This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009E0445
Council Joint Action 2009/445/CFSP of 9 June 2009 amending Joint Action 2008/124/CFSP on the European Union Rule of Law Mission in Kosovo, EULEX KOSOVO
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/445/PESK tad- 9 ta’ Ġunju 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/445/PESK tad- 9 ta’ Ġunju 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO
ĠU L 148, 11.6.2009, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
11.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/33 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/445/PESK
tad-9 ta’ Ġunju 2009
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), EULEX KOSOVO
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (2). Dik l-Azzjoni Konġunta tapplika sal-14 ta’ Ġunju 2010. |
(2) |
L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK ipprevediet ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni sal-14 ta’ Ġunju 2009. L-ammont tar-referenza finanzjarja għandu jiżdied sabiex jkopri n-nefqa tal-Missjoni sal-14 ta’ Ġunju 2010. |
(3) |
L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 16(1), għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO għandu jkun ta’ EUR 265 000 000.”; |
2. |
L-Artikolu 20 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 20 Dħul fis-seħħ u perijodu ta’ validità Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Hi għandha tiskadi fl-14 ta’ Ġunju 2010.”. |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fill-Lussemburgu, 9 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
E. JANOTA
(1) Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999).
(2) ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.