Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0339

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 339/2009 tat- 23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

ĠU L 104, 24.4.2009, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/339/oj

24.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/17


REGOLAMENTTAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 339/2009

tat-23 ta’ April 2009

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-aħħar inċiż tal-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fil-Komunità tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-restituzzjonijiet jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom fuqhom il-marka tal-identifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3).

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont fl-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/204 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ April 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Il-verżjoni rettifikata fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.


ANNESS

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur applikabbli mill-24 ta’ April 2009

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità ta’ kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0105 11 11 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 19 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 91 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 99 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 12 00 9000

A02

EUR/100 pcs

0,47

0105 19 20 9000

A02

EUR/100 pcs

0,47

0207 12 10 9900

V03

EUR/100 kg

40,00

0207 12 90 9190

V03

EUR/100 kg

40,00

0207 12 90 9990

V03

EUR/100 kg

40,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

V03

A24 , l-Angola, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, Oman, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Ġordan, il-Jemen, il-Libanu, l-Iraq, l-Iran.


Top