This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0756
2009/756/EC: Commission Decision of 9 October 2009 laying down specifications for the resolution and use of fingerprints for biometric identification and verification in the Visa Information System (notified under document C(2009) 7435)
2009/756/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-użu tal-marki tas-swaba’ għal identifikazzjoni bijometrika u l-verifika tas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7435)
2009/756/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-użu tal-marki tas-swaba’ għal identifikazzjoni bijometrika u l-verifika tas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7435)
ĠU L 270, 15.10.2009, p. 14–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
15.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Ottubru 2009
li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-użu tal-marki tas-swaba’ għal identifikazzjoni bijometrika u l-verifika tas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7435)
(It-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Olandiż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż biss huma awtentiċi)
(2009/756/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 45(2)(e) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (2) waqqfet il-VIS bħala sistema għall-iskambju tad-dejta dwar il-viża bejn l-Istati Membri u tat mandat lill-Kummissjoni biex tiżviluppa l-VIS. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 jiddefinixxi l-iskop u l-funzjonalitajiet tal-VIS u r-responsabbiltajiet tiegħu, u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-iskambju ta’ dejta tal-viża bejn l-Istati Membri biex jiffaċċilita l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni tal-viża u d-deċiżjonijiet relatati. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/648/KE tat-22 ta’ Settembru 2006 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-istandards tal-fatturi bijometriċi relatati mal-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Viża (3) tistipula li ser jiġu żviluppati aktar speċifikazzjonijiet fi stadju ulterjuri. |
(4) |
Issa hu meħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-użu tal-marki tas-swaba’ għal identifikazzjoni u verifikazzjoni bijometrika fil-VIS biex l-Istati Membri jistgħu jibdew jippreparaw għall-użu tal-bijometrija. |
(5) |
Hu ferm importanti li d-dejta bijometrika tkun ta’ livell għoli u tkun affidabbli. Għalhekk hu meħtieġ li jiġu ddefiniti l-istandards tekniċi li għandhom jagħmlu li tkun possibbli li l-ħtiġiet tal-kwalità u tal-kredibilità jiġu ssodisfati. Il-verifikazzjonijiet bl-użu ta’ erbat iswaba’ għandhom rata ferm aktar baxxa ta’ rifjut falz u ta’ żball meta jiġu mqabbla mal-verifikazzjonijiet ta’ saba’ wieħed. Is-Sistema Ċentrali tal-Viża (CS-VIS) għandha għalhekk tkun tista’ twettaq verifikazzjonijiet bijometriċi biex tkun aċċessibbli d-dejta b’erba’ swaba’ ċatti. |
(6) |
Din id-deċiżjoni ma toħloq l-ebda standard ġdid; hi koerenti mal-istandards tal-ICAO. |
(7) |
Skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 767/2008 u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Madankollu, billi dak ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 jibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll, innotifikat b’ittra tat-13 ta’ Ottubru 2008 it-traspożizzjoni ta’ dan l-acquis fil-liġi nazzjonali tagħha. Għalhekk, hija marbuta taħt il-liġi internazzjonali biex timplimenta din id-Deċiżjoni. |
(8) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (4), ir-Renju Unit ma pparteċipax fl-adozzjoni tar-Regolament KE Nru 767/2008 u mhux marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu għaliex dan jikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen. Ir-Renju Unit, għalhekk, mhuwiex destinatarju ta’ din id-Deċiżjoni. |
(9) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (5), l-Irlanda ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu għaliex dan jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen. L-Irlanda, għalhekk, mhijiex destinatarja ta’ din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005. |
(11) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (6), li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċertu arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen acquis. (7) |
(12) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fl-ambitu tat-tifsira tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/146/KE (8) dwar il-konklużjoni ta’ dak il-Ftehim f’isem il-Komunità Ewropea. |
(13) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira fi ħdan il-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fiż-żona imsemmija fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrata flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE (9) tat-28 ta’ Frar 2008 dwar il-firma, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-applikażżjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak il-Protokoll. |
(14) |
Il-miżuri provduti għalihom f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat li hu stabbilit bl-Artikolu 51 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (10), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjonijiet konnessi mar-riżoluzzjoni u l-użu tal-marki tas-swaba’ għal identifikazzjoni u l-verifikazzjoni bijometrika fis-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika Grieka, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran-Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblka tal-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tal-Olanda, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju tal-Iżvezja.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.
(2) ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5.
(3) ĠU L 267, 27.9.2006, p. 41.
(4) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(6) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(7) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(10) ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.
ANNESS
1. Riżoluzzjoni tal-Marki tas-swaba’
Is-Sistema Ċentrali tal-Informazzjoni dwar il-Viża (CS-VIS) għandha tirċievi immaġini tal-marki tas-swaba’ ta’ għaxart iswaba’ ċatti ta’ riżoluzzjoni nominali ta’ 500 dpi (b’devjazzjoni aċċettabbli ta’ +/- 5 dpi) b’256 grey levels.
2. L-Użu ta’ għaxar marki tas-swaba’ għal identifikazzjoni u tfittix bijometriku
Is-CS-VIS għandha tagħmel tfittxijiet bijometriċi (identifikazzjoni bijometrika) b’għaxart iswaba’ ċatti. Madanakollu, meta jkun hemm swaba’ nieqsa, dawn għandhom jiġu identifikati kif meħtieġ kif speċifikat mill-istandard ANSI/NIST-ITL 1-2000 (1) u jekk ikun hemm, is-swaba li jkun fadal għandhom jintużaw.
3. Użu ta’ erba’ marki tas-swaba’ għal verifikazzjoni bijometrika
Is-CS-VIS għandha tkun tista’ tagħmel verifikazzjoni bijometrika biex tkun aċċessibbli d-dejta b’erbat iswaba’ ċatti.
Meta jkunu disponibbli, għandhom jintużaw il-marki tas-swaba’ mill-iswaba’ segwenti kemm tal-id il-leminija u kemm tal-id ix-xellugija: Is-saba’ l-werrej (identifikazzjoni NIST 2 jew 7), is-saba’ tan-nofs (identifikazzjoni NIST 3 jew 8), is-saba’ taċ-ċurkett (identifikazzjoni NIST 4 jew 9), is-saba’ ż-żgħir (identifikazzjoni NIST 5 jew 10).
Għal skopijiet ergonomiċi, ta’ standardizzazzjoni u ta’ viżwalizzazzjoni, għandhom jintużaw il-marki tas-swaba’ mill-istess id, billi tibda mill-id il-leminija.
Il-pożizzjoni tas-saba’ għandha tiġi identifikata għal kull immaġini individwali tal-marki tas-swaba’ mill-istandard ANSI/NIST-ITL 1-2000.
Meta tali identifikazzjoni tal-pożizzjoni tas-saba’ ma tkunx possibbli jew tispiċċa tkun żbaljata, is-sistemi nazzjonali jistgħu jitolbu għall-verifika fis-CS-VIS li tinvolvi l-użu tal-“permutazzjonijiet” (2).
Is-swaba’ li jkunu nieqsa jew infaxxati għandhom dejjem jiġu identifikati bħala speċifiċi mill-istandard ANSI/NIST-ITL 1-2000 u d-Dokument ta’ Kontroll tal-Interface tal-VIS.
4. Użu ta’ marka waħda tas-swaba’ jew żewġ marki tas-swaba għall-verifikazzjoni bijometrika
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw marka waħda tas-swaba’ jew żewġ marki tas-swaba’ ċatti minflok erba’ marki tas-swaba’.
L-iswaba’ li ġejjin għandhom jintużaw b’mod awtomatiku:
(a) |
saba’ wieħed: is-saba’ l-werrej (identifikazzjoni NIST 2 jew 7); |
(b) |
Żewġt iswaba’: is-saba’ l-werrej (identifikazzjoni NIST 2 jew 7) u s-saba’ tan-nofs (identifikazzjoni NIST 3 jew 8). |
Barra minn hekk is-swaba’ li ġejjin jistgħu jintużaw:
(a) |
saba’ wieħed: Is-saba’ l-kbir (identifikazzjoni NIST 1 jew 6) u s-saba’ tan-nofs (identifikazzjoni NIST 3 jew 8); |
(b) |
Żewġt iswaba’:
|
Għal skopijiet ergonomiċi, ta’ standardizzazzjoni u ta’ viżwalizzazzjoni, għandhom jintużaw il-marki tas-swaba’ mill-istess id, billi tibda mill-id il-leminija.
Il-pożizzjoni tas-saba’ tan-nofs għandha tiġi identifikata għal kull immaġini individwali tal-marki tas-swaba’ mill-istandard ANSI/NIST-ITL 1-2000.
Meta tali identifikazzjoni tal-pożizzjoni tas-saba’ ma tkunx possibbli jew tispiċċa tkun żbaljata, is-sistemi nazzjonali jistgħu jitolbu għall-verifika fis-CS-VIS bl-involviment tal-użu tal-“permutazzjonijiet”.
Is-swaba’ li jkunu nieqsa jew infaxxati għandhom dejjem jiġu identifikati bħala speċifiċi mill-istandard ANSI/NIST-ITL 1-2000 u d-Dokument ta’ Kontroll tal-Interface tal-VIS.
(1) ANSI/NIST-ITL 1-2000 Standard “Format tad-dejta għal skambjutal-informazzjoni tal-marki tas-swaba’, marki fl-uċuh, farretti fil-wiċċ u tattoos”, disponibbli fuq is-sit: http://www.itl.nist.gov/ANSIASD/sp500-245-a16.pdf
(2) Il-permutazzjonijiet jiggwidaw is-CS-VIS biex jitwettqu verifiki ripetittivi bejn il-marka(i) tas-swaba’ tas-sors (saba’, tnejn, tlieta jew erba’) u l-marki kollha tas-swaba’ disponibbli (l-aktar għaxra) sakemm jew issir verifika pożittiva jew il-marki kollha tas-swaba’ jkunu ġew eżaminati mingħajr ma jkunu pproduċew verifika pożittiva.