This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0760
2010/760/EU: Commission Decision of 6 December 2010 on the duty-free importation of goods intended to be distributed or made available free of charge to victims of the floods which occurred in Spring 2010 in Hungary (notified under document C(2010) 8482)
2010/760/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Diċembru 2010 dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju maħsuba biex jitqassmu jew biex ikunu disponibbli mingħajr ħlas għall-vittmi tal-għarar li seħħ fir-Rebbiegħa tal-2010 fl-Ungerija (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8482)
2010/760/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Diċembru 2010 dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju maħsuba biex jitqassmu jew biex ikunu disponibbli mingħajr ħlas għall-vittmi tal-għarar li seħħ fir-Rebbiegħa tal-2010 fl-Ungerija (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8482)
ĠU L 322, 8.12.2010, p. 46–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010
8.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Diċembru 2010
dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju maħsuba biex jitqassmu jew biex ikunu disponibbli mingħajr ħlas għall-vittmi tal-għarar li seħħ fir-Rebbiegħa tal-2010 fl-Ungerija
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8482)
(It-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku)
(2010/760/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talba tat-2 ta’ Ġunju 2010 magħmula mill-Gvern tal-Ungerija, għall-importazzjoni bla dazju ta’ oġġetti maħsuba biex ikunu disponibbli mingħajr ħlas għall-vittmi tal-għarar li seħħ fir-Rebbiegħa tal-2010 fl-Ungerija,
Billi:
(1) |
L-għarar jikkostitwixxi diżastru skont it-tifsira tal-Kapitolu XVII C tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009; billi, konsegwentament hemm raġuni għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 74 sa 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 msemmi hawn fuq. |
(2) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun infurmata kif xieraq dwar l-użu tal-oġġetti ammessi bla dazju, il-Gvern tal-Ungerija għandu jikkomunika l-miżuri meħuda sabiex jipprevjeni li dawn l-oġġetti impurtati bla dazju jiġu użati b’mod differenti mill-użu stabbilit. |
(3) |
Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata wkoll dwar il-livell u n-natura tal-importazzjonijiet li jkunu saru. |
(4) |
L-Istati Membri l-oħra ġew ikkonsultati kif stabbilit fl-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-oġġetti impurtati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa mill-entitajiet tal-Istat jew l-organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet Ungeriżi kompetenti bl-iskop li huma jqassmuhom mingħajr ħlas lill-vittmi tal-għarar li seħħ fir-Rebbiegħa tal-2010 fl-Ungerija, jew li jkunu disponibbli għalihom mingħajr ħlas filwaqt li jibqgħu l-proprjetà tal-organizzazzjonijiet ikkonċernati, għandhom ikunu ammessi bla dazji fuq l-importazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.
2. L-oġġetti impurtati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa minn aġenziji ta’ assistenza sabiex jilħqu l-ħtiġijiet tagħhom matul il-perjodu tal-attività tagħhom għandhom ukoll ikunu ammessi bla dazju.
Artikolu 2
Il-Gvern tal-Ungerija għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2011, il-lista tal-organizzazzjonijiet approvati msemmija fl-Artikolu 1(1).
Artikolu 3
Il-Gvern tal-Ungerija għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2011, skont kategorija wiesgħa ta’ prodotti, l-informazzjoni kollha relatata man-natura u l-kwantitajiet ta’ diversi oġġetti ammessi bla dazju f’konformità mal-Artikolu 1.
Artikolu 4
Il-Gvern tal-Ungerija għandu jinforma lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2011, bil-miżuri li qed jieħu sabiex jiżgura li l-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 qed jiġu rrispettati.
Artikolu 5
L-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni għandu japplika għall-importazzjonijiet li jsiru fl-1 ta’ Mejju 2010 jew wara, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.