This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R1261
Commission Regulation (EU) No 1261/2010 of 22 December 2010 imposing a provisional countervailing duty on imports of certain stainless steel bars originating in India
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1261/2010 tat- 22 ta’ Diċembru 2010 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1261/2010 tat- 22 ta’ Diċembru 2010 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja
ĠU L 343, 29.12.2010, p. 57–75
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/12/2010
29.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/57 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1261/2010
tat-22 ta’ Diċembru 2010
li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Tnedija
(1) |
Fl-1 ta’ April 2010, il-Kummissjoni ħabbret, b’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (avviż ta’ inizjazzjoni), li kienet ser tinbeda proċedura kontra s-sussidji (proċedura KS) fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti staneg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja (“l-Indja” jew ‘il-pajjiż ikkonċernat). |
(2) |
Fl-istess jum, il-Kummissjoni ddikjarat, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), il-bidu ta’ proċedura anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti staneg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja u bdiet investigazzjoni separata (proċedura AD) |
(3) |
Il-proċedura AS inbdiet wara ilment ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2010 mill-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji tal-Ħadid u l-Azzar (Eurofer) (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti staneg tal-azzar li ma jsaddadx. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ sussidjar tal-imsemmi prodott u tal-ħsara materjali li tirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat biżżejjed sabiex tkun iġġustifikata it-tnedija ta’ investigazzjoni. |
(4) |
Qabel il-bidu tal-proċedura u b’mod konformi mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern tal-Indja (il-“GTI”) li kienet irċeviet ilment dokumentat kif suppost li jallega li importazzjonijiet sussidjati ta’ ċerti staneg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja kienu qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-GTI ġie mistieden għal konsultazzjoni bil-mira li tiġi kjarifikata l-qagħda rigward il-kontenut tal-ilment u li jasal għal soluzzjoni miftiehma reċiprokament. F’dan il-każ, ma nstabet ebda soluzzjoni miftiehma reċiprokament. |
1.2. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura
(5) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi tal-Unjoni li għamlu l-ilment, produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi, importaturi, utenti magħrufa li kienu kkonċernati, u l-awtoritajiet Indjani dwar il-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li juru l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fi żmien il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu. |
(6) |
Il-partijiet interessati kollha, li talbu smigħ u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ. |
1.2.1. Teħid ta’ kampjuni għall-produtturi esportaturi fl-Indja
(7) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fl-Indja, it-teħid ta’ kampjuni kien maħsub fl-avviż ta’ bidu għad-determinazzjoni tas-sussidjar, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. |
(8) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi fl-Indja ntalbu jippreżentaw irwieħhom sa 15-il ġurnata mid-data ta’ bidu tal-investigazzjoni u jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku tagħhom, l-attivitajiet preċiżi tagħhom fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati tagħhom kollha involuti fil-produzzjoni u/jew bejgħ tal-prodott ikkonċernat mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010. |
(9) |
L-awtoritajiet relevanti Indjani ġew ikkonsultati wkoll għall-għażla ta’ kampjun rappreżentattiv. |
(10) |
B’kollox, 22 produttur esportatur, inklużi gruppi ta’ kumpaniji relatati fl-Indja, ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun sat-terminu ta’ skadenza stabbilit fl-avviż ta’ bidu. 20 minn dawk il-kumpaniji jew gruppi li kkooperaw irraportaw esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. B’hekk, il-kampjun intgħażel fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata minn dawk l-20 produttur esportatur jew gruppi ta’ produtturi esportaturi. |
(11) |
Produtturi esportaturi li ma ppreżentawx irwieħhom sal-iskadenza msemmija jew li ma pprovdewx l-informazzjoni mitluba fil-ħin, kienu kkunsidrati bħala li ma kkooperawx fl-investigazzjoni. Il-paragun bejn id-dejta tal-importazzjoni tal-Eurostat u l-volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat li ġie rrapportat għall-perjodu tal-investigazzjoni mill-20 kumpanija jew grupp li kkooperaw mal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jissuġġerixxi li l-kooperazzjoni ta’ produtturi esportaturi Indjani kienet ta’ livell għoli ħafna. |
1.2.2. Għażla tal-kampjun ta’ kumpaniji li kkooperaw fl-Indja
(12) |
Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-prodott lill-Unjoni li jista’ jkun investigat b’mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Il-kampjun magħżul ikkonsista f’żewġ kumpaniji individwali u grupp wieħed ta’ kumpaniji li kien jikkonsisti f’erba’ kumpaniji relatati, li flimkien jirrappreżentaw aktar minn 63 % tal-volum totali ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. |
1.2.3. Eżami individwali ta’ kumpaniji li ma ntgħażlux għall-kampjun
(13) |
Produttur esportatur wieħed li ma kienx inkluż fil-kampjun minħabba li ma ssodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku talab li marġni individwali ta’ sussidjar jiġi stabbilit skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku u ta risposta għall-kwestjonarju. |
(14) |
Kif imsemmi fil-premessa 12, il-kampjun kien limitat għal għadd raġonevoli ta’ kumpaniji li setgħu jiġu investigati fiż-żmien disponibbli. Il-kumpaniji investigati għall-iskop tal-investigazzjoni tas-sussidjar huma elenkati fil-premessa 22 hawn isfel. Minħabba n-numru ta’ żjarat ta’ verifika li kellhom isiru fl-istabbilimenti ta’ dawn il-kumpaniji, ġie meqjus li eżaminazzjoni individwali kienet ser tkun ta’ piż żejjed u kienet ser iżomm l-investigazzjoni milli titlesta fil-ħin. |
(15) |
Għalhekk, kien konkluż proviżjorjament li t-talba għal eżami individwali ma setgħetx tiġi aċċettata. |
1.2.4. Teħid ta’ kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni
(16) |
Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi tal-Unjoni, fl-avviż tal-bidu kien previst it-teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni tal-ħsara, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. |
(17) |
Ebda produttur ieħor għajr it-tmien kwerelanti ma ppreżenta ruħu u pprovda, kif speċifikat fl-avviż ta’ bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Minn dawk it-tmienja, kampjun ta’ erba’ kumpaniji ntgħażel fuq il-bażi tar-rappreżentattività tal-volum tal-bejgħ tagħhom, id-diversi tipi ta’ prodotti tagħhom u l-post fejn huma stabbiliti fl-Unjoni. L-ilmentatur u l-produtturi kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. |
(18) |
L-erba’ produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 62 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
1.2.5. Teħid ta’ kampjuni tal-importaturi
(19) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ importaturi identifikati fl-ilment, it-teħid ta’ kampjuni kien maħsub għall-importaturi fl-avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Erba’ produtturi pprovdew l-informazzjoni mitluba u ftiehmu li jiġu inklużi fil-kampjun saż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu. Minħabba n-numru baxx ta’ importaturi li ppreżentaw ruħhom, ġie deċiż li ma jiġix applikat teħid ta’ kampjuni. |
(20) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li ddikjaraw ruħhom fiż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. B’hekk intbagħtu kwestjonarji lill-GTI, il-produtturi esportaturi fl-Indja li ttieħdu fil-kampjun, l-erba’ importaturi fl-Unjoni li ppreżentaw ruħhom fi ħdan l-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni u l-utenti kollha magħrufa li kienu kkonċernati bl-investigazzjoni. |
(21) |
Ġew riċevuti risposta mingħand il-GTI, il-produtturi esportaturi li ttieħdu fil-kampjun, il-produttur esportatur li talab eżami individwali, il-produtturi li ttieħdu fil-kampjun fl-Unjoni u importatur wieħed. Ebda risposta għall-kwestjonarju ma ġiet riċevuta minn utenti jew minn xi parti interessata oħra fil-proċedura. Barra minn dan, proporzjon maġġuri tal-produtturi tal-Unjoni ipprovdew id-dejta ġenerali mitluba għall-analiżi tal-ħsara. |
(22) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-partijiet interessati u li qieset li hija meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja tas-sussidjar, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjajjar ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-Gvern tal-Indja, tal-Gvern ta’ Maharashtra f’Mumbai, tal-uffiċċju reġjonali tal-GTI, u tal-partijiet li ġejjin:
|
1.3. Il-perjodu tal-investigazzjoni
(23) |
L-investigazzjoni tas-sussidjar u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 (“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tal-ћsara kopra l-perjodu mill-2007 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (il-perjodu meqjus). |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
(24) |
Il-prodott ikkonċernat huwa vireg u staneg tal-azzar li ma jsaddadx, mhux maħduma aktar minn iffurmati fil-kesħa jew irfinuti fil-kesħa, minbarra staneg u vireg ta’ taqsima trasversali b’dijametru ta’ 80 mm jew aktar, li joriġinaw mill-Indja (il-prodott ikkonċernat) li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7222 20 21, 7222 20 29, 7222 20 31, 7222 20 39, 7222 20 81 u 7222 20 89. |
2.2. Il-prodott simili
(25) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti manifatturati u mibjugħa fis-suq domestiku tal-Indja, li huma koperti minn din l-investigazzjoni, għandhom l-istess karatteristiċi u użi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bħal dawk esportati minn dan il-pajjiż lejn is-suq tal-Unjoni. Bl-istess mod, il-prodotti manifatturati mill-industrija tal-Unjoni u mibjugħa fis-suq tal-Komunità għandhom l-istess karatteristiċi u użi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi meta mqabbla ma’ dawk esportati lejn il-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk, dawn jitqiesu proviżorjament li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku. |
3. GĦOTI TA’ SUSSIDJU
3.1. Introduzzjoni
(26) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fl-ilment u r-risposti għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati:
|
(27) |
L-iskemi minn (a) sa (d) speċifikati aktar ‘il fuq huma bbażati fuq l-Att tal-1992 dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolament) (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn jinsabu miġbura fil-qosor fid-dokumenti “Politika ta’ Kummerċ Barrani”, li l-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ kull ħames snin u jaġġorna regolarment. Żewġ dokumenti tal-Politika ta’ Kummerċ Barrani huma relevanti għall-PI ta’ din l-investigazzjoni, jiġifieri l-politika KB 04-09 u l-politika KB 09-14. Barra minn hekk, il-GTI jistabbilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-politika KB 04-09 u l-politika KB 09-14 fil-“Manwal ta’ Proċeduri, Volum I” (“HOP I 04-09” u “HOP I 09-14” rispettivament). Il-Manwal ta’ Proċeduri huwa aġġornat ukoll fuq bażi regolari. |
(28) |
L-Iskema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni speċifikata aktar ‘il fuq taħt (e) hija bbażata fuq it-Taqsimiet 21 u 35 A tal-Att tal-1949 dwar ir-Regolamentazzjoni Bankarja, li jippermetti lill-Bank ta’ Riżerva tal-Indja (BRI) jagħti struzzjonijiet lill-banek kummerċjali dwar il-kreditu fuq l-esportazzjoni. |
3.2. L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji (DEPBS)
(a) Bażi Legali
(29) |
Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DEPBS tinsab fil-kapitolu 4.3 tal-politika KB 04-09 u l-politika KB 09-14 kif ukoll fil-kapitolu 4 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14. |
(b) Eliġibbiltà
(30) |
Kull produttur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema. |
(c) Implimentazzjoni prattika tad-DEPBS
(31) |
Esportatur jista’ japplika għall-krediti tad-DEPBS li jiġu kkalkulati bħala perċentwali tal-valur ta’ prodotti esportati skont din l-iskema. Dawn ir-rati DEPBS kienu stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għal ħafna mill-prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Dawn jiġu ddeterminati fuq il-bażi tan-Normi Standard ta’ Dħul-Ħruġ (Standard Input-Output Norms, “SIONs”), billi jkun ikkunsidrat il-kontenut preżunt importat ta’ dak li ddaħħal fil-prodott esportat u l-inċidenza tad-dazju doganali ta’ importazzjoni fuq dawn il-preżunti importazzjonijiet, mingħajr ma jingħata kas jekk id-dazji tal-importazzjoni kinux effettivament tħallsu jew le. |
(32) |
Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, il-kumpanija trid tesporta. Fiż-żmien tat-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, għandha ssir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet Indjani li tindika li l-esportazzjoni qed isseħħ skont id-DEPBS. Sabiex il-merkanzija tkun esportata, l-awtoritajiet doganali Indjani joħorġu polza tal-esportazzjoni waqt il-proċedura li matulha l-merkanzija tintbagħat. Dan id-dokument juri, inter alia, l-ammont ta’ kreditu DEPBS li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni. F’dan il-punt, l-esportatur ikun jaf il-benefiċċju li se jirċievi. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-kreditu tad-DEPBS. |
(33) |
Instab illi skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, il-krediti tad-DEPBS jistgħu jiddaħħlu fil-kotba fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, malli jitwettaq l-obbligu tal-esportazzjoni. Dawk il-krediti jistgħu jintużaw għall-ħlas tad-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe prodott – ħlief għal prodotti kapitali u prodotti fejn hemm restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni. Prodotti importati b’dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għal taxxa tal-bejgħ) jew użati mod ieħor. Il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli mingħajr l-ebda ostakolu u validi għall-perjodu ta’ 12-il xahar mid-data tal-ħruġ. |
(34) |
L-applikazzjoni għal krediti DEPBS tiġi ffajljata u tista’ tkopri ammont illimitat ta’ tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni. De facto ma japplikawx skadenzi stretti għal krediti DEPBS. Is-sistema elettronika użata biex titħaddem id-DEPBS ma teskludix awtomatikament tranżazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-iskadenza tal-perjodi ta’ sottomissjoni msemmija fil-Kapitolu 4.47 HOP I 04-09 u 09-14. Barra minn hekk, kif huwa pprovdut b’mod ċar fil-Kapitolu 9.3 tal-HOP I 04-09 u 09-14, applikazzjonijiet riċevuti wara li jgħaddu l-iskadenzi ta’ sottomissjoni jistgħu dejjem ikunu kkunsidrati bl-impożizzjoni ta’ ħlas ta’ penali minuri (jiġifieri 10 % tal-intitolament). |
(35) |
Instab li tnejn mill-kumpaniji fil-kampjun, Chandan Steel u l-kumpaniji fil-Venus group użaw din l-iskema matul il-PI. |
(d) Konklużjonijiet dwar id-DEPBS
(36) |
Id-DEPBS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu tad-DEPBS huwa kontribut finanzjarju mill-GTI, billi l-kreditu jintuża eventwalment biex ipaċi d-dazji ta’ importazzjoni, b’hekk jitnaqqas id-dħul tal-GTI mid-dazju li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, il-kreditu tad-DEPBS jagħti benefiċċju lill-esportatur peress li jżid il-likwidità tiegħu. |
(37) |
Barra dan, id-DEPBS huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus bħala speċifiku u kumpensatorju skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel sottoparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. |
(38) |
Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema awtorizzata għall-irtirar tad-dazju jew sistema sostituta ta’ rtirar skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi ma tikkonformax mar-regoli stabbbiliti fl-Anness I, partita (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għall-irtirar) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sistema sostituta ta’ rtirar) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, esportatur ma għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma fil-proċess ta’ produzzjoni l-prodotti importati bla ħlas ta’ dazju u l-ammont ta’ kreditu mhuwiex ikkalkulat b’konnessjoni mal-prodotti li fil-fatt jintużaw fil-produzzjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs kienu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx sar ħlas żejjed ta’ dazji ta’ importazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-partita (i) tal-Anness I, u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji DEPBS irrispettivament minn jekk jimportax xi inputs jew le. Sabiex jikseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta prodotti mingħajr ma juri li kwalunkwe materjal ta’ input kien importat. Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw ebda prodott li jista’ jkun użat bħala input, jibqgħu intitolati li jibbenefikaw mid-DEPBS. |
(e) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(39) |
B’mod konformi mal-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji ġie kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevitur li nstab li jeżisti matul il-PI. F’dan ir-rigward, ġie kkunsidrat li l-benefiċċju jingħata lir-riċevitur fil-punt ta’ żmien meta ssir tranżazzjoni ta’ esportazzjoni taħt din l-iskema. F’dak il-mument, il-GTI jista’ jkollu jċedi d-dazji doganali, li jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Wara li l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont ta’ kreditu DEPBS li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju taħt id-DEPBS jkun stmat bħala s-somma tal-krediti mogħtija fuq it-transazzjonijiet ta’ esportazzjoni kollha magħmula taħt din l-iskema matul il-PI. |
(40) |
Meta saru talbiet iġġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-PI bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(41) |
Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-kumpaniji kkonċernati matul il-PI varjat minn 1,5 % sa 3,4 %. |
3.3. Skema ta’ Awtorizzazzjoni Bil-Quddiem (Advance Authorisation Scheme (AAS)
(a) Bażi legali
(42) |
Id-deskrizzjoni dettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi minn 4.1.1 sa 4.1.14 tal-politika KB 04-09 u l-politika KB 2009-2014 u l-kapitoli 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 2004-2009 u tal-HOP I 2009-2014. |
(b) Eliġibbiltà
(43) |
L-AAS tikkonsisti f’sitt sottoskemi, kif deskritt f’iktar dettall fil-premessa (44) hawn isfel. Dawk is-sottoskemi jvarjaw inter alia fil-portata tal-eliġibbiltà. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi sostenituri huma eliġibbli għall-AAS għall-esportazzjonijiet fiżiċi u għall-AAS għas-sottoskemi tal-ħtieġa annwali. Il-manifatturi-esportaturi li jfornu l-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Kuntratturi ewlenin li jipprovdu lill-kategoriji ta’ “meqjusa esportati” imsemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika FT2004-2009, bħal fornituri ta’ unità orjentata lejn l-esportazzjoni (“EOU”), huma eliġibbli għall-kategorija ta’ meqjusa esportati tal-AAS. Eventwalment, fornituri intermedji għall-manifatturi esportaturi huma eliġibbli għal benefiċċji ta’ “meqjusa esportati” skont is-sottoskemi tal-Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”) u ħruġ ta’ ittra ta’ kreditu interna immedjatament kif tagħlaq dik ta’ qabel. |
(c) Implimentazzjoni prattika
(44) |
L-AAS tista’ tinħareġ għal: (i) : Din hi s-sottoskema ewlenija. Tippermetti għal importazzjoni bla dazju ta’ materjali ta’ input għall-produzzjoni li tirriżulta fi prodott ta’ esportazzjoni speċifiku. “Fiżiku” f’dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Konċessjoni ta’ importazzjoni u obbligu ta’ esportazzjoni inkluż it-tip ta’ prodott ta’ esportazzjoni huma speċifikati fil-liċenzja. (ii) : Din l-awtorizzazzjoni mhix konnessa ma’ prodott ta’ esportazzjoni speċifiku, iżda ma’ grupp ta’ prodotti aktar wiesa’ (eż. prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur ta’ liċenzja jista’- sa ċertu limitu fil-valur iffissat fuq kif tkun marret l-esportazzjoni fiż-żmien ta’ qabel - jimporta bla ħlas ta’ dazju dak kollu li jkun se jintuża fil-manifattura ta’ kull oġġett li jaqa’ taħt dan il-grupp ta’ prodotti. Jista’ jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott li jirriżulta u li jaqa’ taħt il-grupp ta’ produzzjoni li juża dan il-materjal eżenti mid-dazju. (iii) : Din is-sottoskema tkopri l-każijiet meta żewġ manifatturi jkun beħsiebhom jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess ta’ produzzjoni. Il-manifattur-esportatur li jipproduċi l-prodott intermedjarju jista’ jimporta materjali ta’ input mingħajr dazju u jista’ jikseb għal dan il-għan AAS għal provvisti intermedjarji. L-esportatur finali jiffinalizza l-produzzjoni u huwa obbligat li jesporta l-prodott lest. (iv) : Din is-sottoskema tippermetti lill-kuntrattur prinċipali li jimporta bla dazju l-materjal meħtieġ għall-produzzjoni tal-oġġetti li se jinbiegħu bħala “meqjusa esportati” lill-kategoriji ta’ klijenti msemmija fil-paragrafi minn 8.2(b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-politika KB 04-09. Skont il-Gvern tal-Indja, oġġetti meqjusa esportati jirreferu għal dawk it-tranżazzjonijiet li fihom il-prodotti fornuti ma jitilqux mill-pajjiż. Numru ta’ kategoriji ta’ provvista huma kkunsidrati bħala oġġetti meqjusa esportati sakemm il-prodotti jkunu manifatturati fl-Indja, eż. provvista ta’ prodotti lejn unità orjentata lejn l-esportazzjoni (EOU) jew lejn kumpanija lokalizzata f’żona ekonomika speċjali (SEZ); (v) : Id-detentur tal-AAS li għandu l-intenzjoni li jġib l-inputs minn sorsi indiġeni, minflok ma jimporta direttament, għandu l-għażla li jġibhom permezz tal-AROs. F’dawn il-każijiet l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem huma validati bħala AROs u huma approvati lill-fornitur indiġenu wara kunsinna tal-oġġetti speċifikati fiha. L-approvazzjoni tal-ARO tintitola lill-fornitur indiġenu għall-benefiċċji fuq oġġetti meqjusa esportati kif speċifikat fil-paragrafu 8.3 tal-politika KB 04-09 (fi kliem ieħor AAS għal provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, irtirar ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa esportati u r-rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu ARO jirrifondi t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondihom lill-esportatur finali fil-forma ta’ rtirar/rifużjoni tad-dazji. Ir-rifużjoni tat-taxxi/dazji hija disponibbli għal inputs indiġeni kif ukoll inputs importati. (vi) : Din is-sottoskema tkopri għal darb’oħra provvisti indiġeni lil detentur tal-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem. Id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista’ javviċina bank biex jiftaħ ittra ta’ kreditu interna favur fornitur indiġenu. L-awtorizzazzjoni tiġi vvalidata mill-bank għall-importazzjoni diretta biss fir-rigward tal-valur u l-volum ta’ oġġetti miġjuba minn sorsi indiġeni minflok ma jkunu importati. Il-fornitur indiġenu jkun intitolat għall-benefiċċji ta’ oġġetti meqjusa esportati kif spjegat fil-paragrafu 8.3 tal-politika KB 04-09 (jiġifieri l-AAS għall-provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, rtirar ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa esportati u rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali). |
(45) |
Żewġ kumpaniji rċevew konċessjonijiet taħt l-AAS marbuta mal-prodott ikkonċernat matul il-PI. Dawn il-kumpaniji għamlu użu minn waħda mis-sottoskemi, jiġifieri esportazzjonijiet fiżiċi AAS. Għalhekk mhux neċessarju li jkun stabbilit l-ammont ta’ kumpens tas-sottoskemi mhux użati li jibqa’. |
(46) |
Għal skopijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet Indjani, detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa legalment obbligat li jżomm “kont veru u proprju tal-konsum u l-użu ta’ prodotti bla dazju importati/akkwistati domestikament” f’format speċifikat (kapitoli 4.26, 4.30 u Appendiċi 23 HOP I 04-09 u HOP I 09-14), jiġifieri reġistru ta’ konsum attwali. Dan ir-reġistru għandu jkun ivverifikat minn accountant estern kwalifikat/accountant tal-ispejjeż u x-xogħol li joħroġ ċertifikat li jiddikjara li r-reġistri preskritti u rekords relevanti kienu eżaminati u li l-informazzjoni mogħtija skont l-Appendiċi 23 hija vera u korretta f’kull rigward. |
(47) |
Fir-rigward tas-sottoskema użata matul il-PI mill-kumpaniji kkonċernati, jiġifieri l-esportazzjonijiet fiżiċi, il-konċessjoni ta’ importazzjoni u l-obbligu ta’ esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GTI u jiġu ddokumentati fuq l-Awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-ħin tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet korrispondenti għandhom ikunu dokumentati minn uffiċjali tal-Gvern fuq l-Awtorizzazzjoni. Il-volum ta’ importazzjonijiet awtorizzati taħt l-AAS huwa stabbilit mill-GTI fuq il-bażi ta’ Normi Standard ta’ Dħul-Ħruġ (Standard Input-Output Norms, “SIONs”) li jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott ikkonċernat. |
(48) |
Il-materjali importati bħala inputs mhumiex transferibbli u jridu jintużaw biex jinħadem il-prodott esportat li jirriżulta. L-obbligu ta’ esportazzjoni għandu jkun sodisdatt fil-limitu ta’ żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (24 xahar b’żewġ estensjonijiet possibbli ta’ sitt xhur kull wieħed). |
(49) |
L-investigazzjoni stabbiliet ukoll li r-rekwiżiti tal-verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani jew ma kinux onorati jew ma ġewx ittestjati fil-prattika. |
(50) |
Waħda mill-kumpaniji investigati ma żammitx sistema li biha wieħed ikun jista’ jivverifika liema inputs ma kinux konsumati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f’liema ammonti, kif stipulat mill-Politika KB (l-Appendiċi 23) u skont l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, ma kien hemm ebda rekord ta’ konsum attwali. Il-bidliet fl-amministrazzjoni tal-politika KB 2004 sal-2009, li saru effettivi fil-ħarifa tal-2005 (it-trażmissjoni obbligatorja tar-reġistru tal-konsum lill-awtoritajiet Indjani fil-kuntest tal-proċedura ta’ fidi) għadhom ma ġewx applikati fil-każ ta’ din il-kumpanija. Għalhekk, l-implimentazzjoni de facto ta’ din id-dispożizzjoni ma setgħetx tiġi vverifikata, f’dan l-istadju. |
(51) |
Rigward il-kumpanija l-oħra, din ma żammitx ċertu reġistru ta’ produzzjoni u konsum. Madankollu, ir-reġistru tal-konsum għall-PI ma kienx disponibbli, u konsegwentement ma kienx possibbli li jiġu vverifikati inter alia ir-rekords tal-konsum sabiex jiġi stabbilit liema inputs ġew ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f’liema ammonti, kif stipulat mill-politika KB (Appendiċi 23). Rigward ir-rekwiżiti tal-verifika li ssir referenza għalihom fil-premessa 46 iktar ‘il fuq, ma nżammu ebda rekords mill-kumpanija dwar kif saret din iċ-ċertifikazzjoni. Ma kien hemm ebda pjan ta’ verifika jew xi materjal ieħor ta’ appoġġ tal-verifika mwettqa (eż. rapport tal-verifika), ebda informazzjoni rreġistrata dwar il-metodoloġija użata u r-rekwiżiti speċifiċi meħtieġa għal tali xogħol rigoruż li kien jeħtieġ tagħrif tekniku ddettaljat dwar il-proċessi ta’ produzzjoni. Fil-qosor, huwa kkunsidrat li l-esportatur investigat ma kienx kapaċi juri li ġew issodisfati d-dispożizzjonijiet relevanti tal-politika KB. |
(d) Konklużjoni dwar l-AAS
(52) |
L-eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja tal-GTI li tat benefiċċju lill-esportaturi investigati. |
(53) |
Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet fiżiċi tal-AAS jiddependu b’mod ċar fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa bħala speċifiċi u kumpensatorji skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn li tesporta, kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi. |
(54) |
Is-sottoskema użata fil-każ preżenti ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ rtirar jew sistema sostituta ta’ rtirar ta’ dazju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Dan ma jikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I punt (i), Anness II (definizzjoni u regoli għall-irtirar) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistema sostituta ta’ rtirar) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax effettivament xi sistema jew proċedura ta’ verifika biex jikkonferma jekk u f’liema ammonti l-inputs ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ sistemi sostituti ta’ rtirar, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Huwa kkunsidrat ukoll li l-SIONs għall-prodott ikkonċernat ma kinux preċiżi biżżejjed u li fihom infushom ma jistgħux jikkostitwixxu sistema ta’ verifika ta’ konsum attwali peress li d-disinn ta’ dawk in-normi standard ma jippermettix li l-GTI tivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti x’ammonti ta’ inputs ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, il-GI ma għamilx eżami ulterjuri bbażat fuq l-inputs attwali involuti, għalkemm normalment ikollu jsir fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku). |
(55) |
Din is-sottoskema hija għalhekk kumpensabbli. |
(e) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(56) |
Fin-nuqqas ta’ sistemi ta’ rtirar jew sistemi sostituti ta’ rtirar awtorizzati, il-benefiċċju kumpensabbli huwa r-remissjoni ta’ dazji ta’ importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tal-inputs. F’dan ir-rigward, huwa osservat li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-kumpens tar-remissjoni “żejda” tad-dazji. Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku, huwa biss meta l-kundizzjonijiet tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku jkunu milħuqa li l-remissjoni żejda ta’ dazji tista’ tiġi kkumpensata. Madankollu, dawn il-kundizzjonijiet ma kinux sodisfatti fil-każ preżenti. Għalhekk, jekk ma jintweriex proċess ta’ sorveljanza adegwat, l-eċċezzjoni msemmija fuq għal skemi ta’ rtirar tad-dazju mhijiex applikabbli u r-regola normali tal-għoti ta’ kumpens għall-ammont ta’ dazji mhux imħallsa (dħul ċeduti), tapplika, aktar milli kwalunkwe remissjoni żejda intenzjonata. Kif stabbilit fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, mhuwiex il-kompitu tal-awtorità ta’ investigazzjoni biex tikkalkula din ir-remissjoni żejda. Għall-kuntrarju, skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, l-awtorità ta’ investigazzjoni għandha tistabbilixxi biss evidenza suffiċjenti sabiex tirrifjuta l-adegwatezza tas-sistema ta’ verifika allegata. |
(57) |
L-ammont ta’ sussidju għall-kumpaniji li użaw l-AAS kien ikkalkolat abbażi ta’ dazji ta’ importazzjoni ċeduti (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) fuq il-materjal importat skont is-sottoskema matul il-PI (numeratur). Skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, tariffi imħallsa neċessarjament sabiex jinkiseb is-sussidju kienu mnaqqsa mill-ammont tas-sussidju meta saru talbiet ġustifikati. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni matul il-PI bħala d-denominatur adattat, peress li s-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. |
(58) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-kumpaniji kkonċernati għall-PI tammonta għal 0,8 % u 1,5 % rispettivament. |
3.4. L-Iskema tal-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (EPCGS)
(59) |
L-investigazzjoni wriet li tnejn mill-kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji fil-kampjun użaw din l-iskema matul il-PI. Madankollu, instab li l-inċentivi li rċevew kienu negliġibbli. Għalhekk, ġie kkunsidrat li ma kienx neċessarju li jiġi evalwat ulterjorment f’din l-investigazzjoni jekk is-sistema hijiex kumpensatorja. |
3.5. Skema ta’ Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (EOUS)
(60) |
Instab li waħda mill-kumpaniji fil-kampjun kellha l-istatus ta’ EOU u rċeviet sussidji fil-PI. |
(a) Bażi legali
(61) |
Id-dettalji tal-iskema EOU jinsabu fil-kapitolu 6 tal-politika KB 04-09 u l-politika KB 09-14 kif ukoll fil-kapitolu 6 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14. |
(b) Eliġibilità
(62) |
Ħlief għall-kumpaniji purament kummerċjali, l-impriżi kollha, li fil-prinċipju, jintrabtu li jesportaw il-produzzjoni sħiħa tagħhom ta’ oġġetti jew servizzi jistgħu jiġu stabbiliti taħt l-EOUS. Impriżi fis-setturi industrijali jridu jissodisfaw limitu minimu ta’ investiment f’assi fissi biex ikunu eliġibbli għall-EOUS. |
(c) Implimentazzjoni prattika
(63) |
Unitajiet orjentati lejn l-esportazzjoni jistgħu jiġu lokalizzati u stabbiliti kullimkien fl-Indja. |
(64) |
L-applikazzjoni għal status ta’ EOU trid tinkludi d-dettalji għall-perjodu tal-ħames snin li jkunu ġejjin fuq, inter alia, il-kwantitajiet ta’ produzzjoni ppjanati, il-valur ipproġettat tal-esportazzjoni, ħtiġijiet ta’ importazzjoni u ħtiġijiet indiġeni. Wara aċċettazzjoni mill-awtoritajiet tal-applikazzjoni tal-kumpanija, it-termini u l-kundizzjonijiet annessi ma’ din l-aċċettazzjoni għandhom ikunu kkomunikati lill-kumpanija. Il-ftehim ta’ rikonoxximent bħala kumpanija taħt l-EOUS huwa validu għal perjodu ta’ ħames snin. Il-ftehim jista’ jkun imġedded għal iktar perjodi. |
(65) |
Obbligu kruċjali ta’ EOU, kif spjegat fil-politika KB 2004-2009 u l-politika KB 2009-2014 huwa li jinkiseb dħul nett ta’ valuta barranija (NFE– net foreign exchange), jiġifieri f’perjodu ta’ referenza (5 snin) il-valur totali tal-esportazzjonijiet irid ikun ikbar mill-valur totali tal-oġġetti importati. |
(66) |
Unitajiet orjentati lejn l-esportazzjoni huma intitolati għall-konċessjonijiet li ġejjin:
|
(67) |
Unitajiet li joperaw taħt dawn l-iskemi huma marbuta taħt is-sorveljanza tal-uffiċjali tad-dwana. |
(68) |
Huma legalment obbligati li jżommu kont kif suppost tal-importazzjonijiet kollha, tal-konsum u tal-użu tal-materjali importati u tal-esportazzjonijiet li jkunu saru b’mod konformi mal-paragrafu relevanti ta’ HOP I 2009-2014. Dawn id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi perjodikament lill-awtoritajiet kompetenti fl-Indja permezz ta’ rapporti ta’ progress trimestrali u annwali. |
(69) |
Madankollu, kif tgħid it-taqsima relevanti tal-HOP I 2009-2014, “[EOU] f’ebda punt m’għandha tkun meħtieġa tikkorrelata kull konsenja ta’ importazzjoni mal-esportazzjonijiet tagħha, it-trasferimenti lil unitajiet oħrajn, bejgħ fid-DTA jew stokks”. |
(70) |
Il-bejgħ domestiku jintbagħat u jiġi rreġistrat fuq bażi ta’ awtoċertifikazzjoni. Il-proċess ta’ spedizzjoni ta’ konsenji ta’ esportazzjoni ta’ EOU jiġi ssorveljat minn uffiċjal tad-dwana/sisa. |
(71) |
F’dan il-każ, l-EOUS intuża minn wieħed mill-esportaturi li kkoopera fit-teħid tal-kampjun. L-esportatur li kkoopera uża l-iskema biex jimporta materja prima, oġġetti tal-konsum u oġġetti kapitali ħielsa minn dazji tal-importazzjoni, biex jakkwista prodotti ħielsa domestikament mid-dazju tas-sisa u biex jikseb rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ, u biex ibiegħ parti mill-produzzjoni tiegħu fis-suq domestiku. L-esportatur li kkoopera b’hekk ħa l-benefiċċji kollha deskritti fil-premessa 66 iktar ‘il fuq taħt (i) sa (vi). Madankollu, fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul skont it-Taqsima 10B tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, l-investigazzjoni wriet li, sa mill-1 ta’ April 2010, il-kumpanija mhux ser tkun eliġibbli aktar għal din l-eżenzjoni. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul tal-EOU ma ġewx ikkunsidrati ulterjorment fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni. |
(d) Konklużjonijiet dwar l-EOUS
(72) |
L-eżenzjonijiet ta’ EOU minn tliet tipi ta’ dazji ta’ importazzjoni (“id-dazju doganali bażiku”, “taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali” u “taxxa parafiskali fuq l-edukazzjoni sekondarja ogħla”) u r-rimborż tat-taxxa fuq il-bejgħ huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-GTI fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-introjtu tal-Gvern li kien ikun dovut fin-nuqqas ta’ din l-iskema huwa ċedut, u b’hekk jingħata benefiċċju lill-EOU fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, billi jkun hemm titjib fil-likwidità peress li ma jkollhomx jitħallsu d-dazji li normalment ikunu dovuti u billi jinkiseb rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ. |
(73) |
L-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa u mill-ekwivalenti tad-dazju ta’ importazzjoni tiegħu (“EED”), madankollu, ma twassalx għal dħul predeterminat li nkella jkun dovut. Id-dazju tas-sisa u d-dazju doganali addizzjonali, jekk imħallas, jista’ jintuża bħala kreditu għall-passivi tad-dazju futuri tagħha stess (‘l hekk imsejjaħ “mekkaniżmu ta’ CENVAT”) li hija sistema komparabbli għall-VAT u li tippermetti lil kumpaniji Indjani sabiex jikkontrobilanċjaw taxxi fuq xiri bit-taxxi pagabbli fuq il-bejgħ. Għaldaqstant, dawn id-dazji mhumiex definittivi. Permezz tal-kreditu “CENVAT”, valur miżjud biss iġorr dazju definittiv, mhux il-materjali ta’ input. |
(74) |
Għaldaqstant, l-eżenzjoni biss mid-dazju doganali bażiku, taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali, taxxa parafiskali fuq l-edukazzjoni sekondarja ogħla u r-rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali, jikkostitwixxu sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. Huma assoċjati fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusin li huma speċifiċi u kumpensatorji skont l-Artikolu 4(4)(a), l-ewwel subparagrafu, punt (a) tar-Regolament bażiku. L-iskop ta’ EOU li tesporta kif spjegat fil-kapitolu 6.1 tal-politika-FT 2009-2014 huwa conditio sine qua non biex jinkisbu l-inċentivi. |
(e) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(75) |
Għaldaqstant, il-benefiċċju kumpensatorju huwa l-eżenzjoni mid-dazju doganali bażiku tad-dazji fuq l-importazzjoni, taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali, taxxa parafiskali fuq l-edukazzjoni sekondarja ogħla li normalment tkun dovuta malli ssir l-importazzjoni kif ukoll ir-rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali, matul il-PI. |
(i)
(76) |
L-ammont ta’ sussidju għall-esportatur li huma unitajiet orjentati lejn l-esportazzjoni ġie kkalkolat fuq il-bażi tad-dazji ta’ importazzjoni predeterminati (dazju doganali bażiku, taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali, taxxa parafiskali fuq l-edukazzjoni sekondarja ogħla) fuq il-materjali importati għall-EOU in ġenerali u t-taxxa fuq il-bejgħ rimborsata matul il-PI. Id-drittijiet imġarrba b’mod neċessarju sabiex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku minn din is-somma sabiex jirriżulta ammont ta’ sussidju bħala numeratur. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat tal-esportazzjoni xieraq iġġenerat matul il-PI bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-prestazzjoni ta’ esportazzjoni u ma ngħatax permezz ta’ referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Il-marġini ta’ sussidju miksub taħt l-EOUS għall-kumpanija kellu x’jaqsam ma’ ammonti sa 4,3 %. |
(ii)
(77) |
Oġġetti kapitali mhumiex inkorporati fiżikament fl-oġġetti lesti. Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju għall-kumpanija kkonċernata ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-ammont ta’ dazju doganali mhux imħallas fuq oġġetti kapitali importati mifruxin fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament normali ta’ tali oġġetti kapitali f’waħda mill-kumpaniji investigati. L-ammont hekk ikkalkulat huwa mbagħad attribwibbli għall-PI u ġie aġġustat billi ġew miżjudin miegħu l-imgħaxijiet ta’ matul dan il-perjodu sabiex jirrifletti l-valur tal-benefiċċju tul iż-żmien u b’hekk ikun stabbilit il-benefiċċju kollu ta’ din l-iskema għal min irċevih. Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat ta’ esportazzjoni xieraq iġġenerat matul il-PI bħala denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. Il-marġini tas-sussidju b’hekk miksub għall-kumpanija kkonċernata kien negliġibbli. |
3.6. Skema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (ECS)
(a) Bażi legali
(78) |
Id-dettalji tal-iskema huma stabbiliti fiċ-Ċirkulari Prinċipali DBOD Nru DIR.(Exp).BC 01/04.02.02/2007-08 (Rupee/Foreign Currency Export Credit) u ċ-Ċirkulari Prinċipali DBOD Nru DIR.(Exp).BC 09/04.02.02/2008-09 (Rupee/Foreign Currency Export Credit) tar-Reserve Bank of India (RBI), li hija indirizzata lill-banek kummerċjali kollha fl-Indja. |
(b) Eliġibilità
(79) |
L-esportaturi li jimmanifatturaw u n-negozjanti esportaturi huma eliġibbli għal din l-iskema. |
(c) Implimentazzjoni prattika
(80) |
Skont din l-iskema, ir-RBI jiffissal-limiti massimi ta’ rati ta’ imgħax applikabbli għall-krediti għall-esportazzjoni li huma obbligatorji, kemm fir-rupee Indjan kif ukoll f’muniti barranin, li l-banek kummerċjali jistgħu jiċċarġjaw lill-esportatur. L-ECS jikkonsisti f’żewġ sottoskemi, l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni Qabel l-Oġġetti Jintbagħtu Barra (kreditu għall-ippakkjar), li tkopri krediti pprovduti lil esportatur għall-iffinanzjar tax-xiri, proċessar, manifatturar, imballaġġ u/jew trasport ta’ prodotti qabel l-esportazzjoni, u l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni Wara li l-Oġġetti Jintbagħtu Barra, li tipprovdi għal self ta’ kapital tal-ħidma bl-iskop li jiġu ffinanzjati riċevibbli tal-esportazzjoni. Ir-RBI ordna lill-banek ukoll biex jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom għall-iffinanzjar tal-esportazzjoni. |
(81) |
Bħala riżultat taċ-Ċirkulari Prinċipali tar-RBI, l-esportaturi jistgħu jiksbu krediti għall-esportazzjoni b’rati ta’ imgħax preferenzjali meta mqabbla mar-rati ta’ mgħax għall-kreditu kummerċjali ordinarji (kreditu f’kontanti), li huma ffissati purament skont il-kundizzjonijet tas-suq. Id-differenza fir-rati tista’ tonqos għal kumpaniji bi klassifikazzjoni tal-kreditu tajba. Kumpaniji bi klassifikazzjonijiet tajbin jistgħu jkunu f’pożizzjoni li jiksbu krediti ta’ esportazzjoni u kreditu fi flus kontanti bl-istess kundizzjonijiet. |
(82) |
Instab li waħda mill-kumpaniji użat din l-iskema matul il-PI. |
(d) Konklużjoni dwar l-ECS
(83) |
Ir-rati ta’ imgħax preferenzjali ta’ kreditu tal-ECS stabbiliti miċ-Ċirkularijiet Prinċipali tar-RBI msemmija fil-premessa 78 jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tal-imgħax ta’ esportatur meta mqabbla mal-ispejjeż ta’ kreditu stabbiliti purament mill-kundizzjonijiet tas-suq u li jikkonferixxu f’dan il-każ benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fuq tali esportatur. Il-finanzjament ta’ esportazzjoni mhuwiex per se iktar sigur mill-finanzjament domestiku. Fil-fatt, huwa ġeneralment ikkunsidrat li huwa iktar riskjuż u l-firxa tas-sigurtà meħtieġa għal ċertu kreditu, irrispettivament mill-għan ta’ finanzjar, hija deċiżjoni purament kummerċjali ta’ bank kummerċjali partikolari. Differenzi fir-rati fir-rigward ta’ banek differenti huma r-riżultat tal-metodoloġija tar-RBI li tistabbilixxi rati ta’ self massimi għal kull bank kummerċjali individwalment. |
(84) |
Minkejja li l-krediti preferenzjali taħt l-ECS jingħataw mill-banek kummerċjali, dan il-benefiċċju huwa kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li la l-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku u lanqas il-Ftehim dwar Sussdiji u Miżuri Kumpensatorji ma jirrikjedu ħlasijiet fuq il-kontijiet pubbliċi, pereżempju r-rimborż tal-banek kummerċjali mill-GTI, biex jistabbilixxi sussidju, iżda direzzjoni tal-gvern biss biex jiġu esegwiti l-funzjonijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) jew (iii) tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku. Ir-RBI huwa korp pubbliku u għalhekk jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “gvern” kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku. Huwa 100 % taħt il-pussess tal-gvern, isegwi għanijiet ta’ politika pubblika, eż. politika monetarja, u l-maniġment tiegħu huwa maħtur mill-Gvern tal-Indja. Ir-RBI jidderieġi korpi privati, skont it-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku, billi l-banek kummerċjali huma marbuta mill-kundizzjonijiet li jimponi, inter alia, fir-rigward tal-livelli massimi għal rati ta’ mgħax fuq krediti ta’ esportazzjoni obbligatorji fiċ-Ċirkularijiet Prinċipali tar-RBI u d-dispożizzjonijiet tar-RBI li banek kummerċjali għandhom jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom lejn finanzjament ta’ esportazzjoni. Din id-direzzjoni tobbliga lil banek kummerċjali biex iwettqu funzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, f’dan il-każ li jipprovdu self fil-forma ta’ finanzjament ta’ esportazzjoni preferenzjali. Trasferiment dirett bħal dan ta’ fondi fil-forma ta’ self skont ċerti kundizzjonijiet normalment jaqa’ f’idejn il-gvern, u l-prattika fl-ebda sens reali ma hija differenti, minn prattiċi normalment segwiti mill-gvernijiet, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju huwa meqjus li huwa speċifiku u kumpensatorju billi r-rati ta’ imgħax preferenzjali huma relatati mal-iffinanzjar tat-transazzjonijiet tal-esportazzjoni u għalhekk assoċjati mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel sottoparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. |
(e) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(85) |
L-ammont ta’ sussidju ġie kkalkolat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-imgħax imħallas għal krediti ta’ esportazzjoni użati matul il-PI u l-ammont li kien ikun pagabbli għal krediti kummerċjali ordinarji użati mill-kumpanija kkonċernata. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) kien allokat fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni matul il-PI bħala d-denominatur xieraq skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(86) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-applikant matul il-PI jammonta għal 0,4 %. |
3.7. Ammont ta’ sussidji kumpensatorji
(87) |
Fuq il-bażi tas-sejbiet, kif mogħtija fil-qosor fit-tabella ta’ hawn taħt, l-ammont totali ta’ sussidji kumpensatorji, imfissra ad valorem, instabu fil-medda minn 3,3 % sa 4,3 %:
|
(88) |
Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, il-marġini tas-sussidju għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun, ikkalkolat fuq il-bażi tal-marġini medju tas-sussidju b’piż differenzjat stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun li kkooperaw, huwa ta’ 4,0 %. |
(89) |
Fir-rigward tal-esportaturi l-oħrajn kollha fl-Indja, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-livell ta’ kooperazzjoni. Kif imsemmi fil-premessa (10) fuq, it-tqabbil bejn id-dejta ta’ importazzjoni tal-Eurostat u l-volumi ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat irrapportati għall-perjodu ta’ investigazzjoni mill-kumpaniji jew gruppi li kkooperaw, mal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni juri li l-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Indjani kien wieħed għoli ħafna, jiġifieri 100 %. Minħabba dan il-livell għoli ta’ kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija stabbilita fil-livell għall-kumpanija bl-ogħla rata individwali, jiġifieri 4,3 %, |
4. INDUSTRIJA TAL-UNJONI
4.1. Produzzjoni tal-Unjoni
(90) |
Ir-riżultat tal-produtturi tal-Unjoni li ġejjin ġie kkunsidrat għall-istabbiliment tal-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni:
|
(91) |
Bħala konsegwenza ta’ dan, il-produzzjoni tal-Unjoni hija magħmula minn dawn l-24 kumpanija għall-fini tal-analiżi tad-dannu b’mod ġenerali. |
4.2. Kampjunar tal-produtturi Komunitarji
(92) |
Kif imsemmi fuq fil-premessa 17, intgħażel kampjun magħmul minn erba’ kumpaniji minn dawk il-produtturi li għarrfu lilhom infushom lill-Kummissjoni u ġiet ipprovduta, kif speċifikat fl-avviż ta’ inizjazzjoni, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodotti ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
(93) |
Dawn l-erba’ produtturi tal-Unjoni nklużi fil-kampjun jammontaw għal 62 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Ujoni matul il-PI. |
5. DANNI
5.1. Kummenti preliminari
(94) |
Id-danni ġew stmati fuq il-bażi tat-tendenzi fir-rigward tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ, is-sehem mis-suq u t-tkabbir miġbur fuq il-livell tal-industrija totali tal-Unjoni u tendenzi li jikkonċernaw il-prezzijiet, l-impjiegi, il-produttività, il-profitabbiltà, il-likwidità, l-abbiltà li jżidu l-kapital u investimenti, stokks, redditu fuq l-investiment u pagi miġburin fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati. |
5.2. Konsum tal-Unjoni
(95) |
Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kkampjunata, id-dejta dwar il-bejgħ tal-produtturi l-oħrajn tal-Unjoni kif ipprovdut mill-kwerelant, id-dejta dwar il-volum tal-importazzjoni fis-suq tal-Unjoni miksuba mill-Eurostat għall-perjodu mill-2007 sal-2009 u t-tweġibiet għall-mistoqsijiet dwar it-teħid ta’ kampjuni għall-PI.
|
(96) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-ħażniet naqsu b’36 %. Mill-2007 sal-2009, il-konsum naqas b’41 % iżda żdied kemmxejn b’5 punti perċentwali bejn l-2009 u l-PI. |
(97) |
It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkontribwixxa għat-tnaqqis fil-konsum mill-2008, li matulu, l-utenti tal-prodott ikkonċernat bħalma huma l-industrija tal-karozzi, tal-apparat domestiku, l-industriji tal-kimiċi u tal-bini, esperjenzaw tnaqqis serju fid-domanda għall-prodotti tagħhom. Fit-tieni nofs tal-PI, is-sitwazzjoni tas-suq bdiet titjieb xi ftit, u dan wassal għal żieda żgħira fid-domanda għall-prodott ikkonċernat meta mqabbel mal-ewwel nofs tal-PI. |
5.3. Importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat
5.3.1. Ammont u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati
|
2007 |
2008 |
2009 |
PI |
Importazzjonijiet mill-Indja f’tunnellati |
32 754 |
31 962 |
18 759 |
23 792 |
Indiċi (2007 = 100) |
100 |
98 |
57 |
73 |
Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet |
10,39 % |
11,19 % |
10,07 % |
11,78 % |
Indiċi (2007 = 100) |
100 |
108 |
97 |
113 |
(98) |
Fuq il-bażi tal-Eurostat għall-perjodu mill-2007 sal-2009 u t-tweġibiet għall-mistoqsijiet dwar it-teħid ta’ kampjuni għall-PI, importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja, segwew it-tendenza ‘l isfel tal-konsum tal-UE u naqsu b’27 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-akbar tnaqqis seħħ bejn l-2008 u l-2009 meta l-importazzjonijiet waqgħu b’41 punt perċentwali. Imbagħad, l-importazzjonijiet żdiedu b’16-il punt perċentwali bejn l-2009 u l-PI |
(99) |
Minħabba li dan it-tnaqqis huwa iktar baxx mit-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, is-sehem mis-suq tal-produtturi Indjani żdied kemmxejn minn 10,39 % fl-2007 għal 11,78 % fil-PI. |
5.3.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezz
|
2007 |
2008 |
2009 |
PI |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-Indja f’EUR/tunnellata |
3 504 |
2 908 |
2 138 |
1 971 |
Indiċi (2007 = 100) |
100 |
83 |
61 |
56 |
(100) |
Il-prezz medju tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-Indja naqas b’44 % bl-ikbar tnaqqis iseħħ bejn l-2008 u l-2009 meta l-prezzijiet waqgħu bi 22 punt perċentwali. Għalkemm dan it-tnaqqis segwa t-tendenza ‘l isfel tal-prezzijiet tal-materja prima, għandu jiġi nnotat li matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-prezz medju tal-importazzjoni għal kull unità mill-Indja kien ferm inqas mill-prezz medju tal-importazzjoni għal kull prezz tal-bejgħ ta’ kull unità tal-industrija tal-Unjoni, u dan jirriżulta fi pressjoni b’saħħitha fuq il-prezz fir-rigward tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni. |
(101) |
Tqabbil għall-PI bejn il-prezzijiet ex-works tal-industrija tal-Unjoni kkampjunata għal klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni bil-prezzijiet tal-fruntiera tal-Unjoni tas-CIF ta’ produtturi esportaturi fl-Indja, aġġustati kif dovut għall-ispejjeż tal-ħatt u għall-approvazzjoni doganali, wera twaqqigħ fil-prezz li kien ivarja bejn 16,7 % u 18,2 %. |
5.4. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
(102) |
Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-eżaminar tal-impatt tal-importazzjonijiet issusidjati mill-Indja fuq l-industrija tal-Unjoni, inkluda analiżi tal-fatturi ekonomiċi relevanti kollha li kellhom impatt fuq l-istat tal-industija mill-2007 sal-PI. |
5.4.1. Dejta relatata mal-industrija tal-Unjoni in ġenerali
(a)
|
2007 |
2008 |
2009 |
PI |
Volum ta’ produzzjoni f’tunnellati |
296 576 |
262 882 |
159 397 |
170 557 |
Indiċi (2007 = 100) |
100 |
89 |
54 |
58 |
Kapaċità ta’ produzzjoni f’tunnellati |
478 174 |
491 016 |
486 755 |
476 764 |
Indiċi (2007 = 100) |
100 |
103 |
102 |
100 |
Użu tal-kapaċità |
62 % |
54 % |
33 % |
36 % |
Indiċi (2007 = 100) |
100 |
86 |
53 |
58 |
(103) |
Bejn l-2007 u l-PI, il-produzzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 42 % filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli, u dan wassal sabiex ir-rata ta’ użu tal-kapaċità tonqos b’26 punt perċentwali. It-tnaqqis fil-produzzjoni kien ikbar minn dak tal-konsum tal-Unjoni li naqas b’36 % fuq il-perjodu kkunsidrat. |
(b)
|
2007 |
2008 |
2009 |
PI |
Bejgħ fl-UE f’tunnellati |
255 300 |
230 344 |
154 602 |
164 191 |
Indiċi (2007 = 100) |
100 |
90 |
61 |
64 |
Sehem mis-suq (% tal-konsum tal-Unjoni) |
81 % |
81 % |
83 % |
81 % |
Indiċi (2007 = 100) |
100 |
100 |
102 |
100 |
(104) |
L-ammont ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili meta mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti fuq is-suq tal-Unjoni naqas b’36 % tul il-perjodu kkunsidrat bl-akbar tnaqqis iseħħ bejn l-2008 u l-2009 meta l-bejgħ waqa’ b’29 punt perċentwali. Il-bejgħ imbagħad żdied kemmxejn bi 3 punti perċentwali bejn l-2009 u l-PI. |
(105) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli f’livell ta’ madwar 81 % tul il-perjodu kkunsidrat. |
(c)
(106) |
Minħabba li kemm il-konsum tal-Unjoni kif ukoll il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’36 % fuq il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli f’81 %. |
(d)
(107) |
Meta jitqiesu l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja, l-impatt tal-marġnijiet effettivi tas-sussidju fuq l-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies li huwa negliġibbli. |
5.4.2. Id-dejta li tikkonċerna l-produtturi tal-Unjoni meħuda fil-kampjun
(a)
(108) |
Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-industrija tal-Unjoni tipproduċi skont l-ordnijiet, għaldaqstant il-ħażniet ma jistgħux jitqiesu bħala indikatur tad-danni ta’ min joqgħod fuqu. It-tendenzi fil-ħażniet qegħdin jingħataw għal għanijiet ta’ informazzjoni. Iċ-ċifri ta’ hawn taħt jirreferu biss għall-kumpaniji fil-kampjun u huma rappreżentattivi tal-volum tal-istokk fl-aħħar ta’ kull perjodu.
|
(109) |
Il-volum tal-ħażniet naqas bi 22 % matul il-perjodu kkunsidrat, iżda bħala perċentwal tal-produzzjoni, il-ħażniet żdiedu minn 16 % sa 19,5 %. |
(b)
|
2007 |
2008 |
2009 |
PI |
Il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (EUR) |
4 478 |
3 615 |
2 507 |
2 521 |
Indiċi (2007 = 100) |
100 |
81 |
56 |
56 |
Spejjeż tal-produzzjoni ta’ unità |
4 003 |
3 408 |
2 900 |
2 773 |
Indiċi (2007 = 100) |
100 |
85 |
72 |
69 |
(110) |
Il-prezzijiet medji tal-unità tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kkampjunata għal klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni naqsu b’44 % bejn l-2007 u l-PI bl-ikbar tnaqqis iseħħ bejn l-2008 u l-2009 meta l-prezzijiet waqgħu b’25 punt perċentwali. Madankollu, parti minn dan it-tnaqqis kienet dovuta għall-waqgħa fil-kost tal-unità ta’ produzzjoni tal-prodott ikkonċerant li naqas b’31 % fil-perjodu kkunsidrat. Il-waqgħa fil-kost għal kull unità kienet dovuta prinċipalment għat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima. Dan it-tnaqqis kien modifikat xi ftit biż-żieda fil-proporzjon ta’ spejjeż fissi għal kull unità prodotta, minħabba użu iktar baxx tal-kapaċità. |
(c)
|
2007 |
2008 |
2009 |
IP |
Numru ta’ impjegati |
1 044 |
1 007 |
947 |
885 |
Indiċi |
100 |
97 |
91 |
85 |
Produttività (tunnellati/impjegat) |
149 |
141 |
97 |
115 |
Indiċi |
100 |
94 |
65 |
77 |
Spejjeż medji tax-xogħol għal kull impjegat |
47 686 |
48 062 |
47 131 |
49 972 |
Indiċi |
100 |
101 |
99 |
105 |
(111) |
L-għadd ta’ impjegati tnaqqas bi 15 % fuq il-perjodu kkunsidrat minħabba t-tnaqqis tal-attivitajiet tal-industrija tal-Unjoni. |
(112) |
Fir-rigward tal-ispejjeż medji tax-xogħol għal kull impjegat, dawn żdiedu xi ftit b’5 % tul il-perjodu kkunsidrat. Din hija meqjusa bħala żieda naturali u hija inqas mir-rata tal-inflazzjoni matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li l-ispejjeż tax-xogħol ma jiffurmawx parti sinifikanti mill-ispiża totali tal-produzzjoni għall-vireg tal-azzar li ma jissaddadx. |
(d)
|
2007 |
2008 |
2009 |
IP |
Il-profitabilità tal-bejgħ fl-UE (% ta’ bejgħ nett) |
9,5 % |
3,5 % |
–12,8 % |
–7,9 % |
Indiċi |
100 |
37 |
– 135 |
–83 |
Likwidità (EUR) |
44 464 193 |
13 280 433 |
–12 678 708 |
–3 063 190 |
Indiċi |
100 |
30 |
–29 |
–7 |
L-investimenti (1 000 EUR) |
18 085 847 |
15 714 829 |
4 341 909 |
4 198 607 |
Indiċi (2007 = 100) |
100 |
87 |
24 |
23 |
Ir-redditu mill-investimenti |
101 % |
25 % |
–50 % |
–33 % |
Indiċi (2007 = 100) |
100 |
25 |
–49 |
–32 |
(113) |
Il-profitabilità tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita billi l-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili tfisser bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Tul il-perjodu kkunsidrat, il-profitabilità waqgħet b’mod sinifikanti u daret minn profitt ta’ iktar minn 9 % fl-2007 għal telf ta’ kważi 8 % fil-PI. L-akbar waqa’ fil-profitti dehret bejn l-2008 u l-2009, jiġifieri b’aktar minn 16-il punt perċentwali. |
(114) |
Il-likwidità netta ġġenerata mill-prodott simili naqset minn 107 % mill-2007 sal-PI. |
(115) |
L-investiment annwali fil-produzzjoni tal-prodott simili naqset b’77 % fil-perjodu kkunsidrat. |
(116) |
Ir-redditu fuq l-investiment (ROI), imfisser bħala l-profitt f’perċentwali tal-valur nett kontabbli tal-investimenti, segwa t-tendenza negattiva tal-profitabilità, u naqas b’134 punt perċentwali. |
(117) |
Ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-industrija sofriet minn abilità mnaqqsa biex iżżid il-kapital tul il-perjodu kkunsidrat. |
5.5. Konklużjoni dwar id-danni
(118) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, kważi l-indikaturi kollha tad-danni rilevanti għall-industrija tal-Unjoni żviluppaw b’mod negattiv. |
(119) |
Il-konsum tal-Unjoni naqas b’36 %, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’36 % u l-użu tal-kapaċità naqas bi 42 %. Il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati naqsu b’44 % għal livell taħt il-kost. Dawn segwew it-tnaqqis fil-prezz tal-importazzjonijiet Indjani sabiex jinżamm ċertu volum ta’ bejgħ u produzzjoni u produzzjoni sabiex jiġu koperti l-ispejjeż fissi. |
(120) |
Il-profitabilità daret minn profitt ta’ 9,5 % fl-2007 għal telf ta’ kważi 8 % fil-PI. L-investimenti, il-likwidità u r-redditu fuq l-investimenti segwew it-tendenza negattiva wkoll, naqsu b’77 %, 107 % u 246 punt perċentwali rispettivament tul il-perjodu kkunsidrat. |
(121) |
Indikatur wieħed biss, jiġifieri s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, baqa’ stabbli f’livell ta’ 81 %. |
(122) |
Fid-dawl ta’ dak li ngħad aktar ‘il fuq, qiegħed jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet minn dannu materjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku. |
6. KAWŻALITÀ
6.1. Introduzzjoni
(123) |
Skont l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sa tali punt li jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. Fatturi magħrufin oħrajn għajr l-importazzjonijiet issussidjati, li jistgħu fl-istess waqt ikunu qegħdin jagħmlu danni lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati wkoll biex jiżguraw li dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħrajn ma ġiex attribwit għall-importazzjonijiet issussidjati. |
6.2. Effett tal-importazzjonijiet issussidjati
(124) |
It-tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ 44 % tul il-perjodu kkunsidrat, kif ukoll il-marġni għoljin tat-twaqqigħ fil-prezzijiet misjub waqt il-PI, li varjaw minn 16,7 % sa 18,2 %, ikkoinċida mad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
(125) |
Minħabba l-livell ta’ sussidju tal-esportaturi li kkooperaw, il-livell tal-prezz baxx tal-importazzjonijiet issussidjati li waqqa’ ferm il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, il-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni kellha rwol sinifikanti fit-tisħiħ tat-tendenza negattiva fuq il-prezzijiet tal-bejgħ fuq is-suq tal-Unjoni. Id-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni jidher bl-aktar mod ċar fil-livell baxx tal-prezzijiet tal-bejgħ u fil-livell drammatiku tat-telf finanzjarju mġarrab mill-industrija. |
(126) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Indja naqsu b’mod sostanzjali, u dan ġiegħel lill-industrija tal-Unjoni sabiex tbaxxi l-prezzijiet tagħha sabiex iżżomm ċertu fatturat, iżda bi prezzijiet li jġibu telf, sabiex għallinqas tkopri l-ispejjeż fissi. B’konsegwenza ta’ dan, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar sewwa mill-2008. |
(127) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ‘il fuq, qiegħed jiġi proviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja, li waqqgħu b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI, kellhom rwol determinanti fid-dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni, li huwa rifless fis-sitwazzjoni finanzjarja dgħajfa tagħha u fid-deterjorament ta’ kważi l-indikaturi kollha tad-dannu. |
6.3. Effett ta’ fatturi oħra
(128) |
Il-fatturi l-oħrajn li ġew eżaminati fil-kuntest tal-kawżalità huma l-kriżi ekonomika, l-iżvilupp tal-konsum tal-UE, l-ispiża tal-produzzjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kkampjunata. |
6.3.1. Il-kriżi ekonomika, żvilupp tal-konsum tal-UE u l-ispiża tal-produzzjoni
(129) |
It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkontribwixxa għat-tnaqqis fil-konsum u għall-pressjoni fuq il-prezzijiet. Il-livell baxx tad-domanda għal ċerti vireg tal-azzar li ma jissaddadx irriżulta fit-tnaqqis fil-produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni u kkontribwixxa għal parti mit-tnaqqis tal-prezzijiet tal-bejgħ. |
(130) |
Taħt kundizzjonijiet ekonomiċi normali u fin-nuqqas ta’ pressjoni b’saħħitha fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet issusidjati, l-industrija tal-Unjoni seta’ kellha xi diffikultà biex tlaħħaq mat-tnaqqis fil-konsum u maż-żieda sussegwenti fl-ispejjeż fissi ta’ produzzjoni minħabba l-użu baxx tal-kapaċità li esperjenzat bejn l-2007 u l-PI. Madankollu, l-importazzjonijiet issussidjati intensifikaw l-effett tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u għamluha impossibbli sabiex isir bejgħ bil-prezz ta’ kemm jiswa jew ogħla minnu bejn l-2009 u l-PI. |
(131) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jidher li t-tnaqqis fid-domanda tal-UE relatat mal-kriżi ekonomika esperjenzata fis-settur, ikkontribwixxa għad-danni li sofriet l-industrija tal-Unjoni. Madankollu, jitqies li dan ma jiksirx ir-rabta kawżali stabbilita fir-rigward tal-importazzjonijiet issusidjati bi prezz baxx Indjani. |
6.3.2. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn
|
2007 |
2008 |
2009 |
PI |
Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn f’tunnellati |
27 089 |
23 242 |
12 837 |
14 036 |
Indiċi |
100 |
86 |
47 |
52 |
Is-sehem mis-suq ta’ pajjiżi terzi oħra |
8,60 % |
8,14 % |
6,89 % |
6,95 % |
Indiċi |
100 |
95 |
80 |
81 |
Prezz medju tal-importazzjonijiet |
4 820 |
4 487 |
3 756 |
3 501 |
Indiċi |
100 |
93 |
78 |
73 |
(132) |
Fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat, il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti vireg tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw minn pajjiżi terzi mhux ikkonċernati minn din l-investigazzjoni naqas bi 48 % tul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq korrispondenti tal-pajjiżi terzi l-oħrajn naqas bi 19 %. |
(133) |
Il-prezzijiet medji ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu ogħla minn dawk tal-produtturi esportaturi Indjani u ogħla minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Konsegwentament, proviżorjament huwa kkunsidrat li importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn ma kkontribwewx b’mod sinifikanti għad-dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni. |
6.3.3. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kkampjunata
|
2007 |
2008 |
2009 |
PI |
Bejgħ esportat f’tunnellati |
10 850 |
9 158 |
5 440 |
6 299 |
Indiċi |
100 |
84 |
50 |
58 |
Prezz tal-bejgħ ta’ unità f’euro |
4 452 |
3 728 |
2 495 |
2 388 |
Indiċi |
100 |
84 |
56 |
54 |
(134) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kkampjunata naqas bi 42 % u l-prezz tal-bejgħ ta’ unità naqas b’46 %. Għalkemm dawn l-esportazzjonijiet ammontaw biss għal 6 % tal-bejgħ totali tiegħu matul il-PI, ma jistax jiġi eskluż li din il-prestazzjoni kellha impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni. Iżda huwa meqjus li, minħabba l-volum baxx tal-esportazzjonijiet, l-impatt mhuwiex biżżejjed sabiex jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet issusidjati u d-dannu li nstab. |
6.4. Il-konklużjoni dwar il-kawżalità
(135) |
L-investigazzjoni uriet li l-fatturi magħrufin l-oħrajn, bħal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, esportazzjoni mill-industrija tal-Unjoni u tnaqqis fil-konsum ma kinux kawża determinanti għad-dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni. |
(136) |
Il-koinċidenza fiż-żmien bejn, fuq naħa waħda, l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja u t-twaqqigħ tal-prezzijiet li rriżulta u, fuq in-naħa l-oħra, id-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, twassal għall-konklużjoni li l-importazzjonijiet issussidjati kkawżaw id-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
7.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
(137) |
Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja s-sejba proviżorja ta’ sussidju li jikkawża dannu, jeżistux raġunijiet b’saħħithom biex jiġi konkluż li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. L-impatt ta’ miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti f’dan il-proċediment, kif ukoll il-konsegwenzi jekk ma jitteħdux miżuri ġew ikkunsidrati. |
7.2. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(138) |
L-industrija tal-Unjoni ilha tbati minn importazzjonijiet issusidjati ta’ dannu tal-prodott ikkonċenat mill-Indja. Ta’ min jiftakar li ħafna mill-indikaturi ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. B’kunsiderazzjoni tan-natura tad-dannu (jiġifieri telf sinifikanti), fin-nuqqas ta’ miżuri, jidher li huwa inevitabbli li jkun hemm deterjorament ulterjuri u sostanzjali fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
(139) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri hija mistennija li tipprevjeni aktar tgħawwiġ u terġa’ ddaħħal kompetizzjoni ġusta fis-suq. |
(140) |
Jekk ma tiġi imposta l-ebda miżura, il-prezzijiet ikomplu jkunu taħt kemm jiswa l-oġġett u l-profitti tal-produtturi tal-Unjoni jiddeterjoraw aktar. Dan ma jkunx sostenibbli fuq medda medja sa medda twila ta’ żmien. Minħabba t-telf imġarrab u l-livell għoli ta’ investiment fil-produzzjoni, għandu jkun mistenni li xi produtturi tal-Unjoni mhumiex sejrin ikunu kapaċi jirkupraw l-investiment tagħhom jekk ma jiġux imposti miżuri. |
(141) |
Barra minn hekk, billi l-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju mifruxin madwar l-Unjoni kollha, l-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji sejra tgħin biex jinżammu l-impjiegi f’dawn l-oqsma. |
(142) |
Għaldaqstant, ġie konkluż b’mod proviżorju li l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji tkun biċ-ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.3. Interess tal-importaturi
(143) |
L-importaturi kollha magħrufin mill-Kummissjoni ntalbu jagħmlu lilhom infushom magħrufin u li jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom rigward il-prodott ikkonċernat. Erba’ importaturi wieġbu għall-eżerċizzju ta’ kampjunar. Il-kwestjonarji ntbagħtu lill-erbgħa li huma u importatur wieħed biss wieġeb. Żjara ta’ verifika fuq il-post tal-importatur, li jinsab fil-Ġermanja, hija mistennija li ssir f’fażi iktar tard tal-investigazzjoni. |
(144) |
Jekk jiġu imposti miżuri kumpensatorji, ma jistax jiġi eskluż li l-livell ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat jista’ jonqos, u li b’hekk tiġi affettwata s-sitwazzjoni ekonomika tal-importaturi. Madankollu, l-effett fuq l-importaturi ta’ kwalunkwe żieda fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat gћandu biss jerġa’ jġib il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni u ma gћandux iċaħħad lill-importaturi milli jbiegћu l-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-proporzjon baxx tal-ispejjeż tal-prodott ikkonċernat fin-nefqa totali tal-utenti finali gћandu jagћmilha aktar faċli gћall-importaturi biex jgћaddu kwalunkwe żieda fil-prezz fuq il-klijenti tagħhom. Fuq din il-bażi, ġie konkluż proviżorjament li l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji x’aktarx ma jkollha l-ebda effett negattiv serju fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi fl-Unjoni. |
7.4. Interess tal-utenti
(145) |
Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha msemmija bħala utenti fl-ilment. Ebda waħda mit-tnejn u għoxrin kumpanija ma wieġbet. |
(146) |
Qiegħed jiġi mfakkar li l-prodott ikkonċernat jintuża f’varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet inkluż fl-industrija tal-karozzi, produtturi tal-apparat domestiku, strumenti mediċi u tal-laboratorju, eċċ.. Madankollu, f’dan il-proċediment, l-utenti huma kumpaniji intermedji li jipproduċu u jipprovdu l-elementi għall-applikazzjonijiet imsemmija qabel. Minħabba dan, huwa mistenni li l-utenti jkunu f’pożizzjoni li jgħaddu ż-żieda fil-prezzijiet kollha jew kważi kollha li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji lill-utenti finali, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li għal dawn tal-aħħar, l-impatt ta’ miżuri bħal dawn ikun negliġibbli. |
(147) |
Għaldaqstant, qiegħed jiġi konkluż proviżorjament li l-impatt fuq l-ispejjeż tal-utenti li jirriżulta mill-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji ma għandux ikun sinifikanti. |
7.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(148) |
Minћabba dan ta’ hawn fuq, qiegħed jiġi konkluż proviżorjament li m’hemmx raġunijiet konvinċenti gћaliex m’gћandhomx jiġu imposti dazji kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti vireg tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw fl-Indja. |
8. PROPOSTA GĦAL MIŻURI KUMPENSATORJI PROVIŻORJI
8.1. Livell tal-eliminazzjoni tad-dannu
(149) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar is-sussidju, id-dannu, il-kawża u l-interess tal-Unjoni, gћandhom jiġu imposti miżuri kumpensatorji proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet issusidjati. |
(150) |
Bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġini tas-sussidju li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex ikun eliminat id-dannu sostnut mill-industrija tal-Unjoni, mingħajr ma jinqabeż il-marġinu ta’ sussidju li nstab. |
(151) |
Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tas-sussidju ta’ dannu, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet issussidjati, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Huwa meqjus li l-profitt li jista’ jinkiseb fin-nuqqas tal-importazzjonijiet issusidjati għandu jkun ibbażat fuq il-marġini tal-profitt medju qabel it-taxxa tal-prodotti tal-Unjoni nklużi fil-kampjun fis-sena 2007. Din hija l-aħħar sena qabel il-PI fejn l-industrija tal-Unjoni setgħet tasal għal marġni ta’ profitt normali. Huwa għalhekk ikkunsidrat li marġini ta’ profitt ta’ 9,5 % tal-fatturat jista’ jkun ikkunsidrat bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet tistenna li takkwista fin-nuqqas ta’ sussidju ta’ dannu. |
(152) |
Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jikkawża ebda dannu għall-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz li ma jikkawża ebda dannu nkiseb billi ġie miżjud il-marġini ta’ profitt ta’ 9,5 % li ssemma aktar ‘il fuq mal-ispejjeż tal-produzzjoni. |
(153) |
Imbagħad, iż-żieda meħtieġa fil-prezzijiet ġiet stabbilita fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz ta’ importazzjoni medju peżat tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fl-Indja, kif stabbilit għall-kalkolazzjoni ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet (ara l-premessa 101), bil-prezz li ma jikkawża ebda dannu għall-prodotti mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza minn dan it-tqabbil ġiet imbagħad imfissra bħala perċentwal tal-valur ta’ importazzjoni tas-CIF totali medju. |
8.2. Miżuri proviżorji
(154) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, huwa kkunsidrat li, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri kumpensatorji proviżorji fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja fil-livell l-iktar baxx tas-sussidju u l-marġini ta’ danni, skont ir-regola tal-inqas dazji. |
(155) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju kumpensatorju ġew stabbiliti permezz ta’ tqabbil tal-marġini ta’ eliminazzjoni ta’ dannu u l-marġini tas-sussidji. Għaldaqstant, ir-rati tad-dazju kumpensatorju propost huma kif ġej:
|
(156) |
Ir-rati tad-dazju kumpensatorju ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, huma jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju madwar il-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-Indja u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti impurtati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
(157) |
Kull talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju kumpensatorju ta’ kumpaniji individwali (pereżempju wara tibdil fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ produzzjoni ġdida jew entitajiet tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (4) bl-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u mal-esportazzjoni li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ bidla fl-isem jew ma’ bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi emendat bix-xieraq billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali. |
9. ŻVELAR
(158) |
Is-sejbiet proviżorji ta’ hawn fuq sejrin jkunu żvelati lill-partijiet interessati kollha li se jkunu mistiedna jibgħatu fehmiethom bil-miktub u jitolbu seduta ta’ smigħ. Il-kummenti tagħhom se jiġu analizzati u se jitqiesu fejn ikun iġġustifikat qabel ma ssir kwalunke determinazzjoni definittiva. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jista’ jkun hemm bżonn li jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-għanijiet ta’ kwalunkwe sejba definittiva, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B’dan il-mezz qiegħed jiġi impost dazju kumpensatorju fuq importazzjonijiet ta’ vireg u staneg ta’ azzar li ma jissaddadx, mhux maħduma aktar minn iffurmati fil-kesħa jew irfinuti fil-kesħa, għajr vireg u staneg ta’ taqsima trasversali tonda ta’ dijametru ta’ 80 mm jew aktar, li fil-preżent jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM 7222 20 21, 7222 20 29, 7222 20 31, 7222 20 39, 7222 20 81 u 7222 20 89 u li joriġinaw fl-Indja.
2. Ir-rata tad-dazju kumpensatorju proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun:
Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Chandan Steel Ltd., Mumbai, Maharashtra |
3,4 |
AXXX |
Venus Wire Industries Pvt. Ltd, Mumbai, Maharashtra |
3,3 |
AXXX |
Precision Metals, Mumbai, Maharashtra |
3,3 |
AXXX |
Hindustan Inox Ltd., Mumbai, Maharashtra |
3,3 |
AXXX |
Sieves Manufacturer India Pvt. Ltd., Mumbai, Maharashtra |
3,3 |
AXXX |
Viraj Profiles Vpl. Ltd., Thane, Maharashtra |
4,3 |
AXXX |
Kumpaniji elenkati fl-Anness |
4,0 |
AXXX |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
4,3 |
AXXX |
3. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Bla ħsara għall-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Skont l-Artikolu 31(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ erba’ xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(3) ĠU C 87 A, 1.4.2010, p. 1.
(*) Sussidji mmarkati bi stilla huma sussidji ta’ esportazzjoni.
(**) Medja b’piż differenzjat għall-grupp.
(4) Kummissjoni Ewropea, Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, 1049 Brussell, Belġju.
ANNESS
Produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw li mhumiex parti mill-kampjun
Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC AXXX
L-isem tal-Kumpanija |
Belt |
Ambica Steel Ltd. |
New-Delhi |
Bhansali Bright Bars Pvt. Ltd. |
Navi-Mumbai |
Chase Bright Steel Ltd. |
Navi-Mumbai |
D.H. Exports Pvt. Ltd. |
Mumbai |
Facor Steels Ltd. |
Nagpur |
Global smelters Ltd. |
Kanpur |
Indian Steel Works Ltd. |
Navi-Mumbai |
Jyoti Steel Industries Ltd. |
Mumbai |
Laxcon Steels Ltd. |
Ahmedabad |
Meltroll Engineering Pvt. Ltd. |
Mumbai |
Mukand Ltd. |
Thane |
Nevatia Steel & Alloys Pvt. Ltd. |
Mumbai |
Panchmahal Steel Ltd. |
Kalol |
Raajratna Metal Industries Ltd. |
Ahmedabad |
Rimjhim Ispat Ltd. |
Kanpur |
Sindia Steels Ltd. |
Mumbai |
SKM Steels Ltd. |
Mumbai |
Parekh Bright Bars Pvt. Ltd. |
Thane |
Shah Alloys Ltd. |
Gandhinagar |