This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0799
2009/799/EC: Commission Decision of 29 October 2009 amending Decision 2002/994/EC concerning certain protective measures with regard to the products of animal origin imported from China (notified under document C(2009) 8243) (Text with EEA relevance)
2009/799/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8243) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/799/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8243) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 285, 31.10.2009, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
31.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Ottubru 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8243)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/799/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/994/KE tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (2) tapplika għall-prodotti kollha li joriġinaw mill-annimali importati miċ-Ċina u intenzjonati għall-konsum mill-bniedem jew għall-għalf tal-annimali. |
(2) |
Skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni li jkunu flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-awtorità kompetenti Ċiniża li tistqarr li kull konsenja ġiet soġġetta, qabel ma ntbagħtet, għal test kimiku biex ikun żgurat li l-prodotti kkonċernati ma jippreżentawx xi periklu għal saħħet il-bniedem. Dan it-test għandu jitwettaq, b’mod partikolari, bil-ħsieb li tinstab il-preżenza tal-chloramphenicol u n-nitrofuran u l-metaboliti tiegħu. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/772/KE tal-1 ta’ Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ kontroll ta’ residwi mibgħuta minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (3) emendat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE (4) biex jittieħed kont tal-pjan ta’ kontroll ta’ residwi għall-bajd intiż għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mibgħut mill-awtoritajiet kompetenti Ċiniżi. |
(4) |
Il-bajd u l-prodotti mill-bajd għandhom għalhekk jiġu inklużi fil-lista tal-prodotti stabbilita fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/994/KE u din id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata skont dan. |
(5) |
L-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ bajd u prodotti mill-bajd miċ-Ċina lejn il-Komunità hija mingħajr ħsara għal miżuri sanitarji oħra adottati għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika jew tal-annimali. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/994/KE, jiżdied l-inċiż li ġej:
“— |
bajd u prodotti mill-bajd” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 348, 21.12.2002, p. 154.
(3) ĠU L 263, 2.10.2008, p. 20.
(4) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44.