Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1249

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2010 tat- 22 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd

ĠU L 341, 23.12.2010, pp. 3–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1249/oj

23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1249/2010

tat-22 ta’ Diċembru 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 102 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 70 (1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 jistipula li l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jipprevjenu, jiskopru u jikkorreġu irregolaritajiet u jirkupraw ammonti li tħallsu indebitament u għandhom jinnotifikaw dawn lill-Kummissjoni, u jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-proċedimenti amminstrattivi.

(2)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1681/94 tal-11 ta' Lulju 1994 dwar irregolaritajiet u l-ħlas lura ta' ammonti mħallsa ħażin in konnessjoni mal-finanzjament tal-politika strutturali u l-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam (2), il-proċeduri ta' rappurtar fuq segwitu ta' irregolaritajiet għandhom ikunu ssimplifikati. Barra minn dan, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv impost fuq l-Istati Membri huwa neċessarju li jiġi ddeterminat b'mod aktar preċiż liema informazzjoni tirrikjedi l-Kummissjoni. Għal dak il-għan, informazzjoni dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati u dwar l-ammonti aggregati relatati mal-irregolaritajiet irrappurtati għandhom ikunu inklużi fid-dikjarazzjoni annwali li għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2007 (3).

(3)

Il-proċeduri għal rappurtar dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati għandhom b'mod preċiż jirriflettu l-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri stipulati fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u b'mod partikolari l-obbligazzjoni biex jiġi żgurat twettiq effettiv tal-irkupri. Huwa xieraq ukoll li jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-monitoraġġ mill-Kummissjoni tal-konformità ma' dawk l-obbligazzjonijiet sabiex isiru aktar effiċjenti u kosteffettivi.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, għandu jkun iddikjarat b'mod ċar li l-awtorità ta' ċertifikazzjoni hija responsabbli li żżomm ir-reġistri tal-kontijiet kompluti inkluż, b'mod partikolari, referenzi għal ammonti irrappurtati lill-Kummissjoni bħala irregolari skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(5)

Sabiex ikun żgurat fluss effiċjenti ta' informazzjoni dwar irregolaritajiet u biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet ta' punti ta' kuntatt differenti, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet dwar kooperazzjoni mal-Istati Membri jinġabru f'Artikolu wieħed.

(6)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 498/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond Ewropew għas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 498/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 40, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Fir-rekords tal-kontabbilta miżmuma f'konformità mal-Artikolu 60 (f) tar-Regolament ta’ bażi, kull ammont relatat ma' irregolarità rrappurtata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 55 għandu jiġi identifikat min-numru ta' referenza attribwit lil dik l-irregolarità jew bi kwalunkwe metodu xieraq ieħor.”

2.

L-Artikolu 46 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

Is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tippreżenta dikjarazzjoni lill-Kummissjoni skont il-mudell deskritt fl-Anness X li jidentifika għal kull assi prijoritarju tal-programm operazzjonali:”

(ii)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-ammonti rkuprati li tnaqqsu minn dawk id-dikjarazzjonijiet ta' nefqa li ġew ippreżentati matul is-sena preċedenti;”

(iii)

Jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

lista tal-ammonti li fis-sena preċedenti kien ġie stabbilit li ma jistgħux jiġu rkuprati jew li mhumiex mistennija li jiġu rkuprati, ikklassifikati skont is-sena li fiha nħarġu l-ordnijiet ta' rkupru.”

(iv)

jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu pprovduti ammonti aggregati relatati mal-irregolaritajiet irrappurtati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 55 għal kull assi prijoritarju.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, kwalunkwe ammont relatat ma' irregolarità rrappurtata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 55 għandu jkun identifikat min-numru ta' referenza ta' dik l-irregolarità jew bi kwalunkwe metodu xieraq ieħor.”

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi 2a u 2b li ġejjin:

“2a.   Għal kull ammont imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 2, l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni għandha tindika jekk hix titlob li s-sehem tal-Komunità jinġarr mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Is-sehem tal-Komunità għandu jinġarr mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fil-każ li fi żmien sena mid-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni ma twettaqx waħda minn dawn l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

titlob informazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament ta’ bażi,

(b)

tgħarraf bil-miktub lill-Istat Membru dwar l-intenzjoni tagħha li tiftaħ inkjesta fir-rigward ta’ dak l-ammont,

(c)

titlob lill-Istat Membru biex ikompli bil-proċedura ta’ rkupru.

Il-limitu ta' skadenza ta' sena ma għandux japplika f'każijiet suspettati jew stabbiliti ta' frodi.

2b.   Għall-finijiet tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom sad-data meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni għandhom jikkonvertu l-ammonti fil-munita nazzjonali għall-euro billi jużaw ir-rata tal-kambju msemmija fl-Artikolu 95(3) tar-Regolament ta’ bażi. Fejn l-ammonti jirrelataw man-nefqa rreġistrata fil-kontijiet tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni matul aktar minn xahar wieħed, tista' tintuża r-rata tal-kambju li ntużat fix-xahar li matulu n-nefqa kienet irreġistrata l-aħħar.”

3.

L-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punti (l) sa (o) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(l)

in-nefqa totali eliġibbli u l-kontribuzzjoni pubblika approvata għall-operazzjoni flimkien mal-ammont korrispondenti tal-kontribuzzjoni Komunitarja;

(m)

in-nefqa u l-kontribuzzjoni pubblika ċċertifikata lill-Kummissjoni li huma affettwati mill-irregolarità u l-ammont korrispondenti tal-kontribuzzjoni Komunitarja fir-riskju;

(n)

f’każ ta’ suspett ta’ frodi u fejn ma sar l-ebda pagament tal-kontribuzzjoni pubblika lil nies jew entitajiet oħra identifikati fil-punt (k), l-ammonti li setgħu tħallsu b'mod mhux dovut likieku l-irregolarità ma kinitx ġiet identifikata;

(o)

il-kodiċi tar-reġjun jew taż-żona fejn ġiet allokata jew fejn twettqet l-operazzjoni, billi jiġi speċifikat il-livell ta' NUTS jew b'xi mod ieħor;”

(b)

Fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(b)

każijiet li b’mod volontarju jinġiebu għall-attenzjoni tal-awtorità tal-ġestjoni jew tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni mill-benefiċjarju u qabel l-iskoperta minn kwalunkwe waħda minnhom, kemm qabel kif ukoll wara l-inklużjoni tan-nefqa konċernata f'dikjarazzjoni ċċertifikata ppreżentata lill-Kummissjoni;

(c)

każijiet li huma skoperti u kkoreġuti mill-awtorità tal-ġestjoni jew l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni qabel l-inklużjoni tan-nefqa konċernata f’dikjarazzjoni tan-nefqa ppreżentata lill-Kummissjoni.”

(c)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fejn parti mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u b’mod partikolari l-informazzjoni li tikkonċerna l-prattiki użati fit-twettiq tal-irregolarità u l-mod li bih ġiet skoperta, mhumiex disponibbli jew għandhom bżonn jitranġaw, l-Istati Membri għandhom, safejn jistgħu, jipprovdu l-informazzjoni nieqsa jew dik korretta meta jippreżentaw ir-rapporti sussegwenti ta’ kull tliet xhur dwar l-irregolaritajiet lill-Kummissjoni.”

4.

L-Artikolu 57 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 57

Rappurtar ta' segwitu

1.   B'żieda mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn wara l-għeluq ta' kull perjodu ta’ tliet xhur, b'referenza għal kwalunkwe rapport magħmul qabel skont dak l-Artikolu, dwar dettalji li jikkonċernaw il-bidu, il-konklużjoni jew l-abbandun ta' kwalunkwe proċedura biex jiġu imposti penali amministrattivi jew kriminali relatati mal-irregolaritajiet irrappurtati kif ukoll mal-eżitu ta' tali proċeduri.

Fir-rigward tal-irregolaritajiet li għalihom ġew imposti penali, l-Istati Membri għandhom ukoll jindikaw dan li ġej:

(a)

jekk il-penali humiex ta' natura amministrattiva jew kriminali;

(b)

jekk il-penali jirriżultawx minn ksur tal-liġi Komunitarja jew nazzjonali;

(c)

referenza għad-dispożizzjonijiet fejn huma stabbiliti l-penali;

(d)

jekk ġiex stabbilit li kien hemm frodi.

2.   Għat-talba bil-miktub tal-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi informazzjoni fir-rigward ta' irregolarità speċifika jew grupp ta' irregolaritajiet.”

5.

L-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kooperazzjoni mal-Istati Membri”

(b)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Bla ħsara għall-kuntatti msemmija fil-paragrafu 1, fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li, minħabba n-natura tal-irregolarità jistgħu jseħħu prattiki identiċi jew simili fi Stati Membri oħra, hija għandha tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat konsultattiv għall-Koordinazzjoni tal-prevenzjoni ta' frodi stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/140/KE (*1).

Kull sena l-Kummissjoni għandha tinforma lil dak il-Kumitat u lill-kumitati msemmija fl-Artikolu 101 tar-Regolament ta’ bażi bil-mertu tal-kobor tal-irregolaritajiet li jaffettwaw il-Fond li ġew skoperti u bil-kategoriji diversi tal-irregolaritajiet, maqsuma skont it-tip u n-numru.

(*1)   ĠU L 61, 4.3.1994, p. 27.” "

6.

L-Artikolu 62 huwa mħassar.

7.

L-Artikolu 63 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi huma mħassra;

(b)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħom sad-data meta jiġi ppreżentat ir-rapport skont l-Artikolu 55(1) għandhom jikkonvertu l-ammonti fil-munita nazzjonali għall-euro billi jużaw ir-rata tal-kambju msemmija fl-Artikolu 95 (3) tar-Regolament ta’ bażi.

Fejn l-ammonti jirrelataw man-nefqa rreġistrata fil-kontijiet tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni matul aktar minn xahar wieħed, tista' tintuża r-rata tal-kambju li ntużat fix-xahar li matulu n-nefqa kienet irreġistrata l-aħħar. Fejn in-nefqa ma ġietx irreġistrata fil-kontijiet tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, għandha tintuża’ r-rata l-aktar riċenti tal-kambju tal-kontijiet ippubblikata b’mod elettroniku mill-Kummissjoni.”

8.

L-Anness X huwa sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 12.7.1994, p. 43.

(3)   ĠU L 120, 10.5.2007, p. 1.


ANNESS

“ANNESS X

DIKJARAZZJONI ANNWALI DWAR L-AMMONTI RTIRATI U RKUPRATI, IRKUPRAR PENDENTI U AMMONTI LI MA JISTGĦUX JIĠU RKUPRATI SKONT L-ARTIKOLU 46(2)

1.   Ammonti rtirati għas-sena 20… imnaqqsa minn dikjarazzjonijiet tan-nefqa għal reġjuni eliġibbli:

Irtirar (1)

Taħt l-objettiv tal-konverġenza

a

b

c

d

e

f

g

L-assi prijoritarju

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa mħallsa mill-benefiċjarji li ġie rtirat (2)

Il-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti rtirata f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti rtirata f’EUR (3)

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa rtirata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (4)

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni pubblika korrispondenti relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (5)

1

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

Taħt l-objettiv li mhux tal-Konverġenza

a

b

c

d

e

f

g

L-assi prijoritarju

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa mħallsa mill-benefiċjarji li ġie rtirat (2)

Il-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti rtirata f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti rtirata (3) f’EUR

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa rtirata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (4)

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni pubblika korrispondenti relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (5)

1

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 


2.   Ammonti rkuprati għas-sena 20… imnaqqsa minn dikjarazzjonijiet tan-nefqa għal reġjuni eliġibbli:

Irkupri (6)

Taħt l-objettiv tal-konverġenza

h

i

j

k

l

m

n

L-assi prijoritarju

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa mħallsa mill-benefiċjarji (7)

Il-kontribuzzjoni pubblika rkuprata (8) f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti rkuprata (9) f’EUR

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (10)

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni pubblika rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (11)

L-ammont f’EUR ta’ nefqa korrispondenti tal-FES irkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (12)

1

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

Taħt l-objettiv li mhux tal-Konverġenza

h

i

j

k

l

m

n

L-assi prijoritarju

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa mħallsa mill-benefiċjarji (7)

Il-kontribuzzjoni pubblika rkuprata (8) f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti rkuprata (9) f’EUR

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (10)

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni pubblika rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (11)

L-ammont f’EUR ta’ nefqa korrispondenti tal-FES irkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (12)

1

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 


3.   L-irkupri pendenti fil-31.12.20…

Konverġenza

a

b

c

d

e

f

g

h

L-assi prijoritarju

Is-sena tat-tnedija tal-proċedimenti ta’ rkupru

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa eliġibbli mħallsa mill-benefiċjarji (13)

Il-kontribuzzjoni pubblika li trid tigi rkuprata (14) f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti li trid tigi rkuprata (15) f’EUR

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (16)

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni pubblika li trid tiġi rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (17)

L-ammont f’EUR ta’ nefqa korrispondenti tal-FES li trid tiġi rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (18)

1

2007

 

 

 

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

2007

 

 

 

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

2007

 

 

 

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

Mhux ta' Konverġenza

a

b

c

d

e

f

g

h

L-assi prijoritarju

Is-sena tat-tnedija tal-proċedimenti ta’ rkupru

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa eliġibbli mħallsa mill-benefiċjarji (13)

Il-kontribuzzjoni pubblika li trid tigi rkuprata (14) f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti li trid tigi rkuprata (15) f’EUR

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (16)

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni pubblika li trid tiġi rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (17)

L-ammont f’EUR ta’ nefqa korrispondenti tal-FES li trid tiġi rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (18)

1

2007

 

 

 

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

2007

 

 

 

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

2007

 

 

 

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 


4.   L-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati fil-31.12.20..

Konverġenza

a

b

c

d

e

f

g

h

i

j

k

l

In-numru tal-operazzjoni

L-assi prijoritarju

In-numru ta' identifikazzjoni tal-irregolarità jekk applikabbli (19)

Is-sena tat-tnedija tal-proċedimenti ta’ rkupru

In-nefqa totali mħallsa f’EUR mill-benefiċjarji ddikjarati li ma jistgħux jiġu rkuprati (20)

Il-kontribuzzjoni pubblika ddikjarata li ma tistax tiġi rkuprata (21) f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti ddikjarata li ma tistax tiġi rkuprata (22) f’EUR

Id-data tal-aħħar pagament ta’ kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju

Id-data li fiha ġie ddikjarat li l-ispejjeż ma jistgħux jiġu rkuprati

Ir-raġuni għaliex ma jistgħux jiġu rkuprati

Il-miżuri ta’ rkupru meħuda inkluża d-data tal-ordni ta’ rkupru

Indika jekk is-sehem tal-Komunità għandux jitħallas mill-baġit tal-UE (Iva/Le)

X

 

 

20..

 

 

 

 

 

 

 

 

Y

 

 

20..

 

 

 

 

 

 

 

 

Z

 

 

20..

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mhux ta' Konverġenza

a

b

c

d

e

f

g

h

i

j

k

l

In-numru tal-operazzjoni

L-assi prijoritarju

In-numru ta' identifikazzjoni tal-irregolarità jekk applikabbli (19)

Is-sena tat-tnedija tal-proċedimenti ta’ rkupru

In-nefqa totali mħallsa f’EUR mill-benefiċjarji ddikjarati li ma jistgħux jiġu rkuprati (20)

Il-kontribuzzjoni pubblika ddikjarata li ma tistax tiġi rkuprata (21) f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti ddikjarata li ma tistax tiġi rkuprata (22) f’EUR

Id-data tal-aħħar pagament ta’ kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju

Id-data li fiha ġie ddikjarat li l-ispejjeż ma jistgħux jiġu rkuprati

Ir-raġuni għaliex ma jistgħux jiġu rkuprati

Il-miżuri ta’ rkupru meħuda inkluża d-data tal-ordni ta’ rkupru

Indika jekk is-sehem tal-Komunità għandux jitħallas mill-baġit tal-UE (Iva/Le)

X

 

 

20..

 

 

 

 

 

 

 

 

Y

 

 

20..

 

 

 

 

 

 

 

 

Z

 

 

20..

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Din it-tabella (irtirar) għandha timtela’ b’rabta man-nefqa li diġà ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni u li ġiet irtirata mill-programm wara li ġiet skoperta l-irregolarità. Jekk timtela’ t-tabella 1, ma hemmx bżonn li wieħed jimla’ t-tabelli 2, 3 u 4.

(2)  Dan l-ammont huwa l-ammont totali tan-nefqa li diġà ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni, li ġie affettwat minn irregolaritajiet u li ġie rtirat.

(3)  Dan l-ammont huwa l-parti FES tan-nefqa li diġà ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni, li kien affettwat minn irregolaritajiet u li ġie rtirat.

(4)  Dan l-ammont huwa l-parti tal-ammont fil-kolonna b) li ġie rrapportat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(5)  Dan l-ammont huwa l-parti tal-ammont fil-kolonna d) li ġie rrapportat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(6)  Din it-tabella (irkupri) għandha timtela b’rabta man-nefqa li għalissa tħalliet fil-programnm sakemm isir magħruf ir-riżultat tal-proċedimenti dwar l-irkupru u li kien imnaqqas wara l-irkupru. Jekk timtela’ t-tabella 2, ma hemmx bżonn li wieħed jimla’ t-tabelli 1, 3 u 4 ta’ dan l-anness.

(7)  Dan l-ammont huwa l-ammont totali tan-nefqa li diġà ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni, li kien affettwat minn irregolaritajiet u li fir-rigward tagħhom il-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti kienet rkuprata.

(8)  Dan huwa l-ammont ta’ kontribuzzjoni pubblika rkuprat b’mod effettiv mill-benefiċjarju.

(9)  Dan l-ammont huwa l-parti korrispondenti tal-FES tan-nefqa li diġà ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni, li kien affettwat minn irregolaritajiet u li kien irkuprat.

(10)  Dan l-ammont huwa l-parti tal-ammont fil-kolonna i) li ġie rrappurtat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(11)  Dan l-ammont huwa l-parti tal-ammont fil-kolonna j) li kien irrappurtat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(12)  Dan l-ammont huwa l-parti tal-ammont fil-kolonna k) li kien irrappurtat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(13)  Dan l-ammont huwa n-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju u li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni pubblika fil-kolonna d).

(14)  Din hija l-kontribuzzjoni pubblika suġġetta għal proċedimenti ta’ rkupru fil-livell tal-benefiċjarju.

(15)  Din hija l-kontribuzzjoni tal-FES suġġetta għal proċedimenti ta’ rkupru fil-livell tal-benefiċjarju

(16)  Dan l-ammont jirrelata għall-parti tal-ammont fil-kolonna c) li kien irrappurtat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(17)  Dan l-ammont jirrelata għall-parti tal-ammont fil-kolonna d) li kien irrappurtat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(18)  Dan l-ammont jirrelata għall-parti tal-ammont fil-kolonna e) li kien irrappurtat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(19)  Dan huwa n-numru ta’ referenza attribwit lill-irregolarità jew identifikazzjoni oħra msemmija fl-Artikolu 40(4) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(20)  Dan l-ammont huwa l-ammont ta’ nefqa mħallas mill-benefiċjarju u li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni pubblika fil-kolonna f).

(21)  Dan huwa l-ammont ta' kontribuzzjoni pubblika mħallas li dwaru kien stabbilit li ma setax jiġi rkuprat jew li mhuwiex mistenni jiġi rkuprat.

(22)  Dan huwa l-ammont ta’ kontribuzzjoni tal-FES imħallas li dwaru kien stabbilit li ma setax jiġi rkuprat jew li mhuwiex mistenni jiġi rkuprat.”


Top