII għall-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XIII għall-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SAWICKI


(1)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(2)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.

(4)  ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8.

(5)  ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15.


ABBOZZ TA’

DEĊIŻJONI Nru …/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

ta’

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 ħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar liċenzjar ta’ air carriers (3), (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (4) u (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar nolijiet u rati għal servizzi tal-ajru (5), li huma inkorporati fil-Ftehim.

(4)

L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII għall-Ftehim b’dan huwa emendat kif ġej:

1.

Il-punt 64a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“64a

32008 R 1008: ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 4(f) il-kliem ‘, ħlief kif previst fi ftehim ma’ pajjiż terz li għalih il-Komunità tkun parti;’ għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

‘. Madankollu, il-liċenzji tal-operar b’effetti legali fiż-ŻEE kollha jistgħu jingħataw fuq il-bażi ta’ eċċezzjonijiet għal dan ir-rekwiżit prrvist fil-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità jew wieħed jew aktar mill-Istati tal-EFTA huma partijiet, bil-kondizzjoni li l-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jadotta deċiżjoni għal dak il-għan.’.

(b)

Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-aħħar tal-Artikolu 16(9), it-tieni subparagrafu:

‘, kif ukoll l-ajruporti reġjonali fl-Islanda u l-erba’ kontej li jinsabu l-aktar fit-tramuntana tan-Norveġja.’ ”.

2.

Il-punt 65 jitħassar.

3.

Il-punt 66b jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …, bil-kondizzjoni li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi …

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarj għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L …

(2)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.

(4)  ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8.

(5)  ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15.

(*)  [L-ebda rekwiżit konstituzzjonali mhuwa indikat.] [Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.]


Top