This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R1149
Commission Regulation (EU) No 1149/2010 of 3 December 2010 establishing a prohibition of fishing for black scabbardfish in Community waters and waters not under the sovereignty or jurisdiction of third countries of V, VI, VII and XII by vessels flying the flag of Spain
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1149/2010 tat- 3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Komunità u f’dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni V, VI, VII u XII min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1149/2010 tat- 3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Komunità u f’dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni V, VI, VII u XII min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
ĠU L 322, 8.12.2010, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010
8.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/34 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1149/2010
tat-3 ta’ Diċembru 2010
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Komunità u f’dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni V, VI, VII u XII min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2009 u l-2010. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010. |
(3) |
Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.
ANNESS
Nru |
25/T&Q |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk |
BSF/56712- |
Speċi |
Ċinturin iswed (Aphanopus carbo) |
Żona |
Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni V, VI, VII u XII |
Data |
27.6.2010 |