This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1152
Commission Regulation (EC) No 1152/2009 of 27 November 2009 imposing special conditions governing the import of certain foodstuffs from certain third countries due to contamination risk by aflatoxins and repealing Decision 2006/504/EC (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2009 tas- 27 ta’ Novembru 2009 li jimponi kundizzjonijiet straordinarji għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar id-Deċiżjoni 2006/504/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2009 tas- 27 ta’ Novembru 2009 li jimponi kundizzjonijiet straordinarji għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar id-Deċiżjoni 2006/504/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 313, 28.11.2009, p. 40–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 02/09/2014; Imħassar b' 32014R0884
28.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/40 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1152/2009
tas-27 ta’ Novembru 2009
li jimponi kundizzjonijiet straordinarji għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar id-Deċiżjoni 2006/504/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE tat-12 ta’ Lulju 2006 dwar kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw ċerti oġġetti tal-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti mill-aflatossini (2), ġiet emendata sostanzjalment ħafna drabi. Jeħtieġ li jkunu emendati sostanzjalment mill-ġdid ċerti dispożizzjonijiet biex ikunu meqjusa b’mod partikolari żviluppi fir-rigward tal-kontaminazzjoni bl-aflatossini ta’ ċerti prodotti li jidħlu fl-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni. Fl-istess ħin, id-dispożizzjonijiet għandhom iseħħu immedjatament u jkunu jorbtu fl-intier tagħhom, għalhekk id-Deċiżjoni 2006/504/KE għandha tinbidel b’dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (3), jistipula l-livelli massimi ta’ aflatossini permessi f’oġġetti tal-ikel. Wieħed jista’ jinnota li dawn il-livelli massimi ta’ aflatossini ta’ spiss ikunu maqbuża f’ċerti oġġetti tal-ikel ġejjin minn ċerti pajjiżi. Dawn il-kontaminati jikkostitwixxu theddida serja għas-saħħa pubblika fil-Komunità u huwa għaldaqstant xieraq li jiġu adottati miżuri speċjali f’livell Komunitarju. |
(3) |
Għall-ħarsien tas-saħħa pubblika jeħtieġ li oġġetti tal-ikel komposti li fihom ammont sinifikanti tal-oġġetti tal-ikel li jidħlu fl-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni jidħlu wkoll taħt din id-Deċiżjoni. Biex ikunu ffaċilitati l-ispezzjonijiet ta’ oġġetti tal-ikel ipproċessati u komposti filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ effikaċja tat-testijiet, ikun xieraq li jiżdied il-limitu għall-ittestjar ta’ prodotti komposti. Għall-istess raġuni, il-limitu ta’ konsenji ta’ 5 kg li joħorġu barra mill-ambitu għandu jiżdied għal 20 kg. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jispezzjonaw għal għarrieda għall-aflatossini fl-oġġetti tal-ikel komposti li fihom inqas minn 20 % ta’ oġġetti tal-ikel li jaqgħu taħt dan ir-Regolament. Fil-każ li jinstab mid-dejta ta’ sorveljanza li jkun hemm bosta każijiet ta’ oġġetti tal-ikel komposti, b’kontenut ta’ inqas minn 20 % ta’ prodotti tal-ikel koperti minn din id-Deċiżjoni, li ma jkunux konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-livelli massimi tal-aflatossini, dan il-limitu massimu għandu jiġi rrivedut. |
(4) |
Il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) tbiddlet għal ċerti kategoriji ta’ ikel li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant huwa xieraq li jinbidlu skont dan il-kodiċi NM f’dan ir-Regolament. |
(5) |
L-esperjenza wriet li mhumiex meħtieġa kundizzjonijiet addizzjonali għal konsenji importati mill-Brażil, ta’ ġewż tal-Brażil mingħajr qoxra li mhumiex konformi, għaliex dawn il-konsenji jistgħu jiġu ttrattati skont id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-konsenji li mhumiex konformi, u għalhekk dawn il-kundizzjonijiet addizzjonali għandhom jitħassru. Fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti tal-ikel mill-Istati Uniti tal-Amerika, ladarba li d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal-laboratorji approvati għall-analiżi tal-aflatossini, iżda mhux approvati mill-USDA (United States Department of Agriculture), ma għadhomx meħtieġa, dawn id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għandhom jitħassru. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-ispezzjonijiet uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (4) tistipula għall-użu ta’ Dokument Komuni tad-Dħul għall-avviż minn qabel tal-wasla ta’ konsenji u għat-tagħrif dwar it-testijiet uffiċjali li jkunu ġew imwettqa. Huwa xieraq li jkun stipulat l-użu ta’ dan id-dokument u li jkunu stipulati noti gwida speċifiċi dwar kif għandu jimtela’ fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Fid-dawl tan-numru ta’ notifiki fis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-ikel u l-għalf, u tan-natura tagħhom, għandhom jiġu rriveduti: il-volumi ta’ kummerċ; ir-riżultati tal-ispezzjonijiet mill-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel, u r-riżultati u l-frekwenza tal-ispezzjonijiet li qegħdin isiru. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ambitu
1. Dan ir-Regolament ikun japplika għall-importazzjoni ta’ dawn l-oġġetti tal-ikel li ġejjin, u tal-oġġetti tal-ikel ipproċessati u magħmulin minnhom:
(a) |
L-oġġetti tal-ikel li jidhru hawn taħt li joriġinaw mill-Brażil jew li ġew ikkonsenjati minn hemm:
|
(b) |
L-oġġetti tal-ikel li ġejjin li joriġinaw miċ-Ċina jew li ġew ikkonsenjati minn hemm:
|
(c) |
L-oġġetti tal-ikel li ġejjin li joriġinaw mill-Eġittu jew li ġew ikkonsenjati minn hemm:
|
(d) |
L-oġġetti tal-ikel li ġejjin li joriġinaw mill-Iran jew ġew ikkonsenjati minn hemm:
|
(e) |
L-oġġetti tal-ikel li ġejjin li joriġinaw mit-Turkija jew ġew ikkonsenjati minn hemm:
|
(f) |
Il-prodotti tal-ikel li ġejjin, li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Istati Uniti tal-Amerika, koperti mill-Pjan ta’ Teħid ta’ Kampjuni Volontarju tal-Aflatossina stabbilit mill-Bord dwar il-Lewż ta’ Kalifornja f’Mejju 2006 (“il-pjan ta’ Teħid ta’ Kampjuni Volontarju”):
|
(g) |
Il-prodotti tal-ikel li ġejjin, impurtati mill-Istati Uniti tal-Amerika, li mhumiex koperti mill-pjan ta’ Teħid ta’ Kampjuni Volontarju tal-Aflatossina:
|
2. Il-paragrafu wieħed mhux se japplika għall-konsenji ta’ oġġetti tal-ikel ta’ piż gross li ma jaqbisx l-20 kg, jew għall-oġġetti tal-ikel ipproċessati jew komposti li fihom konenut ta’ inqas minn 20 % tal-oġġetti tal-ikel imsemmijin fil-punti minn (b) sa (g) tal-paragrafu wieħed.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ikunu japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“il-punti magħżula għall-importazzjoni” huma kwalunkwe punt, magħżul mill-awtorità kompetenti, li minnu jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità l-oġġetti tal-ikel imsemmijin fl-Artikolu 1. |
(b) |
“l-ewwel punt ta’ introduzzjoni” huwa l-punt minn fejn tgħaddi konsenja biex tidħol għall-ewwel darba fil-Komunità. |
Artikolu 3
Importazzjoni fil-komunità
Konsenji ta’ oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1 (minn hawn ’il quddiem imsemmijin bħala oġġetti tal-ikel), jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità biss b’konformità mal-proċeduri stipulati f’dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Iċ-ċertifikat tas-Saħħa u r-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi
1. L-oġġetti tal-ikel imressqin għall-importazzjoni fil-Komunità għandhom ikunu ikkumpanjati bir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u analiżi u ċertifikat tas-saħħa magħmul fuq il-mudell stipulat fl-Anness I, li għandu jkun mimli, iffirmat u vverifikat minn rappreżentant awtorizzat ta’:
(a) |
il-Ministério da Agricultura, Pecuária e Abastecimento (MAPA) for foodstuffs from Brazil; |
(b) |
l-Amministrazzjoni Statali għall-ispezzjoni tad-Dħul-Ħruġ u tal-Kwarantina tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-oġġetti tal-ikel miċ-Ċina; |
(c) |
il-Ministeru tal-Agrikoltura Eġizzjan għall-oġġetti tal-ikel mill-Eġittu; |
(d) |
il-Ministeru tal-Agrikoltura Iranjan għall-oġġetti tal-ikel mill-Iran; |
(e) |
id-Direttorat Ġenerali tal-protezzjoni u l-Kontroll tal-Ministeru tal-Agrikoltura u Affarijiet Rurali tar-Repubblika tat-Turkija għall-oġġetti tal-ikel mit-Turkija; |
(f) |
id-Dipartiment tal-Agrikultura tal-Istati Uniti (USDA) għall-prodotti tal-ikel mill-Istati Uniti tal-Amerika. |
2. Iċ-ċertifikati tas-saħħa jkunu kompilati f’lingwa uffiċjali tal-pajjiż esportatur u f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li qed jimporta l-prodotti.
L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jagħżlu li jużaw kwalunkwe lingwa oħra li jifhmuha l-uffiċjali li joħorġu ċ-ċertifikati jew l-ispetturi uffiċjali kkonċernati.
3. Iċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-paragrafu 1 għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-ikel fil-Komunità għandu jkun validu biss sa erba' xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.
4. It-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 iridu jsiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta’ Frar 2006 (6) jew l-ekwivalenti tiegħu.
5. Kull konsenja ta’ oġġetti tal-ikel għandha tiġi identifikata b'kodiċi li jikkorrispondi mal-kodiċi fuq ir-riżultati tal-kampjuni u tal-analiżi u ċ-ċertifikat tas-saħħa msemmijin fil-paragrafu 1. Kull borża individwali, jew forma oħra ta’ ippakkjar, tal-konsenja għandha tiġi identifikata ma’ dan il-kodiċi.
6. B’deroga mill-paragrafi minn 1 sa 5, il-konsenji ta’ oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1)(g) jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità mingħajr ma jkunu akkumpanjati mir-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni u analiżi u minn ċertifikat tas-saħħa.
Artikolu 5
Twissija bil-quddiem tal-wasla tal-konsenji
L-operaturi tan-negozji tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw bil-quddiem id-data u l-ħin tal-wasla mistennija tal-konsenja fl-ewwel punt tal-introduzzjoni u javżaw dwar it-tip ta’ konsenja li tkun.
Għal dan il-għan iridu jimlew il-Parti I tad-dokument komuni tad-dħul (DKD) imsemmi fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) 669/2009 u jibagħtu d-dokument lill-awtorità kompetenti fl-ewwel punt ta’ introduzzjoni, fiż-żmien ta’ mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel ma tasal il-konsenja.
Biex jimlew id-DKD fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-operaturi tan-negożji tal-ikel għandhom jirreferu għan-noti gwida stipulati fl-Anness II.
Artikolu 6
Il-Punti magħżula għall-importazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti magħżula għall-importazzjoni jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
li jkun hemm persunal imħarreġ biex iwettaq l-ispezzjonijiet uffiċjali fuq il-konsenji ta’ oġġetti tal-ikel; |
(b) |
li jkun hemm disponibbli struzzjonijiet iddettaljati dwar it-teħid tal-kampjuni u kif dawn għandhom jintbagħtu l-laboratorju, skont id-dispożizzjonijiet fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 401/2006; |
(c) |
li fil-punt magħżul għall-importazzjoni jkun hemm post kenni fejn jistgħu jsiru l-ħatt u t-teħid ta’ kampjuni; f’każi meta l-konsenja trid tkun ittrasportata f’xi post ieħor biex jittieħdu l-kampjuni minnha, irid ikun hemm id-disponibbiltà li l-konsenja tal-oġġetti tal-ikel tkun uffiċjalment taħt is-sorveljanza tal-awtorità kompetenti mill-punt magħżul għall-importazzjoni ’l quddiem; |
(d) |
li jkun hemm disponibbli kmamar għall-ħżin jew imħażen fejn jistgħu jiġu maħżuna l-konsenji tal-oġġetti tal-ikel li jkunu miżmuma sakemm ikunu mistennijin ir-riżultati tal-analiżi, u jibqgħu f’kundizzjoni tajba; |
(e) |
li jkun hemm tagħmir tal-ħatt u tagħmir xieraq għad-teħid tal-kampjuni; |
(f) |
li jkun hemm disponibbli laboratorju uffiċjali għall-analiżi tal-aflatossina, li jrid ikun f’post viċin biżżejjed li l-kampjuni jistgħu jkunu mwassla hemm fi żmien qasir, u fejn l-analiżi tkun tista’ ssir f’limitu ta’ żmien. |
2. L-Istati Membri għandhom iżommu lista aġġornata tal-punti magħżula għall-importazzjoni u din għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw din il-lista lill-Kummissjoni.
3. L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jiżguraw li tinħatt il-konsenja tal-oġġetti tal-ikel meħtieġa biex jittieħdu l-kampjuni.
F’każi ta’ trasport partikolari jew għamla partikolari ta’ imballar, fejn it-teħid tal-kampjuni ma jistax isir bit-tagħmir tas-soltu, l-operatur għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-ispettur uffiċjali, it-tagħmir xieraq għad-teħid tal-kampjuni.
Artikolu 7
L-Ispezzjonijiet uffiċjali
1. L-ispezzjonijiet kollha uffiċjali u l-milja tad-dokument komuni tad-dħul qabel il-ħlas tal-konsenja għaċ-ċirkulazzjoni libera fil-Komunità, iridu jsiru qabel l-iskadenza ta’ 15-il ġurnata tax-xogħol mill-ħin li l-konsenja tkun offerta għall-importazzjoni u tkun preżenti u disponibbli għat-teħid tal-kampjuni fil-punt magħżul għall-importazzjoni.
2. L-awtorità kompetenti fl-ewwel punt ta’ introduzzjoni għandha tiżgura li l-oġġetti tal-ikel maħsuba għall-importazzjoni fil-Komunità jkunu suġġetti għal kontrolli dokumentarji li jiżguraw li l-kundizzjonijiet għar-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi u ċ-ċertifikat tas-saħħa stipulati fil-paragrafu 4 jkunu sodisfatti.
F’każ li konsenja ta’ oġġetti tal-ikel ma tkunx ikkumpanjata mir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi u ċ-ċertifikat tas-saħħa stipulati fl-Artikolu 4(1), il-konsenja ma għandhiex titħalla tidħol fil-Komunità għall-importazzjoni u trid titreġġa’ lura lejn il-pajjiż minn fejn oriġinat jew tinqered.
3. L-awtorità kompetenti fl-ewwel punt ta’ introduzzjoni għandha tawtorizza t-trasferiment tal-konsenja għal punt magħżul għall-importazzjoni wara li t-testijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 jintemmu b'riżultati pożittivi. Iċ-ċertifikat oriġinali għandu jmur mal-konsenja fit-trasferiment.
4. L-awtorità kompetenti fil-punt magħżul għall-importazzjoni għandha tieħu kampjun għall-analiżi tal-aflatossina B1 u għall-kontaminazzjoni sħiħa bl-aflatossini minn ċerti konsenji, bi frekwenza kif indikat fil-paragrafu 5 u konformi mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 401/2006 qabel ma tinħeles il-konsenja għaċ-ċirkulazzjoni libera fil-Komunità.
5. It-teħid tal-kampjuni għall-analiżi msemmi fil-paragrafu 4 għandu jsir fuq:
(a) |
100 % tal-konsenji ta’ oġġetti tal-ikel mill-Brażil; |
(b) |
madwar 20 % tal-konsenji ta’ oġġetti tal-ikel miċ-Ċina; |
(c) |
madwar 20 % tal-konsenji ta’ oġġetti tal-ikel mill-Eġittu; |
(d) |
madwar 50 % tal-konsenji ta’ oġġetti tal-ikel mill-Iran; |
(e) |
madwar 10 % tal-konsenji għal kull kategorija ta’ ġellewż, u prodotti magħmulin minnu, li ġejjin mit-Turkija, imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(e)(ii) u minn (iv) sa (viii); madwar 20 % tal-konsenji għal kull kategorija ta’ tin imqadded, u prodotti magħmulin minnu, ġejjin mit-Turkija, imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(e)(i) u minn (iv) sa (vii), u madwar 50 % tal-konsenji għal kull kategorija ta’ pistaċċi, u l-prodotti magħmulin minnhom, li ġejjin mit-Turkija, imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(e) minn (iii) sa (vii); |
(f) |
minn konsenji ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-Istati Uniti tal-Amerika, imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(f), jittieħdu kampjuni ’l hawn u ’l hemm; |
(g) |
minn kull konsenja ta’ oġġetti tal-ikel mill-Istati Uniti tal-Amerika, imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(g). |
6. Wara li jittemmew it-testijiet, għal dawk li jkunu saru mill-awtoritajiet kompetenti, dawn għandhom:
(a) |
jimlew il-parti rilevanti tal-Parti II tad-dokument komuni tad-dħul (DKD); |
(b) |
jagħqdu r-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi; |
(c) |
jittimbraw u jiffirmaw id-DKD oriġinali; |
(d) |
jagħmlu u jżommu kopja tad-DKD iffirmat u ttimbrat. |
Biex timla d-DKD fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tirreferi għan-noti gwida stipulati fl-Anness II.
7. Id-DKD oriġinali għandu jmur mal-konsenja fit-trasferiment tagħha sakemm din tkun meħlusa għaċ-ċirkulazzjoni libera.
8. Ladarba, fejn hu meħtieġ li jsiru l-ispezzjonijiet, dawn ikunu saru kollha u r-riżultati tat-testijiet fiżiċi jkunu magħrufa u jkunu pożittivi, ir-rilaxx tal-konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ dokument komuni tad-dħul jew l-ekwivalent tiegħu elettroniku, mingħand l-operatur tal-kummerċ tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, lill-awtoritajiet tad-dwana, mimli, kif meħtieġ, mill-awtorità kompetenti.
9. L-Istati Membri kull tliet xhur għandhom jippreżentaw rapport tar-riżultati analitiċi kollha tal-ispezzjonijiet uffiċjali fuq konsenji ta’ oġġetti tal-ikel lill-Kummissjoni. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat matul ix-xahar li jaħbat wara kull taqsima ta’ tliet xhur fis-sena.
Artikolu 8
Qsim ta’ konsenja
Il-konsenji ma għandhomx jinqasmu qabel ma jkunu saru l-ispezzjonijiet uffiċjali kollha, u jkun imtela d-DKD mill-awtoritàjiet kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 7.
Fil-każ li wara dan il-konsenja tinqasam, kopja awtentika tad-DKD trid tintbagħat ma’ kull parti tal-konsenja sakemm dawn jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Artikolu 9
Kundizzjonijiet addizzjonali rigward l-importazzjonijiet ta’ oġġetti tal-ikel mill-Istati Uniti tal-Amerika
1. Fir-rigward ta’ importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika, l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4(1), għall-aflatossini trid issir minn laboratorju approvat mill-USDA.
2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 4(1), li jikkumpanja l-konsenji tal-oġġetti tal-ikel imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(f) għandu jirreferi għall-Pjan Volontarju tat-Teħid tal-Kampjuni tal-Aflatossini.
Artikolu 10
Spejjeż
L-ispejjeż kollha tal-ispezzjonijiet uffiċjali, inkluż it-teħid tal-kampjuni, l-analiżi, il-ħżin u kull miżura li tittieħed wara riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità, għandhom jitħallsu mill-operatur tal-kummerċ tal-ikel.
Artikolu 11
Revoka
Id-Deċiżjoni 2006/504/KE hija b'dan irrevokata.
Referenza għad-Deċiżjoni mħassra tkun imfissra bħala referenza għal dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(1), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ konsenji tal-oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) li ntbagħtu mill-pajjiż ta’ oriġini qabel l-1 ta’ Lulju 2010 b’ċertifikat tas-saħħa mehmuż magħhom kif stipulat fid-Deċiżjoni 2006/504/KE.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 199, 21.7.2006, p 21.
(3) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.
(4) ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.
(5) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS I
Ċertifikat tas-Saħħa għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’
… (*)
Kodiċi tal-Konsenja: …
Numru taċ-Ċertifikat: …
Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NNN/2009 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti mill-aflatossini u li jirrevoka d-Deċiżjoni 2006/504/KE, …
…
… (l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 4(1))
TIĊĊERTIFIKA li …
… (daħħal l-isem tal-oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1)
f’din il-konsenja magħmula minn: …
…
… (deskrizzjoni tal-konsenja, tal-prodott, tal-għadd u t-tip ta’ pakketti, tal-piż gross jew nett)
imbarkata fi … (post tal-imbarkazzjoni)
minn … (identifikazzjoni tat-trasportatur)
sejra lejn … (il-post u l-pajjiż tad-destinazzjoni)
li ġejja mill-istabbiliment …
… (l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment)
ġew prodotti, magħżula, ittrattati, ipproċessati, ippakkjati u ttrasportati b&konformità ma’ prassi ta’ iġjene tajba.
Minn din il-konsenja, ittieħdu l-kampjuni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 fil- … (data), soġġetti għall-analiżi fil-laboratorju fil- … (data)
fil- … (isem il-laboratorju),
biex jiġu stmati l-livell ta’ aflatossina B1 u l-livell totali tal-kontaminazzjoni bl-aflatossini. Id-dettalji tat-teħid ta’ kampjuni, il-metodi użati għall-analiżi u r-riżultati kollha huma hawn mehmużin.
Dan iċ-ċertifikat huwa validu sa …
Magħmul fi … fl- …
It-timbru u l-firma ta’ ir-rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 4(1)
(*) Isem il-prodott u l-pajjiż ta’ oriġini
ANNESS II
Noti gwida għad-DKD b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’każ ta’ importazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi, minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bl-aflatossini ta’ dawn il-prodotti.
Ġenerali: |
Għall-użu tad-DKD fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, meta jissemma d-“DPE”, dan għandu jinftiehem bħala “l-ewwel punt ta’ introduzzjoni” jew “il-punt magħżul għall-importazzjoni” kif stipulat fin-noti speċifiċi għal kull kaxxa. Kull fejn ikun imsemmi l-“punt ta’ spezzjoni”, dan għandu jinftiehem bħala “punt magħżul għall-importazzjoni”. Imla d-dokument b’ittri kbar. In-noti jidhru ħdejn in-numru tal-kaxxa rilevanti. |
Parti I Din it-taqsima għandha timtela mill-operatur tal-kummerċ tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, fejn mhux indikat mod ieħor.
Kaxxa I.1. |
Il-konsenjatur: imla l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna naturali jew legali (operatur tal-kummerċ tal-ikel) li qed jibgħat il-konsenja. Huwa rrikmandat li tingħata l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
Kaxxa I.2. |
It-tliet spazji kollha f’din il-kaxxa għandhom jimtlew mill-awtoritajiet tal-punt tad-dħul magħżul kif inhu ddefinit fl-Artikolu 2. Alloka numru ta’ referenza tad-DKD fl-ewwel kaxxa. Imla l-isem tal-punt magħżul għall-importazzjoni u n-numru tiegħu fit-tieni u t-tielet kaxxi rispettivament. |
Kaxxa I.3. |
Id-destinatarju: imla l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna naturali jew legali (l-operatur tal-kummerċ tal-ikel) li lilha hi indirizzata l-konsenja. Huwa rrikmandat li tingħata l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
Kaxxa I.4. |
Il-Persuna responsabbli għall-konsenja: (l-aġent, id-dikjarant jew l-operatur tal-kummerċ tal-ikel ukoll) imla l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna li hi responsabbli għal-konsenja meta din ġiet ippreżentata fl-ewwel punt ta’ introduzzjoni u li għamlet id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti f’isem l-importatur. Huwa rrikmandat li tingħata l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
Kaxxa I.5. |
Il-pajjiż ta’ oriġini: indika l-pajjiż minn fejn oriġina l-prodott, fejn kien imkabbar, fejn inħasad jew fejn kien magħmul. |
Kaxxa I.6. |
Il-pajjiż minn fejn intbagħtet il-konsenja: indika l-pajjiż fejn ġiet mgħobbija l-konsenja fuq il-mezz tat-trasport għall-aħħar parti tal-vjaġġ lejn il-Komunità. |
Kaxxa I.7. |
L-importatur: imla l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rrikmandat li tingħata l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
Kaxxa I.8. |
Id-destinazzjoni: imla l-indirizz ta’ destinazzjoni tal-konsenja fil-Komunità. Huwa rrikmandat li tingħata l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
Kaxxa I.9. |
Id-data tal-wasla fil-PDM (data mistennija): agħti d-data ta’ meta hu mistenni li tasal il-konsenja fl-ewwel punt ta’ introduzzjoni. |
Kaxxa I.10. |
Id-dokumenti: ikteb id-data ta’ meta nħarġu d-dokumenti u n-numru ta’ dokumenti uffiċjali li ntbagħtu mal-konsenja, skont il-każ. |
Kaxxa I.11. |
Il-mezz tat-trasport: immarka l-kaxxa li turi l-mezz tat-trasport li bih waslet il-konsenja. L-identifikazzjoni: agħti d-dettalji kollha tat-trasport għall-wasla tal-konsenja: Fil-każ tal-ajruplani, agħti n-numru tat-titjira. Fil-każ tal-vapuri, agħti l-isem tal-bastiment. Għall-vetturi: agħti n-numru ta’ reġistrazzjoni li hemm fuq il-pjanċa u, fejn jeħtieġ, in-numru tal-karru. Għat-trasport ferrovjarju: agħti n-numru ta’ identità tat-tren u n-numru tal-vagun. Referenzi għad-dokumenti: in-numru tal-kont tal-ajru, il-kont tat-tagħbija jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew it-trakk. |
Kaxxa I.12. |
Deskrizzjoni tal-merkanzija: agħti deskrizzjoni ddettaljata tal-merkanzija bit-terminoloġija tal-Artikolu 1. |
Kaxxa I.13. |
Il-kodiċi tal-merkanzija (kodiċi SA): uża s-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana. |
Kaxxa I.14. |
Piż gross: agħti l-piż totali f’kilogrammi jew f’tunnellati. Dan huwa ddefinit bħala l-massa globali tal-prodott u tal-kontenituri u l-pakketti, imma mingħajr il-piż tal-kontejners tat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport. Piż nett: agħti l-piż tal-prodott waħdu, mingħajr dak tal-pakketti, f’kilogrammi jew f’tunnellati. Dan huwa ddefinit bħala l-massa tal-prodotti biss, mingħajr il-kontenituri jew il-pakketti. |
Kaxxa I.15. |
L-għadd ta’ pakketti: ikteb kemm hemm numru ta’ pakketti fil-konsenja. |
Kaxxa I.16. |
It-temperatura: immarka l-kaxxa li turi l-mezz tat-trasport li ntuża/it-temperatura li fiha nżamm il-prodott. |
Kaxxa I.17. |
It-tip ta’ pakketti: identifika t-tip ta’ pakketti li fihom ġew ippakkjati l-prodotti. |
Kaxxa I.18. |
Merkanzija maħsuba għall-użu ta’: immarka l-kaxxa r-rilevanti skont il-każ, jekk il-prodott huwa maħsub għall-konsum mill-bniedem mingħajr ma jiġi kklassifikat jew ikun ittrattat b’ xi mod fiżiku ieħor minn qabel (f’dan il-każ immarka “għall-konsum mill-bniedem”), jew jekk hu maħsub għall-konsum mill-bniedem wara t-trattament (f’dan il-każ immarka “għall-aktar ipproċessar”), jew jekk hu maħsub bħala għalf (f’dan il-każ immarka “għalf”). Fil-każ tal-aħħar, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx. |
Kaxxa I.19. |
In-numru tas-siġill u n-numru tal-kontejner: niżżel in-numri kollha ta’ identifikazzjoni tas-siġilli u tal-kontejners fejn meħtieġ. |
Kaxxa I.20. |
Għat-trasferiment lejn Punt tal-Ispezzjoni: jekk il-konsenja hija maħsuba għall-importazzjoni (cf. il-Kaxxa I.22), immarka l-kaxxa u identifika l-punt magħżul għall-importazzjoni. |
Kaxxa I.21. |
Ma japplikax. |
Kaxxa I.22. |
Għall-importazzjoni: immarka l-kaxxa jekk il-konsenja hi maħsuba għall-importazzjoni. |
Kaxxa I.23. |
Ma japplikax. |
Kaxxa I.24. |
Mezz tat-trasport lejn il-Punt tal-Ispezzjoni: immarka l-mezz tat-trasport rilevanti li ntuża għat-trasferiment lejn il-punt magħżul għall-importazzjoni. |
Parti II Din it-taqsima għandha timtela mill-awtorità kompetenti.
Ġenerali: |
Il-Kaxxa II.1 għandha timtela mill-awtorità kompetenti tal-post magħżul għall-importazzjoni. Il-Kaxxi minn II.2 sa II.9 għandhom jimtlew mill-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjoni tad-dokumenti. Il-Kaxxi minn II.10 sa II.21 għandhom jimtlew mill-awtoritàjiet kompetenti tal-post magħżul għall-importazzjoni. |
Kaxxa II.1. |
In-numru ta’ referenza tad-DKD: uża l-istess numru ta’ referenza tad-DKD li jidher fil-Kaxxa I.2. |
Kaxxa II.2. |
Referenza tad-Dokument tad-Dwana: għall-użu tas-servizzi tad-dwana fejn meħtieġ. |
Kaxxa II.3. |
Kontroll tad-dokumenti: għandu jimtela għal kull konsenja. |
Kaxxa II.4. |
Konsenji magħżula għall-kontrolli fiżiċi: ma japplikax fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. |
Kaxxa II.5. |
AĊĊETTABBLI għat-trasferiment: fil-każ li l-konsenja tkun aċċettabbli għat-trasferiment lejn punt magħżul għall-importazzjoni wara spezzjoni tad-dokumenti b’riżultat pożittiv, l-awtorità kompetenti tal-ewwel punt ta’ introduzzjoni għandha timmarka l-kaxxa u tindika lejn liema punt magħżul għall-importazzjoni għandha tiġi ttrasferita l-konsenja għall-possibbiltà ta’ spezzjoni fiżika (skont l-informazzjoni mogħtija fil-Kaxxa I.20). |
Kaxxa II.6. |
MHUX AĊĊETTABBLI: f’każ li l-konsenja mhijiex aċċettabbli għat-trasferiment lejn punt magħżul għall-importazzjoni minħabba li l-ispezzjonijiet tad-dokumenti ma’ jkollhomx riżultat pożittiv, l-awtorità kompetenti fl-ewwel punt ta’ introduzzjoni għandha timmarka l-kaxxa u tindika b’mod ċar x’għandu jsir fil-każ li l-konsenja ma tintlaqax. L-indirizz tal-istabbiliment fejn għandu jasal il-prodott għandu jitniżżel fil-Kaxxa II.7 fil-każ ta’ “Spedizzjoni mill-ġdid”, “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”. |
Kaxxa II.7. |
Dettalji tad-Destinazzjonijiet Ikkontrollati (II.6): Ikteb in-numru tal-approvazzjoni rilevanti u l-indirizz (jew l-isem tal-vapur u tal-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn huma meħtieġa aktar spezzjonijiet tal-konsenja, pereżempju għall-Kaxxa II.6, “Dispaċċ mill-ġdid”, “Għall-qerda”, “Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”. |
Kaxxa II.8. |
Identifikazzjoni sħiħa tal-PDM u t-timbru uffiċjali: hawn agħti l-identifikazzjoni sħiħa tal-ewwel punt ta’ introduzzjoni u t-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti f’dan il-punt. |
Kaxxa II.9. |
Spettur uffiċjali: il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti fl-ewwel punt ta’ introduzzjoni. |
Kaxxa II.10. |
Ma japplikax. |
Kaxxa II.11. |
Verifika tal-Identità: immarka l-kaxxi biex turi sarux il-verifiki tal-identità u r-riżultati tagħhom. |
Kaxxa II.12. |
Spezzjoni Fiżika: hawn indika r-riżultati tal-ispezzjonijiet fiżiċi. |
Kaxxa II.13. |
Testijiet fil-Laboratorju: immarka l-kaxxa biex turi l-konsenja ntgħażlitx biex jittieħdu l-kampjuni minnha għall-analiżi. Ittestjati dwar: indika għal liema sustanzi (aflatossina B1 u/jew għat-total) u b’liema mod analitiku sar it-test fil-laboratorju. Ir-riżultati huma: indika x’kienu r-riżultati tat-test fil-laboratorju u mmarka l-kaxxa rilevanti. |
Kaxxa II.14. |
AĊĊETTABBLI biex ikun rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera: immarka l-kaxxa jekk il-konsenja se tkun irrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità. Immarka waħda mill-kaxxi (“Għall-konsum tal-bniedem”, “Għal aktar ipproċessar”, “Għalf” jew “Oħrajn”) biex turi għal xiex se tkun użata l-konsenja. |
Kaxxa II.15. |
Ma japplikax. |
Kaxxa II.16. |
MHUX AĊĊETTABBLI: immarka l-kaxxa jekk il-konsenja tkun irrifjutata minħabba riżultati negattivi tal-ispezzjonijiet fiżiċi jew tal-identità. Indika b’mod ċar x’għandu jsir f’dan il-każ billi timmarka waħda mill-kaxxi (“Għad-dispaċċ mill-ġdid”, “Għall-qerda”, “Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”). L-indirizz tal-istabbiliment destinatarju għandhu jinkiteb fil-Kaxxa II.18. |
Kaxxa II.17. |
Ir-raġuni għaliex il-konsenja ġiet irrifjutata: Immarka l-kaxxa rilevanti. Uża kif meħtieġ biex iżżid l-informazzjoni rilevanti. |
Kaxxa II.18. |
Id-dettalji tad-Destinazzjonijiet Ikkontrollati (II.16): agħti, skont ir-rilevanza n-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew isem il-bastiment u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn huma meħtieġa iktar spezzjonijiet tal-konsenja wara l-informazzjoni fil-Kaxxa II.16. |
Kaxxa II.19. |
Konsenja ssiġillata mill-ġdid: imla din il-kaxxa meta jkun inkiser is-siġill li kien irreġistrat oriġinarjament sakemm infetaħ il-kontenitur. Trid tinżamm lista sħiħa tas-siġilli kollha li ntużaw għal dan l-iskop. |
Kaxxa II.20. |
Identifikazzjoni sħiħa tal-PDM/Punt tal-Kontroll u t-timbru uffiċjali: hawn agħti l-identifikazzjoni sħiħa tal-ewwel punt magħżul għall-importazzjoni u t-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti f’dan il-punt. |
Kaxxa II.21. |
L-Ispettur Uffiċjali: daħħal (b’ittri kbar) l-isem, id-data tal-ħruġ u l-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti fil-punt magħżul għall-importazzjoni. |
Parti III Din t-taqsima għandha timtela mill-awtorità kompetenti.
Kaxxa III.1. |
Dettalji dwar l-ispedizzjoni mill-ġdid: l-awtorità tal-ewwel punt ta’introduzzjoni jew fil-punt magħżul għall-importazzjoni għandha tindika l-mezz tat-trasport li ntuża, l-identifikazzjoni tal-konsenja, il-pajjiż destinatarju u d-data tal-ispedizzjoni mill-ġdid, malli dawn ikunu magħrufin. |
Kaxxa III.2. |
Is-segwitu: indika l-unità risponsabbli tal-awtorità kompetenti lokali rilevanti għas-sorveljanza f’każi fejn l-istruzzjonijiet dwar il-konsenja jkunu: “Għall-qerda”, “Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”. Hawn jiġi rrappurtat ir-riżultat tal-wasla tal-konsenja u l-korrispondenza mill-awtorità kompetenti. |
Kaxxa III.3. |
L-Ispettur Uffiċjali: il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti fil-punt magħżul ta’ introduzzjoni fil-każ ta’ “Spedizzjoni mill-ġdid”. Firma tal-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti lokali, f’każi fejn l-istruzzjonijiet ikunu: “Għall-qerda”, “Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”. |