EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0724

2010/724/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Novembru 2010 fuq il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-emenda tal-Anness 6 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli

ĠU L 312, 27.11.2010, p. 31–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/724/oj

27.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Novembru 2010

fuq il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-emenda tal-Anness 6 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli

(2010/724/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-sebà ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (2) (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim dwar l-Agrikoltura”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

L-Artikolu 6 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura jistabbilixxi Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura u jiżgura li l-ftehim jitħaddem bla xkiel.

(3)

L-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura jippermetti lill-Kumitat Konġunt biex permezz ta’ deċiżjoni jemenda l-Annessi u l-Appendiċijiet mal-Annessi tal-Ftehim.

(4)

Il-Kumitat Konġunt riċentament iddecieda li jemenda l-Artikoli 2 u 3 tal-Appendiċijiet 1, 2, 3 u 4 mal-Anness 6 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

(5)

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2002/309/KE jistipula li biex tiġi adottata l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt biex jemenda l-Anness 6 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura, il-Kummissjoni għandha timxi mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (3) Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Oltikoltura u l-Foresterija stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 66/399/KEE (4).

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li għandha tittieħed mill-Kummissjoni fil-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura dwar l-emendi għall-Anness 6 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura għandhom ikunu definiti minn din id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Oltikoltura u l-Foresterija,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni fil-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura stabbilit bl-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli għandha tissejjes fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2010

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(3)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(4)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2289/66.


ANNESS

Proposta għal

ID-DEĊIŻJONI Nru …/2010 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA STABBILIT MILL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI

ta' …

dwar l-emendi għall-Anness 6

(…/…/…)

IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Anness 6 jikkonċerna żrieragħ u materjal tat-tnissil ta' speċi agrikoli, ta' ħxejjex, ta' frott u ta' pjanti ornamentali u ta' dwieli. L-imsemmi Anness 6 huwa supplimentat b’erba’ appendiċijiet.

(3)

L-Appendiċijiet mal-Anness 6 ġew sostwiti għall-ewwel darba mid-Deċiżjoni Nru 4/2004 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura, mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/660/KE (1)

(4)

L-Appendiċi 1, sezzjoni 1, tiddefinixxi l-leġislazzjoni taż-żewġ partijiet u tirrikonoxxi li l-ħtiġijiet preskritti f’dawk il-leġislazzjonijiet għandhom l-istess effetti.

(5)

L-Appendiċi 2 tagħti lista tal-ispezzjoni taż-żerriegħa u l-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-Partijiet.

(6)

L-Appendiċi 3 tagħti lista ta' derogi awtorizzati mill-Unjoni Ewropea u mill-Isvizzera.

(7)

L-Appendiċi 4 tagħti lista ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti miż-żewġ partijiet minn fejn iż-żerriegħa tista’ tiġi importata. Barra minn dan din tiddefinixxi l-ispeċi konċernati u l-ambitu tar-rikonoxximent.

(8)

Il-Partijiet ikkunsidraw li kien hemm bżonn ta' simplifikazzjoni tal-Appendiċi 2 li telenka l-korpi imsemmija fl-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3(1).

(9)

Il-Partijiet qiesu li d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi rispettivi tagħhom dwar il-materjali tat-tnissil tad-dwieli qed jiksbu l-istess effetti.

(10)

Il-Partijiet ikkommettew irwieħhombiex jiżguraw li l-kontrolli mal-fruntieri fuq żrieragħ tal-ispeċi li għalihom il-Partijiet irrikonoxxew il-konformità tal-leġislazzjoni tagħhom, elenkati fl-Appendiċi 1, sezzjoni 1, għandhom jiġu mneħħija

(11)

Sa mid-dħul fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2004, tad-Deċiżjoni Nru 4 imsemmija fuq, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-Partijiet elenkati fl-Appendiċijiet 1, 3 u 4 ġew emendati f'oqsma li jaffettwaw il-Ftehim.

(12)

Wara t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, il-listi tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti miż-żewġ partijiet għandhom jiġu emendati.

(13)

L-Artikoli 2 u 3 u l-Appendiċijiet 1, 2, 3 u 4 mal-Anness 6 għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex jikkunsidraw dawn it-tibdiliet varji,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(3) huwa mibdul b’dan li ġej:

“3.   L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni għandhom ikunu elenkati fl-Appendiċi 2. Lista tal-korpi responsabbli mill-kontrolli tal-konformità, aġġornata regolarment, tista' tinkiseb mill-Awtoritajiet imsemmija fl-Appendiċi 2.”

Artikolu 2

L-Artikolu 3(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   Kull Parti għandha tirrikonoxxi, fir-rigward tal-ispeċi koperti mill-leġislazzjoni elenkata fis-sezzjoni 2 tal-Appendiċi 1, iċ-ċertifikati kif inhuma definiti fil-paragrafu 2 li saru skont il-leġislazzjoni tal-ieħor mill-korpi imsemmija fl-Artikolu 2(3).”

Artikolu 3

L-Appendiċijiet mal-Anness 6 tal-Ftehim huma b'dan mibdula bit-testi tal-Appendiċijiet annessi ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011.

Magħmul fi Brussell, …

Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Paul VAN GELDORP

Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera

Jacques CHAVAZ

Is-segretarju tal-Kumitat

Malgorzata SLIWINSKA-KLENNER

Appendiċi 1

LEĠISLAZZJONI  (2)

Sezzjoni 1 (rikonoxximent tal-konformità tal-leġislazzjoni)

A.   DISPOŻIZZJONIJIET TAL-UNJONI

1.   Atti leġislattivi

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66).

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing [it-tqegħid fis-suq] taż-żerriegħa tal-ġwież [taċ-ċereali] (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66).

Id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta' April 1968 dwar il-marketing [it-tqegħid fis-suq] ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (ĠU L 93, 17.4.1968, p. 15).

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1).

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ [tqegħid] fis-suq ta' żerriegħa tal-pitravi (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12).

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ [it-tqegħid] fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60).

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing [it-tqegħid fis-suq] taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).

2.   Atti mhux leġislattivi

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/755/KEE tas-17 ta' Lulju 1980 li tawtorizza stampar li ma jitħassarx ta' informazzjoni preskritta fuq pakketti ta' żerriegħa taċ-ċereali (ĠU L 207, 9.8.1980, p. 37).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/675/KEE tat-28 ta' Lulju 1981 li tistabbilixxi li ċerti sistemi ta' siġillar huma sistemi li ma jistgħux jerġgħu jintużaw skont it-tifsira tad-Direttivi tal-Kunsill 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE (ĠU L 246, 29.8.1981, p. 26).

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/17/KEE tat-30 ta' Marzu 1993 li tistabbilixxi gradi ta' patata taż-żerriegha bażika tal-Komunità, flimkien mal-kundizzjonijiet u marki applikabbli għal dawn il-gradi (ĠU L 106, 30.4.1993, p. 7).

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/125/KE tal-24 ta' Jannar 1997 li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx tat-tagħrif preskritt fuq il-pakketti taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-ħjut [u tal-fibra] u li temenda d-Deċiżjoni 87/309/KEE li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx tat-tagħrif preskritt fuq il-pakketti ta' ċerti speċi ta' pjanti tal-għalf (ĠU L 48, 19.2.1997, p. 35).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuħ tar-raba’ li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi (OJ L 8, 14.1.2003, p. 10).

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/266/KE tas-17 ta' Marzu 2004 li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx ta' informazzjoni preskritta fuq pakketti li jkun fihom iż-żerriegħa ta' pjanti tal-għalf (ĠU L 83, 20.3.2004, p. 23.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/29/KE tal-4 ta' Marzu 2004 dwar id-determinazzjoni tal-karatteristiċi u kondizzjonijiet minimi għall-ispezzjoni ta' varjetajiet ta' dwieli (ĠU L 71, 10.3.2004, p. 22).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/842/KE tal-1 ta' Diċembru 2004 rigward l-implimentar ta' regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli jew speċi veġetali (ĠU L 362, 9.12.2004, p. 21).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/834/KE tat-8 ta' Novembru 2005 dwar l-ekwivalenza tal-kontrolli, rigward il-prattika għaż-żamma ta' varjetajiet, imwettqa f'pajjiżi terzi u li temenda d-Deċiżjoni 2003/17/KE (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 51).

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/47/KE tat-23 ta' Mejju 2006 li tistipula kundizzjonijiet speċjali rigward il-preżenza tal-Avena fatua fiż-żrieragħ taċ-ċereali (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 18).

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/124/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tillimita l-bejgħ [it-tqeghid fis-suq] taż-żerriegħa ta' ċertu speċi ta' magħlef [pjanti tal-għalf] u [pjanti] taż-żejt u tal-fibra għaż-żerriegħa li ġiet uffiċjalment iċċertifikata bħala żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 73).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 637/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jwaqqaf regoli ta' implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli u speċi ta' ħxejjex (ĠU L 191, 23.7.2009, p. 10).

B.   DISPOŻIZZJONIJIET SVIZZERI (3)

Il-Liġi Federali tad-29 ta' April 1998 dwar l-agrikoltura (RS 910.1).

L-Ordinanza tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar il-produzzjoni u d-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' materjal tat-tnissil ta' pjanti (RS 916 151).

L-Ordinanza DFE tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar żrieragħ u nebbieta ta' speċi tal-uċuħ tar-raba’ maħduma u pjanti tal-għalf (RS 916 151.1).

L-Ordinanza OFAG tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar il-katalogu tal-varjetajiet ta' ċereali, patata, pjanti tal-għalf, pjanti taż-żejt u tal-fibra u pitravi (RS 916 151.6).

L-Ordinanza DFE tat-2 ta' Novembru 2006 dwar il-produzzjoni u d-dħul fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa ta' materjal tat-tnissil tad-dwieli (RS 916 151.3).

Sezzjoni 2 (rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati)

A.   DISPOŻIZZJONIJIET TAL-UNJONI

1.   Atti leġislattivi

2.   Atti mhux leġislattivi

B.   DISPOŻIZZJONIJIET SVIZZERI

C.   ĊERTIFIKATI MEĦTIEĠA GĦALL-IMPORTAZZJONI

Appendiċi 2

L-AWTORITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2 PARAGRAFU 3

A.   L-UNJONI EWROPEA

IL-BELĠJU

Bureau de Coordination Agricole/Landbouwbureau

BCA/LB

Rue du Progrès 50/Vooruitgangstraat 50

City Atrium, 6ème étage/6de verdieping

1210 BRUXELLES/BRUSSEL

indirizz elettroniku: BCA-LB-COORD@spw.wallonie.be

IL-BULGARIJA

Executive Agency of Variety Testing,

Field Inspection and Seed Control

125, Tzarigradsko Shosse Blvd.

1113 Sofia

BULGARIA

Tel. + 359 2 870 03 75

Faks: + 359 2 870 65 17

indirizz elettroniku: iasas@iasas.government.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Central Institute for Supervising and Testing in Agriculture (Ústřední kontrolní a zkušební ústav zemědělský)

Division of Seed Materials and Planting Stock (Odbor osiv a sadby)

Za Opravnou 4

CZ-150 06 Praha 5 – Motol

ID-DANIMARKA

Ministry of Food, Agriculture and Fisheries

Plant Directorate

Skovbrynet 20

DK-2800 Kgs. Lyngby

Tel. + 45 45 26 36 00

Faks: + 45 45 26 36 10

indirizz elettroniku: meb@pdir.dk

IL-ĠERMANJA

Bundessortenamt

Osterfelddamm 80

30627 Hannover

Tel. + 49511-9566-50

Faks: + 49511 9566-9600

indirizz elettroniku: BSA@bundessortenamt.de

L-ESTONJA

Agricultural Board

Teaduse 2

Saku 75501 Harju county

ESTONIA

Faks ġenerali: + 372 6712 604

IL-GREĊJA

Ministry of Rural Development and Food

Directorate of Plant Production Inputs

6, Kapnokoptiriou Str

Athens 10433

Greece

Tel. + 302102124199,

Faks: + 302102124137

indirizz elettroniku: ax2u017@minagric.gr

SPANJA

Oficina Española de Variedades Vegetales

Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y Marino

c/Alfonso XII, 62

28014 Madrid

Tel. + 34913476659

Faks: + 34913476703

FRANZA

GNIS-Service Officiel de Contrôle et de Certification

44, rue du Louvre

F - 75001 PARIS

Tel. + 33 (0) 1 42 33 76 93

Faks: + 33 (0) 1 40 28 40 16

L-IRLANDA

Department of Agriculture, Fisheries and Food

Seed Certification Division

Backweston Farm

Leixlip

Co. Kildare

Republic of Ireland

Tel. + 353 1 6302900

Faks: + 353 1 6280634

L-ITALJA

Ente Nazionale Sementi Elette (ENSE),

Via Ugo Bassi

N. 8 20159 MILAN

ITALY

indirizz elettroniku: aff-gen@ense.it

ĊIPRU

Ministry of Agriculture

Natural Resources and Environment,

Department of Agriculture

Indirizz elettroniku: doagrg@da.moa.gov.cy

Tel. 00357 22 466249

Faks: 00357 22 343419

IL-LATVJA

State Plant Protection Service

Seed Control Department

Lielvardes street 36/38

Riga, LV – 1006

Tel. + 371-67113262

Fax + 371-67113085

e-mail: info@vaad.gov.lv

IL-LITWANJA

Ministry of Agriculture

State Seed and Grain Service

Ozo 4 A,

LT-08200 Vilnius

Tel./Faks: (+ 370 5) 2375631

IL-LUSSEMBURGU

Ministère de l'Agriculture

Administration des Services Techniques de l'Agriculture

Service de la Production Végétale

BP 1904

L-1019 Lussemburgu

Tel. + 352-457172-234

Faks: + 352-457172-341

L-UNGERIJA

Central Agricultural Office

Directorate of Plant Production and Horticulture

1024 Budapest

Keleti Károly u. 24.

HUNGARY

Tel. + 36 06 1 336 9114

Faks: + 36 06 1 336 9011

MALTA

Ministry for Resources and Rural Affairs

Plant Health Department

Seeds and other Propagation Material Unit

National Research and Development Centre

Għammieri, Marsa MRS 3300

MALTA

Tel. + 356 25904153

Faks: + 356 25904120.

indirizz elettroniku: spmu.mrra@gov.mt

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

Ministry of Agriculture, Nature and Food Quality

postbox 20401

2500 EK The Hague Netherlands

Tel. + 31 70 3785776

Faks: + 31 70 3786156

L-AWSTRIJA

Federal Office for Food Safety (Bundesamt für Ernährungssicherheit),

Seed Certification Department

Spargelfeldstraße 191

A-1220 Vienna

Tel. + 43 50555 31121

Faks: + 43 50555 34808

indirizz elettroniku: saatgut@baes.gv.at

IL-POLONJA

Plant Health and Seed Inspection Service

General Inspectorate

Al. Jana Pawła II 11, 00-828 Warszawa

Tel. 22 652-92-90, 22 620-28-24, 22 620-28-25

Faks: 22 654-52-21

indirizz elettroniku: gi@piorin.gov.pl

IL-PORTUGALL

Direcção-Geral de Agricultura e Desenvolvimento Rural

Direcção de Serviços de Fitossanidade e de Materiais de Propagação de Plantas

Edifício 1, Tapada da Ajuda

1349-018 Lisboa

Tel. + 351 21 361 20 00

Faks: + 351 21 361 32 77/22

IR-RUMANIJA

National Inspection for Quality of Seeds

Ministry of Agriculture and Rural Development

24 Blvd. Carol I, 70044 Bucharest

Romania

Tel. + 40 21 3078663

Faks: + 40 21 3078663

Indirizz elettroniku: incs@madr.ro

IS-SLOVENJA

Ministry for Agriculture,

Forestry and Food

Phytosanitary Administration of the Republic of Slovenia

Einspielerjeva 6

1000 Ljubljana

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA

Seed inspection and certification body of the Slovak Republic

Ústredný kontrolný a skúšobný ústav poľnohospodársky v Bratislave (UKSUP),

odbor osív a sadív

Central Controlling and Testing Institute in Agriculture in Braislava,

Department of Seeds and Planting Materials

Matúškova 21

833 16 Bratislava

Slovenská Repubblika

Tel. + 421259880255

IL-FINLANDJA

Ministry of Agriculture and Forestry

Department of Food and Health

PO Box 30

FI - 00023 GOVERNMENT

FINLAND

Tel. + 358-9-16001

Faks + 358-9-1605 3338

Indirizz elettroniku: elo.kirjaamo@mmm.fi

L-ISVEZJA

Swedish Board of Agriculture (Jordbruksverket)

Seed Division

Box 83

SE-268 22 Svalöv

SWEDEN

Faks: + 46 - (0)36 - 15 83 08

Indirizz elettroniku: utsadeskontroll@jordbruksverket.se

IR-RENJU UNIT

Food and Environment Research Agency

Seed Certification Team

Whitehouse Lane, Huntingdon Road

Cambridge CB3 0LF

Tel. + 44(0)1223 342379

Faks: + 44(0)1223 342386

Indirizz elettroniku: seed.cert@fera.gsi.gov.uk

B.   L-ISVIZZERA

Federal Office for Agriculture FOAG

Certification, Plant Health and Variety Rights Service

CH - 3003 Bern

Tel. (41) 31 322 25 50

Faks: (41) 31 322 26 34

Appendiċi 3

DEROGI

Derogi tal-Unjoni Ewropea permessi mill-Isvizzera  (4)

(a)

li jeżentaw lil ċerti Stati Membri mill-obbligu li japplikaw id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/54/KE u 2002/57/KE fuq it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf, ċereali dwieli pitravi u pjanti taż-żejt u l-fibra għal ċerti speċi:

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 69/270/KEE (ĠU L 220, 1.9.1969, p. 8)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 69/271/KEE (ĠU L 220, 1.9.1969, p. 9)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 69/272/KEE (ĠU L 220, 1.9.1969, p. 10)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 70/47/KEE (ĠU L 13, 19.1.1970, p. 26)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 70/48/KEE (ĠU L 13, 19.1.1970, p. 27)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 70/49/KEE (ĠU L 13, 19.1.1970, p. 28)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 70/93/KEE (ĠU L 25, 2.2.1970, p. 16)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 70/94/KEE (ĠU L 25, 2.2.1970, p. 17)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 70/481/KEE (ĠU L 237, 28.10.1970, p. 29)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 73/123/KEE (ĠU L 145, 2.6.1973, p. 43)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 74/5/KEE (ĠU L 12, 15.1.1974, p. 13)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 74/360/KEE (ĠU L 196, 19.7.1974, p. 18)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 74/361/KEE (ĠU L 196, 19.7.1974, p. 19)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 74/362/KEE (ĠU L 196, 19.7.1974, p. 20)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 74/491/KEE (ĠU L 267, 3.10.1974, p. 18)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 74/532/KEE (ĠU L 299, 7.11.1974, p. 14)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/301/KEE (ĠU L 68, 14.3.1980, p. 30)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/512/KEE (ĠU L 126, 21.5.1980, p. 15)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/153/KEE (ĠU L 115, 3.5.1986, p. 26)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/101/KEE (ĠU L 38, 10.2.1989, p. 37)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/325/KE (ĠU L 109, 29.4.2005, p. 1)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/886/KE (ĠU L 326, 13.12.2005, p. 39)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/931/KE (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 67)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/462/KE (ĠU L 160, 19.6.2008, p. 33)

(b)

li jawtorizzaw lil ċerti Stati Membri li jirrestrinġu l-bejgħ ta' żerriegħa ta' ċerti varjetajiet (cf. Katalogu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli, it-28 edizzjoni kompluta, kolonna 4 (ĠU C 302 A, 12.12.2009, p. 1);

(ċ)

li jawtorizzaw lil ċerti Stati Membri li jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti rigward il-preżenza tal-Avena fatua fiż-żerriegħa taċ-ċereali:

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 74/269/KEE (ĠU L 141, 24.5.1974, p. 20)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 74/531/KEE (ĠU L 299, 7.11.1974, p. 13)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/75/KE (ĠU L 60, 18.3.1995, p. 30)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/334/KE (ĠU L 127, 25.5.1996, p. 39)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/200/KE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 19)

(d)

li jawtorizzaw, fir-rigward tal-bejgħ ta' patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti ta' ċerti Stati Membri, miżuri aktar iebsa kontra ċerti mard barra minn dawk previsti f'Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE:

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/3/KE (ĠU L 2, 6.1.2004, p. 47);

(e)

l-awtorizzazzjoni biex tistma l-konformità mal-istandards tal-purità tal-varjetà għal żerriegħa ta' varjetajiet uniklonali apomiktiċi ta' Poa pratensis kif ukoll fuq il-bażi tar-riżultati tal-ittestjar taż-żerriegħa u tan-nebbieta.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/370/KEE (ĠU L 209, 6.8.1985, p. 41)

(f)

l-awtirizzazzjoni li teħles lir-Renju Unit minn ċerti obbligi għall-applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 66/402/KEE u 2002/57/KE fir-rigward tal- Avena strigosa Schreb.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/786/KE tas-26 ta' Ottubru 2009 (ĠU L 281, 28.10.2009, p. 5);

(g)

l-awtorizzazzjoni li teħles lil-Latvja minn ċerti obbligi biex japplika d-Direttivi tal-Kunsill 66/402/KEE u 2002/57/KE fir-rigward ta' Avena strigosa Schreb., Brassica nigra (L.) Koch u Helianthus annuus L.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/198/UE tas-6 ta' April 2010 (ĠU L 87, 7.4.2010, p. 34).

Appendiċi 4

LISTA TA' PAJJIŻI TERZI  (5)

 

l-Arġentina

 

l-Awstralja

 

il-Kanada

 

iċ-Ċilì

 

il-Kroazja

 

l-Iżrael

 

il-Marokk

 

in-New Zealand

 

is-Serbja u l-Montenegro

 

l-Afrika t'Isfel

 

it-Turkija

 

l-Istati Uniti tal-Amerika

 

l-Urugwaj


(1)  ĠU L 301, 28.9.2004, p. 55.

(2)  Sakemm mhux indikat mod ieħor, kull referenza għal att, għandha tfisser dak l-att kif emendat qabel il-31.7.2010.

(3)  Il-varjetajiet lokali awtorizzati għat-tqegħid fis-suq Svizzeru m'humiex koperti.

(4)  Sakemm mhux indikat mod ieħor, kull referenza għal att, għandha tfisser dak l-att kif emendat qabel il-31.7.2010.

(5)  L-għarfien hu bbażat fuq id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 10) dwar l-ispezzjonijiet fuq l-uċuħ tar-raba' li jipproduċu ż-żerriegħa u fuq iż-żerriegħa prodotta, u fuq id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/834/KE (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 51) għall-kontrolli rigward il-prattika għaż-żamma ta' varjetajiet. Il-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea japplika fil-każ tan-Norveġja.


Top