Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1262

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1262/2010 tat- 22 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 462/2010, (UE) Nru 463/2010 u (UE) Nru 464/2010 f'dak li jirrigwarda d-data finali għas-sejħiet għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrun fi Spanja u l-Portugall u tas-sorgu fi Spanja għas-sena tal-kwota 2010, kif ukoll id-data tal-iskadenza tar-regolamenti msemmija

ĠU L 343, 29.12.2010, pp. 76–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2011; Impliċitament imħassar minn 32010R1262

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1262/oj

29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/76


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1262/2010

tat-22 ta’ Diċembru 2010

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 462/2010, (UE) Nru 463/2010 u (UE) Nru 464/2010 f'dak li jirrigwarda d-data finali għas-sejħiet għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrun fi Spanja u l-Portugall u tas-sorgu fi Spanja għas-sena tal-kwota 2010, kif ukoll id-data tal-iskadenza tar-regolamenti msemmija

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144(1) tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 462/2010 (2), (KE) Nru 463/2010 (3) u (KE) Nru 464/2010 (4) fetħu s-sejħiet għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju skont l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-qamħirrun importat fi Spanja u għall-qamħirrun importat fil-Portugall, u għas-sorgu importat fi Spanja rispettivament.

(2)

Mid-data tal-ftuħ tas-sejħa għall-offerti sas-28 ta' Ottubru 2010, il-kwantità ta' qamħirrunimportata fi Spanja li tista' tiġi kklassifikata bħala parti mill-kwota tad-dazju tal-importazzjoni mnaqqsa, u bil-kwantitajiet tal-prodotti li jissostitwixxu ċ-ċereali mnaqqsa skont l-Artikolu 2, il-paragrafu 1, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrunu sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrun fil-Portugall (5), tkopri biss 37 % tal-kwota. Il-kwantità ta' qamħirrunimportata fil-Portugall li tista' tiġi kklassifikata bħala parti mill-kwota tad-dazju tal-importazzjoni mnaqqsa, tkopri biss 72 % tal-kwota. Il-kwantità ta' qamħirrunimportata fil-Portugall li tista' tiġi kklassifikata bħala parti mill-kwota tad-dazju tal-importazzjoni mnaqqsa, tkopri biss 15 % tal-kwota. Meta jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-suq fi Spanja u l-Portugall, il-ftuħ tas-sejħiet għall-offerti sas-16 ta' Diċembru 2010 ma għandux jippermetti l-importazzjoni ta' kwantitajiet biżżejjed biex ikopru l-kwoti.

(3)

Għalhekk, xieraq li s-sejħiet għat-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni tal-qamħirrun u s-sorgu fi Spanja u tal-qamħirrun fil-Portugal jkunu mtawla sal-użu kollu tal-kwoti tal-2010 u mhux aktar tard mill-aħħar ta' Mejju 2011, f'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008. Għaldaqstant, id-data ta' skadenza tar-Regolamenti (UE) Nru 462/2010, Nru 463/2010 u UE Nru 464/2010 għandha tkun emendata.

(4)

Konsegwentement jeħtieġ illi jiġu emendati r-Regolamenti (KE) Nru 462/2010, (KE) Nru 463/2010 u (KE) Nru 464/2010.

(5)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 462/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 462/2010 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Artikolu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Is-sejħa għall-offerti hija miftuħa sal-eżawriment tal-kwota u mhux iktar tard mill-31 ta' Mejju 2011. Matul il-perjodu tas-sejħa għall-offerti, għandhom isiru sejħiet parzjali għall-offerti li għalihom id-dati tat-tressiq tal-offerti għandhom ikunu stabbiliti fl-avviż tas-sejħa.”

(b)

fl-Artikolu 5, it-tielet subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Jiskadi fil-31 ta' Mejju 2011.”

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 463/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 463/2010 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Artikolu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Is-sejħa għall-offerti hija miftuħa sal-eżawriment tal-kwota u mhux iktar tard mill-31 ta' Mejju 2011. Matul il-perjodu tas-sejħa għall-offerti, għandhom isiru sejħiet parzjali għall-offerti li għalihom id-dati tat-tressiq tal-offerti għandhom ikunu stabbiliti fl-avviż tas-sejħa.”

(b)

fl-Artikolu 5, it-tielet subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Jiskadi fil-31 ta' Mejju 2011.”

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 464/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 464/2010 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Artikolu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Is-sejħa għall-offerti hija miftuħa sal-eżawriment tal-kwota u mhux iktar tard mill-31 ta' Mejju 2011. Matul il-perjodu tas-sejħa għall-offerti, għandhom isiru sejħiet parzjali għall-offerti li għalihom id-dati tat-tressiq tal-offerti għandhom ikunu stabbiliti fl-avviż tas-sejħa.”

(b)

fl-Artikolu 5, it-tielet subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Jiskadi fil-31 ta' Mejju 2011.”

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 129, 28.5.2010, p. 58.

(3)   ĠU L 129, 28.5.2010, p. 60.

(4)   ĠU L 129, 28.5.2010, p. 62.

(5)   ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


Top