This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0751
2009/751/EC: Commission Decision of 12 October 2009 amending the Appendix to Annex VI to the Act of Accession of Bulgaria and Romania as regards certain milk-processing establishments in Bulgaria (notified under document C(2009) 7637) (Text with EEA relevance)
2009/751/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7637) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/751/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7637) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 268, 13.10.2009, p. 30–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
13.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Ottubru 2009
li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7637)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/751/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bulgarija ngħatat perjodi ta' tranżizzjoni bl-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1). |
(2) |
Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li 24 stabbiliment tal-ipproċessar tal-ħalib lestew il-proċess ta' aġġornament tagħhom u issa huma konformi b'mod sħiħ mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. 17 minn dawn l-istabbilimenti għandhom il-permess li jirċievu u jipproċessaw ħalib nej, konformi u mhux konformi, mingħajr separazzjoni. Dawn l-istabbilimenti għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. Stabbiliment wieħed tal-ipproċessar tal-ħalib elenkat fil-Kapitolu I se jipproċessa biss ħalib nej li hu konformi u għalhekk għandu jitqies bħala stabbiliment tal-ipproċessar tal-ħalib approvat mill-UE. Dan l-istabbiliment għalhekk għandu jitneħħa mil-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. Żewġ stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li fil-preżent huma elenkati fil-Kapitolu II se jkunu qed jipproċessaw biss ħalib nej li hu konformi. Dawn l-istabbilimenti għaldaqstant għandhom jitħassru mil-lista tal-Kapitolu II tal-appendiċi tal-Anness VI. |
(3) |
L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
ANNESS
L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Kapitolu I għandhom jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Fil-Kapitolu I għandha titħassar l-annotazzjoni li ġejja:
|
(3) |
Fil-Kapitolu II għandhom jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|