Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0474

    2009/474/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ġunju 2009 li taħtar Imħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 156, 19.6.2009, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/474/oj

    19.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 156/56


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tad-9 ta’ Ġunju 2009

    li taħtar Imħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

    (2009/474/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 225a tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 140b tiegħu,

    Billi:

    (1)

    It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”) ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752/KE, Euratom (1). Għal dak il-għan, dik id-Deċiżjoni żiedet Anness għall-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“Anness I għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja”).

    (2)

    Permezz tad-Deċiżjoni 2005/150/KE, Euratom (2), il-Kunsill stipula l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet li jiggvernaw il-preżentazzjoni u l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-ħatra bħala Imħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kif previst fl-Artikolu 3(2) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    (3)

    Permezz tad-Deċiżjoni 2005/49/KE, Euratom (3), il-Kunsill stabbilixxa r-regoli operattivi tal-kumitat previst fl-Artikolu 3(3) tal-Anness I mal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “kumitat”).

    (4)

    Wara r-riżenja ta’ wieħed mill-Imħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fis-6 ta’ Marzu 2009 (4) ġiet ippubblikata sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ħatra ta’ mħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2015.

    (5)

    Il-Kumitat iltaqa’ fis-26 ta’ Marzu, fis-7 ta’ Mejju u fil-25 u s-26 ta’ Mejju 2009. Kif lesta mid-diskussjonijiet tiegħu, huwa ffinalizza l-opinjoni u l-lista previsti fl-Artikolu 3(4) tal-Anness I għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    (6)

    Skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 225a tat-Trattat KE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 140b tat-Trattat KEEA, l-Imħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huma maħtura mill-Kunsill.

    (7)

    F’konformità ma’ dan, huwa adatt li tinħatar waħda mill-persuni inklużi f’dik il-lista, waqt li jiġi żgurat li fit-Tribunal ikun hemm kompożizzjoni ekwilibrata fuq bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri, u fir-rigward tas-sistemi legali nazzjonali rrappreżentati, kif previst fl-Artikolu 3(1) tal-Anness I għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Maria Isabel ROFES i PUJOL hija b’dan maħtur Imħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ sitt snin, mill-1 ta’ Settembru 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2015.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 9 ta’ Ġunju 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. JANOTA


    (1)  ĠU L 333, 9.11.2004, p. 7.

    (2)  ĠU L 50, 23.2.2005, p. 7.

    (3)  ĠU L 21, 25.1.2005, p. 13.

    (4)  ĠU C 53, 6.3.2009, p. 15.


    Top