This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0822
Commission Regulation (EU) No 822/2010 of 17 September 2010 amending Regulation (EC) No 198/2006 implementing Regulation (EC) No 1552/2005 of the European Parliament and of the Council on statistics relating to vocational training in enterprises, as regards the data to be collected, the sampling, precision and quality requirements Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 822/2010 tas- 17 ta' Settembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 198/2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika marbuta mat-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi, fir-rigward tad-dejta li trid tinġabar, ir-rekwiżiti dwar teħid ta' kampjuni, il-preċiżjoni u l-kwalità Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 822/2010 tas- 17 ta' Settembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 198/2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika marbuta mat-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi, fir-rigward tad-dejta li trid tinġabar, ir-rekwiżiti dwar teħid ta' kampjuni, il-preċiżjoni u l-kwalità Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 246, 18.9.2010, p. 18–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
18.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 822/2010
tas-17 ta' Settembru 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 198/2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika marbuta mat-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi, fir-rigward tad-dejta li trid tinġabar, ir-rekwiżiti dwar teħid ta' kampjuni, il-preċiżjoni u l-kwalità
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar l-istatistika marbuta mat-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3), 8(2), 9(4), tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 198/2006 tat-3 ta' Frar 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika marbuta ma' taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi (2) jiddefinixxi d-dejta speċifika li trid tinġabar fir-rigward tal-intrapriżi li joffru taħriġ u dawk li ma joffrux u tal-forom differenti ta' taħriġ vokazzjonali, ir-rekwiżiti dwar teħid ta' kampjuni u l-preċiżjoni, ir-rekwiżiti dwar il-kwalità fir-rigward tad-dejta li trid tinġabar, l-istruttura tar-rapporti dwar il-kwalità. |
(3) |
Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifika statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Reviżjoni 2 (3), għandhom jiġu adottati l-ispeċifikazzjonijiet fid-dettall tal-kategoriji NACE Rev. 2 u l-klassijiet ta' daqs li fihom jistgħu jinqasmu r-riżultati. |
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi d-dejta speċifika li trid tinġabar dwar l-intrapriżi li joffru taħriġ u dawk li ma joffrux u dwar il-forom differenti ta’ taħriġ vokazzjonali. |
(5) |
Għandhom jiġu adottati l-miżuri ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta' kwalità għad-dejta li trid tinġabar u tintbagħat għall-istatistika Ewropea dwar it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi, l-istruttura tar-rapporti dwar il-kwalità u kull miżura meħtieġa biex tkun evalwata jew imtejba l-kwalità tad-dejta. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (4) jiddefinixxi strument statistiku ġdid dwar il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja. |
(7) |
Fid-dawl tat-tagħrif li jrid isir disponibbli permezz tar-Regolament (KE) Nru 452/2008 kif ukoll tal-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità tar-riżultati dwar it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi u jitnaqqas il-piż statistiku fuq l-intrapriżi, jixraq li jiġu modifikati l-iskema ta' kodifikazzjoni u r-rekwiżiti ta' teħid ta' kampjuni, preċiżjoni u kwalità. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 198/2006 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jinbidlu bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 1.
(3) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 145, 4.6.2008, p. 227.
ANNESS
1. |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS I VARJABBLI Nota dwar l-iskeda: It-tifsira tal-valuri ‘bażi’ u ‘ewlenija’ fil-kolonna ‘grupp ta' varjabbli’ tingħata fl-Anness III. Il-valur ‘ID’ ifisser li l-varjabbli hija ‘varjabbli ta' identifikazzjoni’ (dejta nieqsa mhux aċċettata). Fil-kolonna ‘Tip ta' varjabbli’ il-valur ‘QL’ jirreferi għal ‘Varjabbli kwalitattiva’ tat-tip Iva/Le, ‘QM’ għal ‘Varjabbli kwalitattiva’ b'kategoriji multipli kif deskritt fl-iskeda u ‘QT’ tirreferi għal ‘Varjabbli kwantitattiva’. TVS tfisser Taħriġ Vokazzjonali Ssoktat. NACE tirreferi għall-attività ekonomika skont NACE Rev 2. 1. Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: karatteristiċi tal-kampjun
2. Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: dejta kontestwali
3. Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: Strateġiji TVS
4. Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: Karatteristiċi TVS
It-taqsimiet 5 u 6 li ġejjin għandhom jiġu indirizzati lill-intrapriżi li jipprovdu korsijiet TVS fis-sena ta' referenza [(B1a jew B1b) = IVA]. It-taqsima 7 għandha tiġi indirizzata lill-intrapriżi kollha ta' taħriġ fis-sena ta' referenza, jiġifieri:
It-taqsima 8 għandha tiġi indirizzata lill-intrapriżi li ma jipprovdux taħriġ. 5. Varjabbli li jridu jinġabru minn intrapriżi li pprovdew korsijiet TVS: parteċipanti, suġġetti u organizzaturi TVS
6. Varjabbli li jridu jinġabru minn intrapriżi li pprovdew korsijiet TVS: spejjeż TVS
7. Varjabbli li jridu jinġabru minn intrapriżi li pprovdew korsijiet TVS jew forom oħra ta' TVS: kwalità, riżultati u diffikultajiet ta' TVS
8. Varjabbli li jridu jinġabru minn intrapriżi li ma joffrux taħriġ: raġunijiet għaliex ma joffrux attivitajiet ta' TVS
9. Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: TVI
Varjabbli mhux obbligatorji L-Istati Membri jistgħu jittrażmettu varjabbli komplementari lill-Kummissjoni (Eurostat) fuq bażi mhux obbligatorja taħt format armonizzat kif deskritt fil-‘Manwal tal-Unjoni Ewropea’ imsemmi fl-Artikolu 8.” |
2. |
L-ANNESS II tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS II KAMPJUN
|
3. |
L-ANNESS III tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS III Prinċipji ta' attribuzzjoni u differenzjazzjoni ta' reġistrazzjonijiet Il-pajjiżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex ma jkunx hemm nuqqas ta’ tweġib għal xi parti jew unità. Qabel l-attribuzzjoni l-pajjiżi għandhom jagħmlu l-isforzi kollha raġjonevoli biex jużaw sorsi oħra ta’ dejta. Il-varjabbli bażiċi li għalihom la se jiġi aċċettat valur nieqes u lanqas mhi se tkun permessa l-attribuzzjoni huma:
Il-varjabbli ewlenin, li għalihom għandu jsir kull sforz biex ikunu evitati valuri nieqsa u li għalihom hija rrakkomandata l-attribuzzjoni huma:
L-attribuzzjoni għan-nuqqas ta' tweġib ta' parti għandha tkun rrakkomandata ġewwa l-limiti ġenerali li ġejjin:
Il-varjabbli kwalitattivi u kwantitattivi huma identifikati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw u jittrażmettu valur li jrid jiġi applikat għal kull reġistrazzjoni ta' dejta flimkien ma' xi varjabbli awżiljari, li setgħu ntużaw fil-kalkolu ta' dan il-valur. Dawn il-varjabbli awżiljari għandhom jiġu reġistrati bħala l-varjabbli RESPEXTRA1, RESPEXTRA2, RESPEXTRA3 skont kif meħtieġ. Il-metodoloġija adottata għall-iffissar tal-valuri għandha tingħata fid-dettall fir-rapport dwar il-kwalità.” |
4. |
L-ANNESS V tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS V FORMAT TAR-RAPPORT DWAR IL-KWALITÀ L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapporti dwar il-kwalità li jridu jinkitbu skont format standard ta' rappurtaġġ dwar il-kwalità pprovdut mill-Kummissjoni (Eurostat). Kopja tal-kwestjonarju nazzjonali għandha tkun mehmuża mar-rapport dwar il-kwalità. 1. RILEVANZA L-implimentazzjoni tal-istħarriġ u l-livell sa fejn l-istatistika tilħaq il-ħtiġjiet attwali u potenzjali tal-utenti. Dan ikopri deskrizzjoni tal-utenti u l-ħtiġijiet individwali tagħhom kif ukoll valutazzjoni dwar sa liema livell intlaħqu dawn il-ħtiġijiet. 2. PREĊIŻJONI 2.1. Żbalji fit-teħid ta' kampjuni Dan l-aspett ikopri:
Skedi li jridu jkunu pprovduti (skont il-kategoriji NACE Rev.2 u l-klassi ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid ta' kampjuni):
Skedi li jridu jkunu pprovduti (skont il-kategoriji NACE Rev.2 u l-klassi ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid ta' kampjuni, iżda allokazzjoni skont il-karatteristiċi tal-intrapriża osservati):
2.2. Żbalji mhux fit-teħid ta' kampjuni 2.2.1. Żbalji fil-kopertura Dan l-aspett ikopri:
Skedi li jridu jkunu pprovduti (skont il-kategoriji NACE Rev.2 u l-klassi ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid ta' kampjuni, iżda allokazzjoni skont il-karatteristiċi tal-intrapriża osservati):
2.2.2. Żbalji ta' qies Fejn xieraq issir valutazzjoni tal-iżbalji li seħħew fl-istadju tal-ġbir tad-dejta minħabba, pereżempju:
2.2.3. Żbalji ta' pproċessar Dan l-aspett ikopri deskrizzjoni tal-proċess ta' editjar tad-dejta bħas-sistema ta' pproċessar u strumenti użati, żbalji minnħabba kodifikazzjoni, editjar, differenzjazzjoni jew tabulazzjoni, kontrolli tal-kwalità fil-livell makro/mikro u korrezzjonijiet/editjar li falla. 2.2.4. Żbalji minħabba nuqqas ta’ tweġib Dan l-aspett ikopri valutazzjoni ta' nuqqas ta' tweġib ta' unità u nuqqas ta' tweġib ta' parti u deskrizzjoni tal-miżuri meħuda dwar “kuntatti mill-ġdid” kif ukoll:
Skedi li jridu jkunu pprovduti (skont il-kategoriji NACE Rev.2 u l-klassi ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid tal-kampjuni, iżda allokazzjoni skont il-karatteristiċi tal-intrapriża osservati):
3. ŻMIEN OPPORTUN U PUNTWALITÀ Dan l-aspett ikopri skeda ta' dati ta' meta bdiet u waslet fit-tmiem kull waħda mill-fażijiet li ġejjin tal-proġett bħal ħidma diretta fuq il-post (meqjusa l-modi differenti ta' ġbir ta' dejta), it-tfakkirijiet u s-segwitu, l-iċċekkjar u l-editjar ta' dejta, aktar validazzjoni u attribuzzjoni, stħarriġ dwar nuqqas ta' tweġib (skont il-każ) u stimi kif ukoll trażmissjoni ta' dejta lill-Eurostat u xandir ta' riżultati nazzjonali. 4. AĊĊESSIBILITÀ U ĊAREZZA Dan l-aspett ikopri t-tip ta' riżultati mibgħuta lill-intrapriżi, skema ta' xandir ta' riżultati u kopja ta' kwalunkwe dokument metodoloġiku marbut mal-istatistika pprovduta. 5. KOMPARABILITÀ Dan l-aspett ikopri d-devjazzjonijiet mill-kwestjonarju standard Ewropew u definizzjonijiet pprovduti fil-manwal imsemmi fl-Artikolu 8 u deskrizzjoni ta' rbit ma' għejjun statistiċi oħrajn (użu ta' ċerta dejta disponibbli fir-reġistri, stħarriġ marbut ma' stħarriġ nazzjonali ieħor). 6. KOERENZA Dan l-aspett ikopri tqabbil tal-istatistika għall-istess fenomenu jew parti minn stħarriġ jew sorsi oħrajn u valutazzjoni ta' koerenza mal-istatistika dwar l-istruttura tal-impriżi għall-għadd ta' persuni impjegati bħala funzjoni tal-kategorija NACE Rev.2 u klassi ta' daqs. Skedi li jipprovdu (maqsuma skont il-kategoriji tan-NACE Rev. 2 u l-klassijiet ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid ta' kampjuni, iżda l-allokazzjoni ssir skont il-karatteristiċi tal-intrapriża osservati):
7. SPEJJEŻ U PIŻ Dan l-aspett ikopri analiżi tal-piż u l-benefiċċju fil-livell nazzjonali pereżempju permezz ta' konsiderazzjoni tal-ħin medju għat-tweġib ta' kull kwestjonarju, mistoqsijiet u varjabbli problematiċi, l-aktar/l-anqas varjabbli utli fid-deskrizzjoni tat-TVS fil-livell nazzjonali, stima tal-livell jew il-livell attwali ta' sodisfazzjon tal-utenti tad-dejta fil-livell nazzjonali, differenza ta' piż bejn l-intrapriżi żgħar u kbar u sforzi magħmula biex jonqos il-piż. (2) Il-koeffiċjent ta' varjazzjoni huwa l-proporzjon tar-radiċi kwadrata tal-varjanza tal-istimatur mal-valur mistenni. L-istima tiegħu tinħadem permezz tal-proporzjon tar-radiċi kwadrata tal-istima tal-varjanza tal-kampjun mal-istima tal-valur. L-istima tal-varjanza tal-kampjun trid tqis il-pjan tal-kampjun u l-bidliet fl-istrati." (3) Ir-rata ta’ tweġib ta' unità hija l-proporzjon tal-għadd ta’ dawk li wieġbu li jinsabu fl-ambitu tal-istħarriġ mill-għadd ta' kwestjonarji mibgħuta lil dawk magħżula." (4) Ir-rata ta’ tweġib ta' parti għal varjabbli partikolari hija l-proporzjon tal-għadd ta' dejta disponibbli mal-għadd ta' dejta disponibbli u nieqsa (ugwali għall-għadd ta’ dawk li ntalbu jwieġbu fl-ambitu tal-istħarriġ)”" |